Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0383

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑383/12 P

    Environmental Manufacturing LLP

    vs

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

    (Trade marks u Disinni) (UASI)

    “Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li fihom l-elementi verbali ‘WOLF Jardin’ u ‘Outils WOLF’ — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) — Bidla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju — Oneru tal-prova”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013

    Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Prova

    (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5))

    Id-dannu jew il-probabbiltà ta’ dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti previst fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja ma jistax jiġi kkonstatat mingħajr il-prova ta’ bidla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju tal-prodotti jew tas-servizzi li għalihom it-trade mark preċedenti hija rreġistrata wara l-użu tat-trade mark sussegwenti jew riskju serju li tibdil bħal dan iseħħ fil-futur, u li l-prodotti jew is-servizzi inkwistjoni jkunu jixxiebhu jew le.

    Il-kunċett ta’ “bidla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju” joħloq kundizzjoni ta’ natura oġġettiva. Din il-bidla ma tistax tiġi dedotta biss mill-elementi suġġettivi bħas-sempliċi perċezzjoni tal-konsumaturi. Il-fatt biss li dawn tal-aħħar jirrimarkaw il-preżenza ta’ sinjal ġdid li jixbah lis-sinjal preċedenti ma huwiex biżżejjed waħdu sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dannu jew il-probabbiltà ta’ dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti skont it-tifsira tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn dan ix-xebh ma joħloqx konfużjoni f’moħħhom. Standard ogħla ta’ prova huwa meħtieġ biex ikun jista’ jikkonstata d-dannu jew il-probabbiltà ta’ dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti sabiex ma jwassalx għal sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi japproprjaw rwieħhom indebitament minn ċerti sinjali, li jista’ jħassar il-kompetizzjoni. Ċertament, ir-Regolament Nru 207/2009 u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jitolbux li tiġi prodotta prova ta’ dannu reali, iżda jammettu il-probabbiltà serja ta’ tali dannu, li jippermetti l-użu ta’ deduzzjonijiet loġiċi. Madankollu, dawn id-deduzzjonijiet ma għandhomx jirriżultaw minn sempliċi suppożizzjonijiet iżda dawn id-deduzzjonijiet jibbażaw fuq “analiżi tal-probabbiltajiet u b’kunsiderazzjoni tal-prattiki normali fis-settur kummerċjali rilevanti kif ukoll ta’ kull ċirkustanza oħra ta’ dan il-każ”.

    (ara l-punti 34, 36, 37, 40-43, 45)

    Top

    Kawża C‑383/12 P

    Environmental Manufacturing LLP

    vs

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

    (Trade marks u Disinni) (UASI)

    “Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li fihom l-elementi verbali ‘WOLF Jardin’ u ‘Outils WOLF’ — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) — Bidla fl-aġir ekonomiku tal-konsumatur medju — Oneru tal-prova”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Novembru 2013

    Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet — Dannu lill-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Prova