Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CV0001

    Sommarju tal-opinjoni

    Opinjoni 1/13

    Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE

    “Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE — Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri — Adeżjoni ta’ Stati terzi — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea — Riskju li jiġu ppreġudikati l-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-regoli tal-Unjoni u l-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita minnhom”

    Sommarju — Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ottubru 2014

    1. Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għal opinjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Talba li għandha tikkonċerna l-konklużjoni ta’ ftehim – Kunċett ta’ ftehim – Dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ adeżjoni għall-Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri – Inklużjoni – Kundizzjoni

      (Artikolu 218(1) u (11) TFUE; Regoli tal-Proċedura, Artikolu 196(2))

    2. Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għal opinjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Suġġett tat-talba – Tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri

      (Artikolu 218(11) TFUE; Regoli tal-Proċedura, Artikolu 196(2))

    3. Ftehimiet internazzjonali – Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni li jeskludu konklużjoni mill-Unjoni – Kompetenza tal-Unjoni – Eżerċizzju permezz ta’ azzjoni komuni mill-Istati Membri

    4. Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għal opinjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ftehim maħsub – Kunċett

      (Artikolu 218(1) u (11) TFUE)

    5. Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba għal opinjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Kwistjoni li tista’ tiġi eżaminata fil-kuntest ta’ proċedura kontenzjuża – Assenza ta’ effett

      (Artikolu 218(11) TFUE)

    6. Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Kompetenza tal-Unjoni – Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri

      (Artikoli 216(1) TFUE u 218(11) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003)

    7. Ftehimiet internazzjonali – Konklużjoni – Aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta’ Stat terz għall-Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri – Kompetenza tal-Unjoni – Natura esklużiva – Bażi – Kriterju ta’ evalwazzjoni – Riskju li jiġi affettwat ir-Regolament Nru 2201/2003

      (Artikolu 3(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003)

    1.  L-att ta’ adeżjoni għall-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, u d-dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ tali adeżjoni, għalkemm jitwettqu t-tnejn li huma permezz ta’ strument separat, jesprimu, meta kkunsidrati flimkien, qbil ta’ volontajiet tal-Istati kkonċernati u għalhekk jikkostitwixxu ftehim internazzjonali. Peress li d-dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ adeżjoni ppreżentata minn Stat Membru hija element kostitwenti ta’ ftehim internazzjonali konkluż ma’ Stat terz, din id-dikjarazzjoni taqa’ fil-kunċett ta’ ftehim fis-sens tal-Artikolu 218(1) u (11) TFUE, bil-kundizzjoni iżda li jkun involut ftehim maħsub mill-Unjoni fis-sens ta’ dawn l-istess dispożizzjonijiet.

      (ara l-punti 41, 42)

    2.  L-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’mod partikolari, tintalab fir-rigward tal-kwistjonijiet li jikkonċernaw it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri sabiex jikkonkludu ftehim partikolari ma’ Stati terzi. L-Artikolu 196(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jikkorrobora din l-interpretazzjoni.

      (ara l-punt 43)

    3.  Fil-każ li l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi ftehim internazzjonali jeskludu l-konklużjoni tiegħu mill-Unjoni stess, anki jekk dan il-ftehim jaqa’ fil-kompetenza esterna tal-Unjoni, din il-kompetenza tista’ tiġi eżerċitata permezz tal-Istati Membri li jaġixxu fl-interess tal-Unjoni.

      (ara l-punt 44)

    4.  Skont l-Artikolu 218(1) u (11) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tkun adita b’talba għal opinjoni meta ftehim ikun maħsub mill-Unjoni, u dan jimplika li dan il-ftehim ikun maħsub minn istituzzjoni waħda jew iktar tal-Unjoni li jkollhom setgħat fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 218 TFUE.

