EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0363

Sommarju tas-sentenza

Kawża T-363/06

Honda Motor Europe Ltd

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MAGIC SEAT — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SEAT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2008   II ‐ 2219

Sommarju tas-sentenza

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b))

Għall-pubbliku rilevanti kompost, minn naħa, minn bejjiegħa tal-vetturi li mhumiex ġodda, proprjetarji ta’ garaxxijiet u mekkaniċi u, min-naħa l-oħra, minn konsumaturi medji li huma probabbilment assistiti minn mekkaniku jew minn professjonisti oħra kompetenti fil-qasam matul il-bidla jew it-tiswija ta’ kull komponent relatat ma’ siġġu ta’ karozza, teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, bejn is-sinjal verbali MAGIC SEAT, li r-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark Komunitarju hija mitluba għas-“siġġijiet ta’ vetturi u mekkaniżmi ta’ siġġijiet ta’ vetturi u partijiet u installazzjonijiet u aċċessorji għal dawn il-prodotti” li jaqgħu fil-klassi 12 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nizza, u tal-marka figurattiva SEAT, irreġistrata qabel fi Spanja għall-“vetturi ta’ l-art, ingaġġjar u sistemi ta’ trażmissjoni, kif ukoll komponenti u spare parts ta’ vetturi ta’ l-art li mhumiex inklużi fi klassijiet oħrajn; apparat għal-lokomozzjoni bl-art, arja jew ilma” li jaqgħu fl-istess klassi tal-imsemmi ftehim.

Fil-fatt, il-prodotti koperti minn dawn iż-żewġ sinjali huma identiċi u ż-żewġ trade marks huma globalment simili. Barra minn hekk, it-trade mark preċedenti għandha karattru distintiv għoli fi Spanja minħabba r-reputazzjoni tagħha b’mod li hija għandha protezzjoni iktar wiesgħa mit-trade marks li għandhom inqas karattru distintiv. Minn dan isegwi li jeżisti riskju li l-pubbliku rilevanti jista’ jemmen li l-prodotti inkwistjoni joriġinaw mill-istess impriża jew, jekk ikun il-każ, minn impriżi ekonomikament marbuta.

(ara l-punti 21, 55-57)

Top