Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TJ0134

    Polynt u Sitre vs ECHA

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-30 ta ’ April 2015 – Polynt u Sitre vs ECHA

    (Kawża T‑134/13)

    “REACH — Identifikazzjoni ta’ ċerti sensitizzaturi respiratorji bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Livell ta’ tħassib ekwivalenti — Rikors għal annullament — Interess dirett — Ammissibbiltà — Drittijiet tad-difiża — Proporzjonalità”

    1. 

    Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Inċidenza diretta — Kriterji — Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika sustanza bħala ta’ tħassib serju ħafna — Rikors ippreżentat minn fornituri tas-sustanza — Ammissibbiltà (Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 31(9) u 59) (ara l-punti 27, 36-38)

    2. 

    Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Rikors ippreżentat minn numru ta’ rikorrenti kontra l-istess deċiżjoni — Locus standi ta’ wieħed minn fosthom — Ammissibbiltà tar-rikors kollu kemm hu (Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 39)

    3. 

    Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi — Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika sustanza bħala ta’ tħassib serju ħafna — Inklużjoni — Att li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tal-imsemmiija dispożizzjoni tat-Trattat (Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 57(f) u 59) (ara l-punt 40)

    4. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Lista tas-sustanzi elenkati fl-Artikolu 57(f) tar-Regolament — Natura mhux eżawrjenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 16 u Artikoli 57(f), u 59) (ara l-punti 44-46)

    5. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet tal-Unjoni — Portata — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Żball manifest, użu ħażin ta’ poter jew qbiż manifest tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 57 u 59) (ara l-punti 52, 53, 105)

    6. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Possibbiltà li jiġu kkontrollati l-effetti negattivi ta’ sustanza permezz tal-użu ta’ miżuri ta’ ġestjoni — Ċirkustanza li ma tostakolax l-identifikazzjoni ta’ sustanza bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Obbligu għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tieħu inkunsiderazzjoni evalwazzjoni tar-riskji għal sustanza li taqa’ taħt il-kategorija 1 tad-Direttiva 67/548 — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikoli 57(a) sa (f), 58(2), 59(4), u 60(2), u Anness XIV; Direttiva tal-Kunsill 67/548) (ara l-punti 61, 68-71, 81)

    7. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Sustanzi li għandhom proprjetajiet persistenti, bijo‑akkumulattivi u tossiċi jew persistenti ħafna u bijo‑akkumulattivi ħafna– Obbligi fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rigward tas-sustanzi ta’ sostituzzjoni — Portata — Effett eventwali ta’ tali informazzjoni fuq deċiżjoni li tidentifika sustanza bħala ta’ tħassib serju ħafna — Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 59) (ara l-punt 88)

    8. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Determinazzjoni tal-livell ta’ tħassib ta’ sustanza — Eżami, skont il-każ partikolari, fl-assenza ta’ ffissar ta’ kriterji oġġettivi mir-regolament — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 16 u Artikoli 57(a) sa (f), u 59; Gwida għall-identifikazzjoni tas-sustanzi ta’ tħassib serju ħafna, punt 3.3.3.2) (ara l-punti 95-98)

    9. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Natura distinta u indipendenti meta mqabbla mal-proċedura ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessi 19 sa 21 u premessa 69 u Artikoli 14, 44 sa 48 u 59) (ara l-punti 101, 114)

    10. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li tidentifika l-anidride ċiklo‑eżan‑1,2‑dikarbossiliku bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna– Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, premessa 16 u Artikoli 14(6), 44 sa 48, 55, 58(5), 59 u 69 u Anness XVII) (ara l-punti 107, 108, 116, 118-120)

    11. 

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Reġistrazzjoni, valutazzjoni u awtorizzazzjoni ta’ sustanzi kimiċi — Regolament REACH — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna — Proċedura ta’ identifikazzjoni — Ftehim unanimu tal-Kumitat tal-Istati Membri — Astensjoni ta’ Stat Membru — Assenza ta’ effett fuq deċiżjoni li għaddiet bl-unanimità tal-Istati Membri preżenti (Artikolu 238(4) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1907/2006, Artikolu 59(8); Regoli tal-proċedura tal-Kumitat tal-Istati Membri tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Artikolu 19(1)) (ara l-punt 126)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ED/169/2012 tal-ECHA, tat‑18 ta’ Diċembru 2012, dwar l-inklużjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna fil-lista tas-sustanzi kandidati, skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), sa fejn tirrigwarda l-anidride ċiklo‑eżan‑1,2‑dikarbossiliku (KE Nru 201‑604‑9), l-anidride ċis-ċiklo‑eżan‑1,2-dikarbossiliku (KE Nru 236‑086‑3) u l-anidride trans‑ċiklo‑eżan‑1,2‑dikarbossiliku (KE Nru 238‑009‑9).

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    Polynt SpA u Sitre Srl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk esposti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

    3) 

    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kummissjoni Ewropea, New Japan Chemical u REACh ChemAdvice GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    Top