      Barra minn hekk, talba għal opinjoni tkun ammissibbli, b’mod partikolari, meta proposta tal-Kummissjoni dwar ftehim tkun ġiet ippreżentata lill-Kunsill u ma tkunx ġiet irtirata fil-mument meta t-talba titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għall-kuntrarju, ma huwiex neċessarju li l-Kunsill ikun diġà indika, f’dan l-istadju, intenzjoni li jikkonkludi tali ftehim. F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal opinjoni tkun tidher li hija fil-fatt iggwidata mill-preokkupazzjoni leġittima tal-istituzzjonijiet ikkonċernati li jkunu jafu l-portata tal-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri qabel ma tittieħed deċiżjoni fir-rigward tal-ftehim ikkonċernat.

      Barra minn hekk, il-proċedura għal opinjoni skont l-Artikolu 218(11) TFUE hija maħsuba sabiex jiġu evitati l-kumplikazzjonijiet legali kkawżati mis-sitwazzjonijiet fejn l-Istati Membri jidħlu għal impenji internazzjonali mingħajr ma jkollhom is-setgħa meħtieġa minħabba li, fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni, ma jkunx għad għandhom il-kompetenza leġiżlattiva neċessarja sabiex jimplementaw dawn l-impenji.

      Fl-aħħar nett, il-possibbiltà li titressaq talba għal opinjoni ma teħtieġx, bħala kundizzjonijiet preliminari, ftehim definittiv bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-possibbiltà jew tal-opportunità tal-eżerċizzju tal-kompetenza esterna tal-Unjoni.

      (ara l-punti 45-47, 49)

    5.  Il-fatt li ċerti kwistjonijiet imqajma fil-kuntest ta’ proċedura għal opinjoni jistgħu jiġu indirizzati fil-kuntest ta’ eventwali rikorsi għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tkun tista’ tiġi adita bis-saħħa tal-Artikolu 218(11) TFUE. Fil-fatt, il-proċedura għal opinjoni għandha tippermetti li tinstab soluzzjoni għal kull kwistjoni li tista’ tkun suġġetta għal evalwazzjoni ġudizzjarja sa fejn dawn il-kwistjonijiet jikkorrispondu għall-finalità ta’ din il-proċedura.

      (ara l-punt 54)

    6.  Il-kompetenza tal-Unjoni sabiex tikkonkludi ftehimiet internazzjonali tista’ tirriżulta mhux biss minn attribuzzjoni espliċita fit-Trattati iżda tista’ tirriżulta wkoll b’mod impliċitu minn dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati jew ta’ atti meħuda, fil-kuntest ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. B’mod partikolari, kull meta d-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi, għall-imsemmija istituzzjonijiet, kompetenzi fuq il-livell intern sabiex jintlaħaq għan partikolari, l-Unjoni tingħata l-kompetenza sabiex tieħu l-impenji internazzjonali neċessarji sabiex jintlaħaq dan l-għan, anki fl-assenza ta’ dispożizzjoni espressa f’dan ir-rigward.

      Issa, il-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, tikkonċerna l-kooperazzjoni ċivili fil-qasam tat-tneħħija transkonfinali ta’ minuri u għalhekk taqa’ fil-qasam tad-dritt tal-familja b’aspett transkonfinali, qasam li fih l-Unjoni għandha kompetenza interna bis-saħħa tal-Artikolu 81(3) TFUE. Barra minn hekk, l-Unjoni eżerċitat din il-kompetenza bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Unjoni għandha kompetenza esterna fil-qasam li huwa s-suġġett ta’ din il-konvenzjoni.

      (ara l-punti 67, 68)

    7.  L-aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta’ Stat terz għall-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri, taqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

      Fil-fatt, peress li l-Unjoni tgawdi biss minn kompetenzi attribwiti, l-eżistenza ta’ kompetenza esterna, iktar u iktar meta tkun ta’ natura esklużiva, għandha tkun ibbażata fuq konklużjonijiet misluta minn analiżi globali u konkreta tar-relazzjoni li teżisti bejn il-ftehim internazzjonali maħsub u d-dritt tal-Unjoni fis-seħħ. Din l-analiżi għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-oqsma koperti, rispettivament, mir-regoli tal-Unjoni u mid-dispożizzjonijiet tal-ftehim maħsub, il-prospetti ta’ żvilupp prevedibbli fir-rigward tagħhom, kif ukoll in-natura u l-kontenut ta’ dawn ir-regoli u dispożizzjonijiet, sabiex jiġi vverifikat jekk il-ftehim inkwistjoni jistax jippreġudika l-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-regoli tal-Unjoni u l-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita minnhom.

