EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0322

El Majdoub

Kawża C‑322/14

Jaouad El Majdoub

vs

CarsOnTheWeb.Deutschland GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Krefeld)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 23 — Ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni — Rekwiżiti proċedurali — Trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwiema tal-ftehim — Kunċett — Kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jistgħu jiġu kkonsultati u pprintjati permezz ta’ link li jippermetti li jidhru f’tieqa ġdida — Teknika tal-aċċettazzjoni permezz ta’ ‘klikk’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni — Trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwiema ta’ tali ftehim — Kunċett — Aċċettazzjoni permezz ta’ “klikk” tal- kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt ta’ bejgħ li jinkludi ftehim — Inklużjoni — Kundizzjoni — Possibbiltà ta’ pprintjar u ta’ ssejvjar ta’ dawn il-kundizzjonijiet qabel il-konklużjoni tal-kuntratt

(Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 23(2))

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-teknika ta’ aċċettazzjoni permezz ta’ “klikk” tal-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt ta’ bejgħ, konkluż permezz ta’ mezzi elettroniċi bejn professjonisti, li jinkludu ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni, tikkostitwixxi trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti li dan il-ftehim jiġi rreġistrat b’mod dewwiemi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta din it-teknika tagħmel possibbli l-ipprintjar u l-issejvjar tat-test tagħhom qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

F’dan ir-rigward, jirriżulta minn interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 23(2) li din teħtieġ li l-“possibbiltà” tiġi offerta li l-ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni jiġi rreġistrat b’mod dewwiemi, indipendentement mill-kwistjoni jekk it-test tal-kundizzjonijiet ġenerali jkunx ġie effettivament irreġistrat b’mod dewwiemi mix-xerrej wara jew qabel ma jkun ittikkja l-kaxxa li tindika li huwa jaċċetta dawn il-kundizzjonijiet. Għalhekk, iċ-ċirkustanza li l-paġna tal-internet li tinkludi dawn il-kundizzjonijiet ma tiftaħx awtomatikament waqt ir-reġistrazzjoni fis-sit tal-internet u waqt kull operazzjoni ta’ xiri, ma tistax tqajjem dubju dwar il-validità tal-ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni.

(ara l-punti 33, 39, 40 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑322/14

Jaouad El Majdoub

vs

CarsOnTheWeb.Deutschland GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Krefeld)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 23 — Ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni — Rekwiżiti proċedurali — Trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwiema tal-ftehim — Kunċett — Kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ li jistgħu jiġu kkonsultati u pprintjati permezz ta’ link li jippermetti li jidhru f’tieqa ġdida — Teknika tal-aċċettazzjoni permezz ta’ ‘klikk’”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni – Trażmissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi li tippermetti r-reġistrazzjoni dewwiema ta’ tali ftehim – Kunċett – Aċċettazzjoni permezz ta’ “klikk” tal- kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt ta’ bejgħ li jinkludi ftehim – Inklużjoni – Kundizzjoni – Possibbiltà ta’ pprintjar u ta’ ssejvjar ta’ dawn il-kundizzjonijiet qabel il-konklużjoni tal-kuntratt