Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0346

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015.
    Ville de Mons vs Base Company SA.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Direttiva 2002/20/KE – Artikolu 13 – Tariffa għad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet – Kamp ta’ applikazzjoni – Leġiżlazzjoni komunali li tissuġġetta lill-proprjetarji ta’ piluni u ta’ arbli tax-xandir għat-telefonija mobbli għall-ħlas ta’ taxxa.
    Kawża C-346/13.

    Court reports – general

    Kawża C‑346/13

    Ville de Mons

    vs

    Base Company SA

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Mons)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Artikolu 13 — Tariffa għad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni komunali li tissuġġetta lill-proprjetarji ta’ piluni u ta’ arbli tax-xandir għat-telefonija mobbli għall-ħlas ta’ taxxa”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015

    Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Awtorizzazzjoni — Direttiva 2002/20 — Tariffi għad-drittijiet ta’ użu u għad-drittijiet għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet — Kunċett — Taxxa imposta fuq proprjetarji ta’ piluni u ta’ arbli tax-xandir għat-telefonija mobbli, li ma setgħux jitpoġġew fuq sit eżistenti — Esklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20, Artikolu 13)

    L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li taxxa tiġi imposta fuq proprjetarju ta’ strutturi indipendenti, bħal piluni jew arbli tax-xandir, intiżi li jappoġġjaw l-antenni neċessarji għall-funzjonament tan-netwerk ta’ telekomunikazzjoni mobbli, li ma setgħux jitpoġġew fuq sit eżistenti.

    Fil-fatt, minkejja li taxxa tiġi imposta fuq proprjetarji ta’ piluni u ta’ arbli tax-xandir intiżi li jappoġġjaw l-antenni neċessarji għall-funzjonament tajjeb tan-netwerk ta’ telekomunikazzjoni mobbli, li jikkostitwixxu infrastrutturi fiżiċi li jippermettu l-provvista ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ma jidhirx li l-imsemmija taxxa jkollha karatteristiċi ta’ tariffa li hija imposta fuq impriżi li jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bil-korrispettiv tad-dritt li jinstallaw faċilitajiet.

    Barra minn hekk, il-fatt li jkun ta lok għal din it-taxxa, li hija imposta fuq kull proprjetarju ta’ piluni jew ta’ arbli tax-xandir, indipendentement minn jekk huwiex detentur ta’ awtorizzazzjoni mogħtija skont id-Direttiva 2002/20, ma jidhirx li jkun marbut mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ġenerali li tawtorizza lill-impriżi jipprovdu netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, aspett li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

    (ara l-punti 22-24 u d-dispożittiv)

    Top