Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CO0381

    Sommarju tad-digriet

    Keywords
    Subject of the case
    Parti operattiva

    Keywords

    Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae (Direttiva tal-Kunsill 77/388) (ara l-punti 18-20 u d-dispożittiv)

    2. Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Eżenzjonijiet previsti mis-Sitt Direttiva – Eżenzjoni għat-tranżazzjonijiet ta’ għoti ta’ kreditu (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 13B(d)(1)) (ara l-punti 18-20 u d-dispożittiv)

    Subject of the case

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 B(d)(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Eżenzjonijiet – Tranżazzjonijiet li jikkonsistu fl-għoti, in-negozjar u l-immaniġġjar tal-kreditu – Attività ta’ min jislef il-flus bl-użura, attività illegali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    Parti operattiva

    Dispożittiv

    Peress illi l-attività ta’ self b’użura tikkostitwixxi ksur skont id-dritt penali nazzjonali, hija taqa’, minkejja n-natura illegali tagħha, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima. L-Artikolu 13B(d)(1) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jissuġġetta din l-attività għat-taxxa fuq il-valur miżjud meta l-attività korrispondenti tal-għoti ta’ self ta’ flus b’interessi mhux eċċessivi hija eżenti minn din it-taxxa.

    Top