Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0527

    Cachaldora Fernández

    Kawża C‑527/13

    Lourdes Cachaldora Fernández

    vs

    Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

    u

    Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Direttiva 79/7/KEE — Artikolu 4 — Direttiva 97/81/KE — Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC — Kalkolu tal-benefiċċji — Sistema ta’ integrazzjoni ta’ lakuni ta’ kontribuzzjoni — Ħaddiema part-time u ħaddiema full-time”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ April 2015

    1. Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Direttiva 79/7 – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi għall-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva l-applikazzjoni, għall-perijodi ta’ interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni li jiġu wara impjieg part‑time, ta’ koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan l-impjieg – Assenza ta’ tnaqqis ekwivalenti għall-interruzzjonijiet li jiġu wara impjieg full‑time – Assenza ta’ diskriminazzjoni – Ammissibbiltà ta’ tali leġiżlazzjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 79/7, Artikolu 4(1))

    2. Politika soċjali – Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC – Direttiva 97/81 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kundizzjonijiet ta’ impjieg – Kunċett – Kundizzjonijiet marbuta mal-pensjonijiet li jirriżultaw minn skema statutorja ta’ sigurtà soċjali – Esklużjoni – Ostakoli ta’ natura legali li jistgħu jillimitaw il-possibbiltajiet ta’ xogħol part‑time – Kunċett

      (Direttiva tal-Kunsill 97/81, kif emendata bid-Direttiva 98/23, Anness, Klawżoli 4(1) u 5(1)(a))

    1.  L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part‑time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan l-impjieg filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full‑time, tali tnaqqis ma huwiex previst.

      Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni ma tistax titqies li tqiegħed fi żvantaġġ b’mod predominanti kategorija partikolari ta’ ħaddiema, f’dan il-każ dawk li jaħdmu fuq bażi part‑time u, a fortiori, in-nisa. Hija ma tistax, għaldaqstant, tiġi kklassifikata bħala miżura indirettament diskriminatorja fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7.

      (ara l-punti 33, 34 u d-dispożittiv 1)

    2.  Il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part‑time li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 97/81, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part‑time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva 98/23, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part‑time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan ix-xogħol filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full‑time, tali tnaqqis ma huwiex previst.

      Fil-fatt, din il-pensjoni tikkostitwixxi pensjoni legali ta’ sigurtà soċjali li ma tistax titqies li tikkostitwixxi kundizzjoni ta’ impjieg. Għaldaqstant, hija ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim qafas.

      Barra minn hekk, l-adozzjoni ta’ interpretazzjoni tal-kliem “ostakoli ta’ natura legali” li jinsab fil-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim qafas, li skontha l-Istati Membri jkunu mġiegħla jadottaw, barra mill-qasam tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg, miżuri marbuta ma’ tali pensjoni tammonta għal impożizzjoni fuq l-imsemmija Stati Membri ta’ obbligi fil-qasam tal-politika soċjali fir-rigward ta’ miżuri li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas.

      Barra minn hekk, tali leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax titqies li hija ostakolu legali tali li jillimita l-possibbiltajiet ta’ xogħol part‑time peress li l-impatt tagħha fuq il-ħaddiema part‑time huwa ta’ natura fortuwita. Fil-fatt, min-naħa l-oħra, din il-leġiżlazzjoni ma taffettwax il-ħaddiema kollha part‑time, iżda biss il-ħaddiema li kellhom interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni immedjatament wara perijodu ta’ xogħol part‑time. Min-naħa l-oħra, hija tqiegħed f’vantaġġ il-ħaddiema li, minkejja li kienu impjegati part‑time matul parti kbira mis-servizz professjonali tagħhom, kienu impjegati full‑time immedjatament qabel interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni.

      (ara l-punti 38-41 u d-dispożittiv 2)

    Top

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Direttiva 79/7 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi għall-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva l-applikazzjoni, għall-perijodi ta’ interruzzjoni ta’ kontribuzzjoni li jiġu wara impjieg part‑time, ta’ koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan l-impjieg — Assenza ta’ tnaqqis ekwivalenti għall-interruzzjonijiet li jiġu wara impjieg full‑time — Assenza ta’ diskriminazzjoni — Ammissibbiltà ta’ tali leġiżlazzjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 79/7, Artikolu 4(1))

    2. Politika soċjali — Ftehim qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC — Direttiva 97/81 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kundizzjonijiet ta’ impjieg — Kunċett — Kundizzjonijiet marbuta mal-pensjonijiet li jirriżultaw minn skema statutorja ta’ sigurtà soċjali — Esklużjoni — Ostakoli ta’ natura legali li jistgħu jillimitaw il-possibbiltajiet ta’ xogħol part‑time — Kunċett

    (Direttiva tal-Kunsill 97/81, kif emendata bid-Direttiva 98/23, Anness, Klawżoli 4(1) u 5(1)(a))

    Summary

    1. L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-interruzzjonijiet ta’ kontribuzzjoni, li huma inklużi fil-perijodu ta’ referenza għall-finijiet tal-kalkolu ta’ pensjoni tal-invalidità kontributtiva u li jiġu wara impjieg part‑time, jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-bażijiet minimi ta’ kontribuzzjoni fis-seħħ imnaqqsa skont il-koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat ma’ dan l-impjieg filwaqt li, jekk dawn l-interruzzjonijiet jiġu wara impjieg full‑time, tali tnaqqis ma huwiex previst.

    Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni ma tistax titqies li tqiegħed fi żvantaġġ b’mod predominanti kategorija partikolari ta’ ħaddiema, f’dan il-każ dawk li jaħdmu fuq bażi part‑time u, a fortiori , in-nisa. Hija ma tistax, għaldaqstant, tiġi kklassifikata bħala miżura indirettament diskriminatorja fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7.