Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0419

    Art & Allposters International

    Kawża C‑419/13

    Art & Allposters International BV

    vs

    Stichting Pictoright

    (talba għal deċiżjoni preliminari,

    imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 4 — Dritt ta’ distribuzzjoni — Regola tal-eżawriment — Kunċett ta’ ‘oġġett’ — Trasferiment tal-immaġni ta’ xogħol protett minn fuq poster tal-karta għal fuq tila — Bdil tal-media — Effett fuq l-eżawriment”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali – Esklużjoni

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29 – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Dritt ta’ distribuzzjoni – Eżawriment fil-każ tal-ewwel bejgħ jew tal-ewwel trasferiment ieħor ta’ proprjetà fl-Unjoni mid-detentur tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu – Kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni ta’ xogħol wara bdil tal-media tiegħu mingħajr il-kunsens tad-detentur – Inapplikabbiltà tar-regola ta’ eżawriment

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, premessa 28 u l-Artikoli 2(a) u 4(2))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 22)

    2.  L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola tal-eżawriment tad-dritt ta’ distribuzzjoni ma tapplikax f’sitwazzjoni fejn riproduzzjoni ta’ xogħol protett, wara li tkun ġiet ikkummerċjalizzata fl-Unjoni Ewropea bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, ġarrbet bdil fil-media tagħha, bħat-trasferiment fuq tila ta’ din ir-riproduzzjoni li tkun fuq poster tal-karta, u ġiet imqiegħda mill-ġdid fis-suq fil-forma l-ġdida tagħha.

      Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni, billi juża l-kliem “oġġett tanġibbli” u “dak l-oġġett” fil-premessa 28 u fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29 ried jagħti lill-awturi l-kontroll fuq l-ewwel tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ kull oġġett tanġibbli li jinkorpora l-kreazzjoni intellettwali tagħhom. F’dan ir-rigward, il-konsegwenza ta’ bdil tal-media ta’ xogħol, bħat-trasferiment fuq tila tal-immaġni ta’ xogħol artistiku li tkun fuq poster tal-karta, hija l-ħolqien ta’ oġġett ġdid li jinkorpora l-immaġni tax-xogħol protett, filwaqt li l-poster, bħala tali, ma jibqax jeżisti. Tali bdil tal-kopja tax-xogħol protett li jagħmel ir-riżultat eqreb għall-oriġinal jista’, fil-verità, jikkostitwixxi riproduzzjoni ġdida ta’ dan ix-xogħol, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/29, li hija koperta mid-dritt esklużiv tal-awtur u teħtieġ l-awtorizzazzjoni tiegħu.

      Barra minn hekk, il-fatt li l-linka ma tiġix immodifikata matul il-proċess ta’ trasferiment ma jaffettwax il-konstatazzjoni li l-media tal-immaġni nbidlet. Il-kwistjoni rilevanti hija jekk l-oġġett mibdul, evalwat globalment, huwiex, fih innifsu, materjalment l-oġġett li tqiegħed fis-suq bil-kunsens tad-detentur tad-dritt. Konsegwentement, il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur ma jkoprix id-distribuzzjoni ta’ oġġett li jinkorpora x-xogħol tiegħu jekk, wara l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tiegħu, dan l-oġġett ġie mibdul b’mod li dan jikkostitwixxi riproduzzjoni ġdida ta’ dan ix-xogħol. F’dan l-aħħar każ, id-dritt ta’ distribuzzjoni ta’ tali oġġett jiġi eżawrit biss wara l-ewwel bejgħ jew l-ewwel trasferiment tal-proprjetà ta’ dan l-oġġett il-ġdid bil-kunsens tad-detentur ta’ dan id-dritt.

      (ara l-punti 37, 42, 43, 45, 46, 49 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑419/13

    Art & Allposters International BV

    vs

    Stichting Pictoright

    (talba għal deċiżjoni preliminari,

    imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 4 — Dritt ta’ distribuzzjoni — Regola tal-eżawriment — Kunċett ta’ ‘oġġett’ — Trasferiment tal-immaġni ta’ xogħol protett minn fuq poster tal-karta għal fuq tila — Bdil tal-media — Effett fuq l-eżawriment”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali — Esklużjoni

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 2001/29 — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Dritt ta’ distribuzzjoni — Eżawriment fil-każ tal-ewwel bejgħ jew tal-ewwel trasferiment ieħor ta’ proprjetà fl-Unjoni mid-detentur tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu — Kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni ta’ xogħol wara bdil tal-media tiegħu mingħajr il-kunsens tad-detentur — Inapplikabbiltà tar-regola ta’ eżawriment