Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0048

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Subject of the case
    Parti operattiva

    Keywords

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 30-35)

    2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni ta’ direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 31)

    3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni - Eżerċizzju diskrezzjonali (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 32)

    4. Stati Membri - Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq nuqqas eventwali ta’ Stat Membru ieħor - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 33)

    Subject of the case

    Suġġett

    Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) - Installazzjonijiet li jista’ jkollhom effett fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija u fuq it-tniġġis - Rekwiżiti għall-għoti ta’ permessi għal installazzjonijiet eżistenti.

    Parti operattiva

    Dispożittiv

    1) Billi ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw, permezz ta’ permessi maħruġa skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż jew, skont il-każ, billi jeżaminaw mill-ġdid u, fejn meħtieġ, billi jaġġornaw il-kundizzjonijiet, li l-installazzjonijiet eżistenti jiġu operati skont ir-rekwiżiti tal-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b) u 15(2) ta’ din id-direttiva, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ottubru 2007, bla ħsara għal dispożizzjonijiet tad-dritt speċifiċi oħra tal- Unjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l- Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.

    2) Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top