Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TO0699

    Marcuccio vs Il-Kummissjoni

    DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

    18 ta’ Settembru 2014

    Luigi Marcuccio

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors miċħud fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli — Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat bil-faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

    Suġġett:

    Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Ottubru 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F‑145/12, ĠabraSP, EU:F:2013:162), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Deċiżjoni:

    L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea f’din l-istanza. L. Marcuccio huwa kkundannat jirrimborsa lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2000 skont l-Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-imsemmi tribunal.

    Sommarju

    Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors – Firma miktuba bl-idejn tal-avukat differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta – Konsegwenza – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-data li fiha tiġi riċevuta l-faks għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 34(1) u (6))

    Rigward ir-relazzjoni bejn il-firma tal-avukat li jirrappreżenta rikorrent li tidher fuq rikors mibgħut bil-faks u dik imwaħħla fuq l-oriġinal ippreżentat mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara, meta l-firma tidher f’qiegħ ir-rikors mibgħut bil-faks ma tkunx identika għal dik li tidher fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut sussegwentement, ir-rikors ippreżentat bil-faks ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors.

    Fil-fatt, l-Artikolu 34(6) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jipprevedi li d-data li fiha kopja tal-oriġinal iffirmat ta’ att tal-proċedura tasal fir-Reġistru permezz ta’ kull mezz tekniku ta’ komunikazzjoni li għandu t-Tribunal fid-dispożizzjoni tiegħu għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-osservanza tat-termini tal-proċedura, sakemm l-oriġinal iffirmat tal-att jiġi ppreżentat fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara li tiġi riċevuta l-kopja tal-oriġinal. L-applikazzjoni stretta ta’ din id-dispożizzjoni taqdi r-rekwiżit ta’ ċertezza legali u n-neċessità li jiġu evitati kwalunkwe diskriminazzjoni jew trattament arbitrarju fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

    (ara l-punti 11 u 18)

    Referenza:

    Il-Qorti tal-Ġustizzja: sentenza tat-22 ta’ Settembru 2011, Bell & Ross vs UASI, C 426/10 P, Ġabra, EU:C:2011:612, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata

    Il-Qorti Ġenerali digrieti tal-14 ta’ Novembru 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T 229/13 P, ĠabraSP, EU:T:2013:608, punti 14 sa 20; 19 ta’ Diċembru 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T 385/13 P, ĠabraSP, EU:T:2013:710, punti 13 sa 21; 10 ta’ April 2014, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T 57/14 P, ĠabraSP, EU:T:2014:223, punt 9

    Top