Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CJ0103

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-103/08

    Arthur Gottwald

    vs

    Bezirkshauptmannschaft Bregenz

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg)

    “Moviment liberu tal-persuni — Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikolu 12 KE — Għoti lill-persuni b’diżabbiltà ta’ liċenzja tal-karozza kull sena mingħajr ħlas — Dispożizzjonijiet li jillimitaw l-għoti ta’ tali liċenzja tal-karozza lill-persuni b’diżabbiltà residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju nazzjonali”

    Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali J. Mazák, ippreżentati fit-30 ta’ April 2009   I ‐ 9119

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustiżżja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2009   I ‐ 9134

    Sommarju tas-sentenza

    Dritt Komunitarju – Prinċipji – Trattament ugwali – Diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza – Projbizzjoni

    (Artikolu 12 KE)

    L-Artikolu 12 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, li tirriżerva l-għoti mingħajr ħlas u kull sena ta’ liċenzja tal-karozza lill-persuni b’diżabbiltà residenti jew ordinarjament residenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, inklużi anki dawk il-persuni li jmorru f’dan l-Istat regolarment għal raġunijiet professjonali jew personali.

    Fil-fatt, kemm l-aġevolazzjoni tal-mobbiltà u tal-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà kif ukoll ix-xewqa li tiġi ggarantita l-eżistenza ta’ ċerta rabta bejn is-soċjetà tal-Istat Membru kkonċernat u l-benefiċjarju ta’ benefiċċju bħal dak inkwistjoni jistgħu jikkostitwixxu kunsiderazzjonijiet oġġettivi ta’ interess ġenerali li huma ta’ tali natura li jiġġustifikaw il-fatt li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ tali benefiċċju jkunu jistgħu jaffettwaw il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni.

    Fil-każ tal-imsemmija miżura, intiża biex tiffaċilita ċ-ċaqliq regolari fit-territorju nazzjonali tal-persuni li jbatu minn diżabbiltà bil-għan li jiġu integrati fis-soċjetà nazzjonali, jidher li l-kriterji tar-residenza jew tar-residenza ordinarja huma xierqa biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta bejn dawn il-persuni u s-soċjetà tal-Istat Membru kkonċernat, b’mod li jkunu jistgħu jiġu distini, minn kategoriji oħra ta’ persuni li jużaw in-netwerk tat-toroq ta’ dan l-Istat Membru biss okkażjonalment jew temporanjament. Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-kundizzjonijiet ta’ residenza jew ta’ residenza ordinarja mal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, l-imsemmija kundizzjonijiet huma interpretati b’mod wiesa’, b’tali mod li fatturi oħra ta’ rabta jippermettu li tiġi stabbilita rabta suffiċjenti mas-soċjetà nazzjonali, għall-finijiet tal-għoti mingħajr ħlas tal-liċenzja tal-karozza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal din ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

    (ara l-punti 32, 36, 38, 40, 41 u d-dispożittiv)

    Top