      Issa, minn naħa, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, ikopru fil-parti l-kbira tagħhom iż-żewġ proċeduri rregolati mill-imsemmija konvenzjoni, jiġifieri dik dwar ir-ritorn ta’ minuri mneħħija b’mod illeċitu u dik intiża li jiġi żgurat l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess. B’hekk, din il-konvenzjoni għandha titqies li hija koperta mir-regoli tal-Unjoni.

      Min-naħa l-oħra, minkejja s-supremazija mogħtija lir-Regolament Nru 2201/2003 fuq l-imsemmija konvenzjoni, rikonoxxuta fl-Artikolu 60 tal-imsemmi regolament, il-portata u l-effikaċja tar-regoli komuni stabbiliti minn dan tal-aħħar jistgħu jintlaqtu minn aċċettazzjonijiet eteroġeni, min-naħa tal-Istati Membri, ta’ adeżjonijiet ta’ Stati terzi għall-Konvenzjoni ta’ Den Haag. Fil-fatt, li kieku l-Istati Membri, u mhux l-Unjoni, kienu kompetenti sabiex jaċċettaw, jew le, l-adeżjoni ta’ Stat terz ġdid għall-Konvenzjoni ta’ Den Haag, ikun hemm ir-riskju li tiġi ppreġudikata l-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-Regolament Nru 2201/2003 u, b’mod partikolari, ir-riskju li jintlaqtu r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, kull meta sitwazzjoni ta’ ħtif internazzjonali ta’ minuri tkun tikkonċerna Stat terz u żewġ Stati Membri li wieħed minnhom ikun aċċetta l-adeżjoni ta’ dan l-Istat terz għal din il-konvenzjoni iżda l-ieħor le.

      (ara l-punti 74, 83, 88-90 u d-dispożittiv)

    Top

    Opinjoni 1/13

    Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE

    “Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE — Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri — Adeżjoni ta’ Stati terzi — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea — Riskju li jiġu ppreġudikati l-applikazzjoni uniformi u koerenti tar-regoli tal-Unjoni u l-funzjonament tajjeb tas-sistema stabbilita minnhom”

    Sommarju — Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ottubru 2014

    1. Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Talba għal opinjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Talba li għandha tikkonċerna l-konklużjoni ta’ ftehim — Kunċett ta’ ftehim — Dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ adeżjoni għall-Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri — Inklużjoni — Kundizzjoni

      (Artikolu 218(1) u (11) TFUE; Regoli tal-Proċedura, Artikolu 196(2))

    2. Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Talba għal opinjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Suġġett tat-talba — Tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri

      (Artikolu 218(11) TFUE; Regoli tal-Proċedura, Artikolu 196(2))

    3. Ftehimiet internazzjonali — Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni li jeskludu konklużjoni mill-Unjoni — Kompetenza tal-Unjoni — Eżerċizzju permezz ta’ azzjoni komuni mill-Istati Membri

    4. Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Talba għal opinjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Ftehim maħsub — Kunċett

      (Artikolu 218(1) u (11) TFUE)

    5. Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Opinjoni minn qabel tal-Qorti tal-Ġustizzja — Talba għal opinjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Kwistjoni li tista’ tiġi eżaminata fil-kuntest ta’ proċedura kontenzjuża — Assenza ta’ effett

      (Artikolu 218(11) TFUE)

    6. Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Kompetenza tal-Unjoni — Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri

      (Artikoli 216(1) TFUE u 218(11) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003)

    7. Ftehimiet internazzjonali — Konklużjoni — Aċċettazzjoni tal-adeżjoni ta’ Stat terz għall-Konvenzjoni dwar l-aspetti ċivili tal-ħtif internazzjonali ta’ minuri — Kompetenza tal-Unjoni — Natura esklużiva — Bażi — Kriterju ta’ evalwazzjoni — Riskju li jiġi affettwat ir-Regolament Nru 2201/2003