Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FJ0092

    Sommarju tas-sentenza

    Staff case summary

    Staff case summary

    Sommarju

    1. Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Nuqqas ta’ produzzjoni tal-att ikkontestat

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 44(3) sa (6))

    2. Uffiċjali – Promozzjoni – Kundizzjonijiet – Dimostrazzjoni tal-kapaċità li wieħed jaħdem bi tliet lingwi

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 45(2); Anness III, Artikolu 7, u Anness XIII, Artikolu 11)

    1. Meta r-Reġistratur, b’mod kuntrarju għall-Artikolu 44(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, ma jistedinx lir-rikorrent, li mar-rikors tiegħu ma jkunx bagħat annessa d-deċiżjoni kkontestata, sabiex jirregola dan ir-rikors, il‑qorti Komunitarja ma tistax iċċaħħdu minn tali possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni billi tiddikjara inammissibbli r-rikors minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 44(4) tal-imsemmija Regoli tal-Proċedura.

    (ara l-punt 21)

    Referenza: It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 5 ta’ Novembru 2008, Avanzata et vs Il‑Kummissjoni, F‑48/06, Ġabra p. I‑0000, punti 49 u 50

    2. L-Artikolu 45(2) tar-Regolament tal-Persunal, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament Nru 73/2004, li jemenda r-Regolament tal-Persunal kif ukoll is‑sistema applikabbli għall-membri l-oħra tal-persunal, li tipprovdi l-obbligu, għall-uffiċjal, li juri, qabel l-ewwel promozzjoni tiegħu, il-kapaċità tiegħu li jaħdem bi tliet lingwi, hija applikabbli biss sa mid-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet komuni ta’ eżekuzzjoni, adottati bi qbil komuni mill-istituzzjonijiet.

    Fil-fatt, peress li l-leġiżlatur, fi kwalunkwe każ, skont l-Artikolu 11 tal-Anness XIII tar-Regolament tal-Persunal, eskluda l-applikazzjoni tiegħu għall-promozzjonijiet li daħlu fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2006, l-Artikolu 45(2), ma jistax jiġi applikat qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija dispożizzjonijiet komuni ta’ eżekuzzjoni fil-kundizzjonijiet meħtieġa mil-leġiżlatur, jiġifieri l-garanzija ta’ applikazzjoni uniformi fid-diversi istituzzjonijiet u r-rabta ta’ dan l-obbligu regolamentari għall-possibbiltà, għall-uffiċjali, li jaċċedu għat-tagħlim tat-tielet lingwa. B’hekk, istituzzjoni ma tistax tapplika dan l-artikolu tar-Regolament tal-Persunal skont regoli stabbiliti minnha biss.

    (ara l-punti 35 sa 38)

    Top