EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0302

Sommarju tas-sentenza

Court reports – general

Kawża C‑302/12

X

vs

Minister van Financiën

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 43 KE — Vetturi bil-mutur — Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur privata rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Intaxxar ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali kif ukoll fit-tieni Stat Membru meta tiġi rreġistrata — Vettura użata miċ-ċittadin ikkonċernat kemm għal finijiet privati kif ukoll sabiex imur, mill-Istat Membru ta’ oriġini, lejn il-post tax-xogħol li jinsab fl-ewwel Stat Membru”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Identifikazzjoni tas-suġġett tad-domanda

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal taxxa, sa mill-ewwel darba li tintuża fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali, vettura bil-mutur irreġistrata li diġà kienet suġġetta għal taxxa fi Stat Membru ieħor – Vettura bil-mutur intiża sabiex tintuża, għal finijiet kemm privati kif ukoll professjonali, effettivament u fit-tul f’dawn iż-żewġ Stati Membri – Ammissibbiltà

    (Artikolu 43 KE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 19-22)

  2.  L-Artikolu 43 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta għal taxxa, meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali, vettura bil-mutur irreġistrata li diġà kienet suġġetta għal taxxa minħabba r-reġistrazzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor, meta din il-vettura hija intiża sabiex essenzjalment u effettivament tintuża fit-tul f’dawn iż-żewġ Stati Membri jew tkun, fil-fatt, użata b’dan il-mod, sakemm din it-taxxa ma tkunx diskriminatorja.

    Fil-fatt, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tat-tassazzjoni tal-vetturi bil-mutur fuq livell tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri huma liberi li jeżerċitaw l-awtorità fiskali tagħhom f’dan il-qasam, bil-kundizzjoni li jeżerċitawha fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, Stat Membru jista’ jissuġġetta għal taxxa ta’ reġistrazzjoni vettura bil-mutur irreġistrata fi Stat Membru ieħor meta l-imsemmija vettura hija intiża sabiex tintuża essenzjalment fit-territorju tal-ewwel Stat Membru b’mod permanenti jew meta tintuża, fil-fatt, b’dan il-mod.

    Barra minn hekk, f’tali kuntest, l-iżvantaġġi li jistgħu jirriżultaw mill-eżerċizzju parallel tal-kompetenzi fiskali tad-diversi Stati Membri, sakemm dan l-eżerċizzju ma jkunx diskriminatorju, ma humiex restrizzjonijiet tal-moviment liberu. Żvantaġġ ma huwiex diskriminatorju billi kull resident tal-Istat Membru fejn il-vettura ma hijiex irreġistrata, irrispettivament minn jekk dan huwiex impjegat jew jaħdimx għal rasu, huwa suġġett għal din it-taxxa meta jirreġistra vettura bil-mutur fir-reġistru ta’ dan l-Istat jew sa mill-ewwel użu ta’ tali vettura, irreġistrata fi Stat Membru ieħor, fin-netwerk ta’ toroq tal-ewwel Stat Membru.

    (ara l-punti 23, 24, 28, 30, 32 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑302/12

X

vs

Minister van Financiën

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 43 KE — Vetturi bil-mutur — Użu fi Stat Membru ta’ vettura bil-mutur privata rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Intaxxar ta’ din il-vettura fl-ewwel Stat Membru meta tintuża għall-ewwel darba fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali kif ukoll fit-tieni Stat Membru meta tiġi rreġistrata — Vettura użata miċ-ċittadin ikkonċernat kemm għal finijiet privati kif ukoll sabiex imur, mill-Istat Membru ta’ oriġini, lejn il-post tax-xogħol li jinsab fl-ewwel Stat Membru”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Identifikazzjoni tas-suġġett tad-domanda

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal taxxa, sa mill-ewwel darba li tintuża fin-netwerk ta’ toroq nazzjonali, vettura bil-mutur irreġistrata li diġà kienet suġġetta għal taxxa fi Stat Membru ieħor — Vettura bil-mutur intiża sabiex tintuża, għal finijiet kemm privati kif ukoll professjonali, effettivament u fit-tul f’dawn iż-żewġ Stati Membri — Ammissibbiltà