Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0093

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Provvista ta’ servizzi bi ħlas — Kunċett

    (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 2(1) u 4)

    Summary

    L‑Artikoli 2(1) u 4 tas‑Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388, fuq l‑armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandhom jiġu interpretati fis-sens li operatur li jixtri, b’riskju għalih, dejn dubjuż bi prezz inqas mill-valur nominali tiegħu ma jipprovdix servizz bi ħlas, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2(1), u ma jwettaqx attività ekonomika li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva meta d-differenza bejn il-valur nominali tal-imsemmi dejn u l-prezz ta’ xiri tiegħu tirrifletti l-valur ekonomiku effettiv tad-dejn inkwistjoni fil-mument tal-assenjazzjoni tiegħu.

    Fil-fatt, f’tali ċirkustanzi, iċ-ċessjonarju tad-dejn ma jirċievi l-ebda kontropartita mingħand iċ-ċedent, peress li d-differenza bejn il-valur nominali tad-dejn ċedut u l-prezz ta’ xiri ta’ dan id-dejn tirrifletti l-valur ekonomiku effettiv tal-imsemmi dejn fil-mument tal-assenjazzjoni tiegħu, li tiddependi fuq in-natura dubjuża tagħhom u fuq ir-riskju ikbar ta’ falliment tad-debituri.

    (ara l-punti 22, 25, 26 u d-dispożittiv)

    Top