Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0616

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016.
    Productos Asfálticos (PROAS), SA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell – Akkordji – Artikolu 81 KE – Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq – Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet – Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni Ewropea – Appell dwar l-ispejjeż.
    Kawża C-616/13 P.

    Court reports – general

    Kawża C‑616/13 P

    Productos Asfálticos (PROAS) SA

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Appell — Akkordji — Artikolu 81 KE — Suq Spanjol tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Tqassim tas-suq u koordinazzjoni tal-prezzijiet — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea — Tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Kummissjoni Ewropea — Appell dwar l-ispejjeż”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016

    1. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Ksur ikklassifikat bħala serju ħafna unikament fuq il-bażi tan-natura tiegħu – Obbligu li jintwera impatt konkret tal-ksur fuq is-suq – Assenza

      (Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Avviż tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1.A)

    2. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa – Stħarriġ tal-legalità – Portata u limiti – Ġurisdizzjoni sħiħa strettament limitata għad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa imposta – Assenza ta’ żball tal-Qorti Ġenerali

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)

    3. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

      (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

    4. Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tordna miżuri istruttorji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni mill-Qorti Ġenerali tan-neċessità li tiġi kkompletata l-informazzjoni pprovduta – Portata

      (Artikolu 256(1) TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 64 u 66(1))

    5. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura – Kundizzjoni – Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati

      (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

    6. Kompetizzjoni – Multi – Determinazzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli tal-proċedura amministrattiva u ġudizzjarja – Ksur li ma jiġġustifikax, fih innifsu, it-tnaqqis tal-ammont tal-multa

      (Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

    7. Proċedura ġudizzjarja – Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Terminu raġonevoli – Kawża dwar l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni – Nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu raġonevoli – Konsegwenzi – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kompożizzjoni tal-kulleġġ ġudikanti

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 256(1) TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    8. Proċedura ġudizzjarja – Tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali – Terminu raġonevoli – Kriterji ta’ evalwazzjoni

      (Artikoli 101 TFUE, 102 TFUE, 256(1) TFUE, 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47)

    9. Appell – Aggravji – Aggravju indirizzat kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fuq l-ispejjeż – Inammissibbiltà fil-każ ta’ ċaħda tal-motivi l-oħra kollha

      (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 87(2))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 33, 34)

    2.  Fil-proċeduri ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFU, il-portata tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali hija strettament limitata, b’differenza mill-istħarriġ tal-legalità previst fl-Artikolu 263 TFUE, għad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa. Waqt l-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni, il-Qorti Ġenerali ma twettaqx żball ta’ evalwazzjoni billi tqis li l-Kummissjoni ffissat b’mod validu l-ammont bażiku tal-multa imposta fuq impriża għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, mingħajr ma kellha għalfejn tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt konkret tal-akkordju kkritikat fuq is-suq inkwistjoni.

      Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li l-Qorti Ġenerali kkonfermat, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fir-rigward tal-multa imposta fuq din l-impriża, diversi elementi tal-evalwazzjoni li l-Kummissjoni għamlet fid-deċiżjoni li imponiet il-multa, u li l-legalità tagħha ġiet preċedentement ikkonstatata ma jistax jistabbilixxi nuqqas ta’ eżerċizzju minn din tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha.

      (ara l-punti 43, 44, 48, 51)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 52)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 66, 67)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 74)

    6.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, ksur tad-dritt għall-osservanza tat-terminu raġonevoli minħabba t-tul tal-proċedura amministrattiva u ġudizzjarja ma jistax, fih innifsu, jwassal għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq impriża minħabba l-ksur inkwistjoni.

      (ara l-punt 74)

    7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 81, 82)

    8.  Talba intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni kkawżati min-nuqqas ta’ osservanza, mill-Qorti Ġenerali, ta’ terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni ma tistax titressaq direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell, iżda għandha titressaq quddiem il-Qorti Ġenerali nnifisha, billi rikors għad-danni jikkostitwixxi rimedju effettiv.

      Fid-dawl ta’ dan, peress li huwa ċar, mingħajr ma huwa neċessarju li l-partijiet jipproduċu provi addizzjonali f’dan ir-rigward, li l-Qorti Ġenerali kisret b’mod suffiċjentement serju l-obbligu tagħha li tiddeċiedi l-kawża f’terminu raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tikkonstata dan il-ksur.

      Ikun hemm ksur ta’ dan il-prinċipju fil-każ li t-tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, jiġifieri kważi ħames snin u disa’ xhur, li jinkludu, b’mod partikolari, perijodu ta’ kważi erba’ snin u xahrejn li għadda mingħajr ebda att ta’ proċedura, bejn tmiem il-proċedura bil-miktub u s-sottomissjonijiet orali, la jista’ jiġi spjegat min-natura jew mill-kumplessità tal-kawża u lanqas mill-kuntest tagħha.

      (ara l-punti 81, 83, 84)

    9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 88)

    Top