This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0265
Torralbo Marcos
Torralbo Marcos
Kawża C‑265/13
Emiliano Torralbo Marcos
vs
Korota SA u Fondo de Garantía Salarial
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Dritt għal rimedju effettiv — Drittijiet tar-reġistru u tat-tqegħid tal-kawża fil-lista tal-kawżi fil-każ li jiġi ppreżentat appell f’materji ta’ dritt industrijali — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Talba għall-interpretazzjoni tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda, b’mod ġenerali, ċerti taxxi fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u li timponi drittijiet tar-reġistru u tat-tqegħid tal-kawża fil-lista tal-kawżi fil-każ li jiġi ppreżentat appell f’materji ta’ dritt industrijali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma għandhiex bħala għan li timplementa d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni u li ma tistax tiġi influwenzata minn ebda leġiżlazzjoni speċifika tiegħu – Sitwazzjoni legali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
(Artikolu 267 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 51(1); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/94)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Suġġett tal-kawża nazzjonali li ma għandu l-ebda element ta’ rabta mad-dritt tal-Unjoni – Rikors intiż li jaċċedi għall-intervent ta’ istituzzjoni nazzjonali ta’ garanzija fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega – Sitwazzjoni li ma taqa, f’dan l-istadju tal-proċedura, la fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/94 u lanqas f’dak tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
(Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/94, Artikoli 2(1) u 3)
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) ta’ din tal-aħħar, li jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-Istati Membri biss meta dawn ikunu qegħdin jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. L-Artikolu 51(1) tal-Karta jikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux lil hinn minn tali sitwazzjonijiet. Issa, meta sitwazzjoni legali ma tkunx taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tagħha u d-dispożizzjonijiet eventwalment invokati tal-Karta ma jistgħux, fihom infushom, jistabbilixxu dik il-ġurisdizzjoni.
Qabel kollox, leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi d-drittijiet tar-reġistru u tat-tqegħid tal-kawża fil-lista tal-kawżi fil-każ li jiġi ppreżentat appell f’materji ta’ dritt industrijali, li tirregola, b’mod ġenerali, ċerti taxxi fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, ma għandhiex bħala għan li timplementa d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, dan tal-aħħar ma jinkludi l-ebda leġiżlazzjoni speċifika fil-qasam jew li jista’ jinfluwenza din il-leġiżlazzjoni nazzjonali.
(ara l-punti 28-30, 32 u d-dispożittiv)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 36-40)