Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0312

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2015.
    Banif Plus Bank Zrt. vs Márton Lantos u Mártonné Lantos.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/39/KE – Artikoli 4(1) u 19(4), (5) u (9) – Swieq fl-istrumenti finanzjarji — Kunċett ta’ ‘Servizzi u attivitajiet ta’ investiment' — Dispożizzjonijiet intiżi li jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri — Regoli ta’ kondotta meta jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment lill-klijenti — Obbligu li tiġi evalwata l-adegwatezza jew in-natura xierqa tas-servizz li għandu jingħata — Konsegwenzi kuntrattwali tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu — Kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur — Self f’munita barranija — Rilaxx u rimbors tas-self fil-munita nazzjonali — Klawżoli dwar ir-rati tal-kambju.
    Kawża C-312/14.

    Court reports – general

    Kawża C‑312/14

    Banif Plus Bank Zrt

    vs

    Márton Lantos

    u

    Mártonné Lantos

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Ráckevei Járásbíróság)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2004/39/KE — Artikoli 4(1) u 19(4), (5) u (9) — Swieq fl-istrumenti finanzjarji — Kunċett ta’ ‘Servizzi u attivitajiet ta’ investiment’ — Dispożizzjonijiet intiżi li jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri — Regoli ta’ kondotta meta jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment lill-klijenti — Obbligu li tiġi evalwata l-adegwatezza jew in-natura xierqa tas-servizz li għandu jingħata — Konsegwenzi kuntrattwali tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu — Kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur — Self f’munita barranija — Rilaxx u rimbors tas-self fil-munita nazzjonali — Klawżoli dwar ir-rati tal-kambju”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat‑3 ta’ Diċembru 2015

    1. Proċedura ġudizzjarja — Proċedura orali — Ftuħ mill-ġdid — Kundizzjonijiet

      (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 83)

    2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tal-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Swieq fl-istrumenti finanzjarji — Direttiva 2004/39 — Servizzi jew attivitajiet ta’ investiment — Kunċett — Tranżazzjonijiet ta’ kambju, magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu skont klawżoli ta’ kuntratt ta’ self f’munita barranija — Stabbiliment tal-ammont tas-self abbażi tal-prezz tax-xiri tal-munita applikabbli meta jiġu rrilaxxati l-fondi — Determinazzjoni tal-ammonti tal-pagamenti mensili abbażi tal-prezz tal-bejgħ ta’ din il-munita applikabbli matul il-kalkolu ta’ kull pagament mensili — Esklużjoni

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39, punt 2 tal-Artikolu 4(1))

    4. Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Swieq fl-istrumenti finanzjarji — Direttiva 2004/39 — Regoli ta’ kondotta meta jiġu pprovduti servizzi ta’ investiment lill-klijenti — Obbligu, għall-impriża ta’ investiment, li tevalwa l-adegwatezza u n-natura xierqa tas-servizz ipprovdut — Nuqqas ta’ osservanza tal-imsemmi obbligu — Konsegwenzi kuntrattwali — Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività

      (Direttivatal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39, Artikolu 19(4) u (5))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 29)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 35, 51, 52)

    3.  Il-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li, suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ma jikkostitwixxux servizz jew attività ta’ investiment fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ċerti tranżazzjonijiet ta’ kambju, magħmula minn istituzzjoni ta’ kreditu skont klawżoli ta’ kuntratt ta’ self f’munita barranija, li jikkonsisti f’li jiġi stabbilit l-ammont tas-self abbażi tal-prezz tax-xiri tal-munita applikabbli meta jiġu rrilaxxati l-fondi u li jiġu ddeterminati l-ammonti tal-pagamenti mensili abbażi tal-prezz tal-bejgħ ta’ din il-munita applikabbli matul il-kalkolu ta’ kull pagament mensili.

      Fil-fatt, jikkostitwixxu servizzi u attivitajiet ta’ investiment, konformement mad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, kull wieħed mis-servizzi u l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39 u li jirrigwarda kwalunkwe strument imsemmi fit-Taqsima Ċ tal-istess anness. Issa, it-tranżazzjonijiet inkwistjoni, sa fejn dawn jikkostitwixxu attivitajiet ta’ kambju li huma purament inċidentali għall-għoti u għar-rimbors ta’ self lill-konsumatur f’munita barranija, ma jaqgħux taħt l-imsemmija Taqsima A, sa fejn huma limitati għall-konverżjoni, abbażi tar-rata tal-kambju tax-xiri jew tal-bejgħ tal-munita kkunsidrata, tal-ammonti tas-self u tal-pagamenti mensili ddeterminati f’din il-munita (munita ta’ kalkolu) fil-munita nazzjonali (munita ta’ ħlas). Tali tranżazzjonijiet ma għandhomx funzjoni oħra ħlief dik li jservu ta’ modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi essenzjali ta’ ħlas tal-kuntratt ta’ self, jiġifieri t-tpoġġija għad-dispożizzjoni tal-kapital mill-kreditur u r-rimbors ta’ dan il-kapital flimkien mal-interessi minn min jissellef. Dawn it-tranżazzjonijiet ma għandhomx bħala għan it-twettiq ta’ investiment, peress li l-konsumatur huwa intiż biss li jikseb fondi għall-finijiet tax-xiri ta’ prodott għall-konsumatur jew biex jiġi pprovdut servizz u mhux biex, pereżempju, jamministra riskju ta’ kambju jew biex jispekula fuq ir-rata tal-kambju ta’ munita.

      Barra minn hekk, mid-direttiva jirriżulta li servizzi tal-kambju ma jikkostitwixxux, fihom innifishom, servizzi ta’ investiment li jaqgħu taħt it-Taqsima A tal-Anness I tal-imsemmija direttiva.

      Issa, it-tranżazzjonijiet tal-kambju inkwistjoni huma marbuta mhux ma’ servizz ta’ investiment, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39, iżda ma’ tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix fiha nnifisha strument finanzjarju, fis-sens tal-punt 17 tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva.

      Fil-fatt, ma jidhirx li t-tranżazzjonijiet tal-kambju li tagħmel istituzzjoni ta’ kreditu fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ta’ self jirrigwardaw wieħed mill-istrumenti finanzjarji msemmija fit-Taqsima C tal-Anness I tal-imsemmija direttiva, fosthom, b’mod partikolari, il-kuntratt bil-quddiem peress li kuntratt ta’ self lill-konsumatur ma għandux bħala għan il-bejgħ ta’ attiv finanzjarju għal prezz li huwa stabbilit matul il-konklużjoni tal-kuntratt.

      Fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self bħal dak inkwistjoni, il-valur tal-muniti li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tar-rimborsi ma huwiex stabbilit minn qabel peress li huwa ddeterminat abbażi tal-prezz tal-bejgħ ta’ dawn il-muniti fid-data tal-iskadenza ta’ kull pagament mensili.

      (ara l-punti 54‑57, 66‑68, 70, 74, 76 u d-dispożittiv)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 79)

    Top