Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0039

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Subject of the case
    Parti operattiva

    Keywords

    Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Kriterji ta’ selezzjoni - Evalwazzjoni tal-kapaċità tal-kandidati li jipprovdu servizzi speċifiċi - Kriterji ta’ għoti - Evalwazzjoni komparattiva tal-karatteristiċi u tal-merti partikolari tal-offerti individwali - Applikazzjoni ta’ kriterju ddestinat għall-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tal-kandidati sabiex jeżegwixxu kuntratt matul il-fażi ta’ għoti tal-kuntratt - Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(1) u (2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punti 17-24, 38-40, 42)

    2. Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti - Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet (ara l-punti 21, 47)

    3. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Oneru tal-prova - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (Artikolu 288(2) KE) (ara l-punti 45-47)

    Subject of the case

    Suġġett

    Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Novembru 2007, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti EAC/04/07 għall-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manutenzjoni tal-portal tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tagħlim minn fuq l-Internet (e-learning) (elearningeuropa.info) (ĠU 2007, S 87), u li tattribwixxi l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni.

    Parti operattiva

    Dispożittiv

    1) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2007 li tiċħad l-offerta ppreżentata minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti EAC/04/07 dwar il-hosting, immaniġġjar, titjib, promozzjoni u manutenzjoni tal-portal tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea fuq it-tagħlim minn fuq l-Internet (e-learning) (elearningeuropa.info), u li tattribwixxi dan il-kuntratt lil offerent ieħor, hija annullata.

    2) It-talba għad-danni hija miċħuda.

    3) Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.

    Top