Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TJ0069

    Melt Water vs UASI (MELT WATER Original)

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Jannar 2015 — Melt Water vs UASI (MELT WATER Original)

    (Kawża T‑69/14)

    “Trade mark Komunitajra — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MELT WATER Original — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”

    1. 

    Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6) (ara l-punt 10)

    2. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))(ara l-punt 18)

    3. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c))(ara l-punti 19-21)

    4. 

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark Komunitarja figurattiva MELT WATER Original (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 25-28)

    5. 

    Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 37)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2013 (Każ R 494/2013‑5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MELT WATER Original bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Research and Production Company “Melt Water” UAB hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top