Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0528

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C‑528/12

    Mömax Logistik GmbH

    vs

    Bundesamt für Justiz

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Landgericht Bonn)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — Direttiva 78/660/KEE — Pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali kkonsolidati ta’ ċerti forom ta’ kumpanniji — Applikazzjoni tar-regoli ta’ pubblikazzjoni ta’ dawn il-kontijiet għal kumpanniji rregolati mid-dritt ta’ Stat Membru u li jifformaw parti minn grupp li l-kumpannija parent tiegħu hija rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Frar 2014

    1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-kwistjonijiet imqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Direttiva 78/660 – Kontijiet annwali ta’ ċerti forom ta’ kumpanniji – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta biss, mir-regoli ta’ pubblikazzjoni dwar il-kontijiet annwali, lill-kumpanniji sussidjarji rregolati mid-dritt ta’ dan l-Istat Membru u li jifformaw parti minn grupp b’kumpannija parent suġġetta għad-dritt tal-imsemmi Stat – Inammissibbiltà

      (Direttiva tal-Kunsill 78/660, Artikolu 57)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 17, 18)

    2.  L-Artikolu 57 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660, ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teżenta lil sussidjarja rregolata mid-dritt ta’ dan l-Istat Membru mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar il-kontenut, il-verifika u l-pubblikazzjoni ta’ kontijiet annwali biss jekk il-kumpannija parent tkun ukoll irregolata mid-dritt tal-imsemmi Stat.

      Fil-fatt, billi juża l-kliem “liġijiet ta’ Stat Membru”, l-Artikolu 57(a) tad-Direttiva 78/660 jindika mingħajr dubju li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista minn dan l-artikolu, il-kumpannija parent tista’ tkun irregolata bid-dritt ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni u mhux unikament bid-dritt li għalih hija suġġetta l-kumpannija sussidjarja li qed tfittex li tibbenefika minn din l-eżenzjoni. Din l-interpretazzjoni tal-imsemmija kliem hija kkonfermata mill-fatt li, b’kuntrast ma’ din il-frażi dwar il-kumpannija parent, il-frażi introduttiva ta’ dan l-artikolu tindika li l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impriżi sussidjarji li jkunu rregolati “bil-liġijiet nazzjonali tagħhom”.

      Barra minn hekk, ladarba Stat Membru jagħżel din l-eżenzjoni, huwa ma jistax jintroduċi, fir-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-imsemmija eżenzjoni, differenza fit-trattament bejn il-kumpanniji parent stabbiliti f’dan l-Istat u l-kumpanniji parent stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

      (ara l-punti 25‑27, 30 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑528/12

    Mömax Logistik GmbH

    vs

    Bundesamt für Justiz

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Landgericht Bonn)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt tal-kumpanniji — Direttiva 78/660/KEE — Pubblikazzjoni tal-kontijiet annwali kkonsolidati ta’ ċerti forom ta’ kumpanniji — Applikazzjoni tar-regoli ta’ pubblikazzjoni ta’ dawn il-kontijiet għal kumpanniji rregolati mid-dritt ta’ Stat Membru u li jifformaw parti minn grupp li l-kumpannija parent tiegħu hija rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Frar 2014

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-kwistjonijiet imqajma — Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Kumpanniji — Direttiva 78/660 — Kontijiet annwali ta’ ċerti forom ta’ kumpanniji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta biss, mir-regoli ta’ pubblikazzjoni dwar il-kontijiet annwali, lill-kumpanniji sussidjarji rregolati mid-dritt ta’ dan l-Istat Membru u li jifformaw parti minn grupp b’kumpannija parent suġġetta għad-dritt tal-imsemmi Stat — Inammissibbiltà