Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0180

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑180/12

    Stoilov i Ko EOOD

    vs

    Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tmiem ta’ bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ rilevanza tad-domandi magħmula — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013

    Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali – Domandi mingħajr skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

    (Artikolu 267 TFUE)

    Meta deċiżjoni amministrattiva ta’ notifika ta’ klassifikazzjoni tariffarja ta’ ċerti prodotti tkun ġiet annullata fl-intier tagħha minn qorti nazzjonali suprema u l-eżistenza ta’ din id-deċiżjoni tikkostitwixxi kundizzjoni proċedurali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru furzat tad-dejn pubbliku msemmi fid-deċiżjoni ta’ notifika, ma huwiex meħtieġ, mill-Qorti tal-Ġustizzja, li tiddeċiedi fuq domandi preliminari rigward din il-klassifikazzjoni. Fil-fatt, fin-nuqqas ta’ suġġett, din it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tippermettix li jiġu dedotti elementi ta’ interpretazzjoni ta’ dritt tal-Unjoni li l-qorti nazzjonali tista’ tapplika b’mod utli biex tiddeċiedi, skont dan id-dritt, il-kawża pendenti quddiemha.

    Fir-rigward tal-possibbiltà ta’ adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ notifika u ta’ rkupru ġodda, ir-risposta għal domandi magħmula f’tali ċirkustanzi timplika li tingħata opinjoni fuq kwistjonijiet ipotetiċi, bi ksur tal-missjoni fdata lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-kooperazzjoni ġudizzjarja stabbilita permezz tal-Artikolu 267 TFUE.

    (ara l-punti 39, 45-47 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑180/12

    Stoilov i Ko EOOD

    vs

    Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tmiem ta’ bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ rilevanza tad-domandi magħmula — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013

    Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Annullament tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali — Domandi mingħajr skop — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni