EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0430

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016.
Valsts ieņēmumu dienests vs Artūrs Stretinskis.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal‑Komunità – Artikolu 29(1)(d) – Determinazzjoni tal-valur doganali – Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Artikolu 143(1)(h) – Kunċett ta’ ‘persuni relatati’ għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali – Relazzjonijiet ta’ parentela bejn ix-xerrej, persuna fiżika, u d-direttur tal-kumpannija li tbigħ.
Kawża C-430/14.

Court reports – general

Kawża C‑430/14

Valsts ieņēmumu dienests

vs

Artūrs Stretinskis

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Kodiċi Doganali tal‑Komunità — Artikolu 29(1)(d) — Determinazzjoni tal-valur doganali — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 143(1)(h) — Kunċett ta’ ‘persuni relatati’ għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur doganali — Relazzjonijiet ta’ parentela bejn ix-xerrej, persuna fiżika, u d-direttur tal-kumpannija li tbigħ”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016

Unjoni doganali — Tariffa doganali komuni — Valur għal skopijiet doganali — Valur tat-tranżazzjoni — Determinazzjoni — Kunċett ta’ persuni relatati — Relazzjonijiet ta’ parentela bejn ix-xerrej, persuna fiżika, u d-direttur tal-kumpannija li tbigħ — Persuna li tiġi mix-xerrej li jkollha, fi ħdan il-persuna ġuridika, is-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija favur l-imsemmi xerrej — Inklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 29(1)(d); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 143(1)(h))

L-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, kif emendat bir-Regolament Nru 46/1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li xerrej, persuna fiżika, u bejjiegħ, persuna ġuridika li fi ħdanha persuna li tiġi minn dan ix-xerrej ikollha effettivament is-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ tal-imsemmija merkanzija favur l-imsemmi xerrej, għandhom jitqiesu li huma persuni relatati fis-sens tal-Artikolu 29(1)(d) tar-Regolament Nru 2913/92 iċċitat iktar ’il fuq, kif emendat bir-Regolament Nru 82/97.

Fil-fatt, l-Artikolu 143(1) tar-Regolament Nru 2454/93 jelenka, skont l-Artikolu 29(2)(a) tal-Kodiċi Doganali, is-sitwazzjonijiet li fihom il-prezz tal-bejgħ tal-merkanzija kkonċernata jista’ jkun influwenzat mir-relazzjonijiet li jeżistu bejn il-partijiet fit-tranżazzjoni. Skont l-Artikolu 143(1)(h) tal-imsemmi regolament, dan ikun il-każ, b’mod partikolari, meta l-imsemmija partijiet ikunu membri tal-istess familja.

Issa, ir-riskju li persuni li jiġu minn xulxin jinfluwenzaw il-prezz tal-bejgħ ta’ merkanzija importata jeżisti wkoll meta l-bejjiegħ ikun persuna ġuridika li fi ħdanha persuna li tiġi mix-xerrej ikollha s-setgħa li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ favur dan tal-aħħar.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, u fid-dawl tal-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-istima doganali, tkun qiegħda tiġi kompromessa l-effettività tal-Artikolu 29(1)(d) tal-Kodiċi Doganali jekk jiġi eskluż a priori li xerrej u bejjiegħ jistgħu jitqiesu li huma persuni relatati, fis-sens tal-Artikolu 143(1)(h) tar-Regolament Nru 2454/93, minħabba li waħda mill-partijiet fil-kuntratt tal-bejgħ hija persuna ġuridika. Fil-fatt, f’dan il-każ, l-awtoritajiet doganali jiġu mċaħħda mill-possibbiltà li jeżaminaw, skont l-Artikolu 29(2)(a) tal-Kodiċi Doganali, iċ-ċirkustanzi partikolari tal-bejgħ ikkonċernat, minkejja li jkun hemm raġunijiet għaliex wieħed iqis li l-valur tat-tranżazzjoni tal-merkanzija importata seta’ ġie influwenzat mir-relazzjonijiet ta’ parentela li jeżistu bejn ix-xerrej u membru tal-persuna ġuridika bejjiegħa.

Sabiex jiġi evalwat jekk persuna fiżika għandhiex is-ssetgħa, fi ħdan il-persuna ġuridika bejjiegħa, li tinfluwenza l-prezz tal-bejgħ tal-merkanzija importata favur xerrej li jiġi minnha, il-funzjonijiet eżerċitati minnha fi ħdan din il persuna ġuridika jew, jekk ikun il-każ, il-fatt li tali persuna tkun l-unika persuna li teżerċita attività fi ħdan il-persuna ġuridika huma elementi rilevanti li l-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni.

(ara l-punti 24-29, 31, u d-dispożittiv)

Top