This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015L2203
Il-proteini tal-ħalib sikuri għall-konsum mill-bniedem
Id-Direttiva (UE) 2015/2203 dwar kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem
Hija taġġorna u tissimplifika r-regoli għat-tikkettar tal-kaseina, meta tkun maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Id-direttiva tagħti lin-negozji fl-industrija tal-ikel l-informazzjoni li jeħtieġu sabiex jittikkettaw il-prodotti għall-konsumaturi b’mod korrett. Dan huwa partikolarment importanti sabiex il-konsumaturi jiġu megħjuna jidentifikaw l-allerġeni fl-ikel tagħhom.
Il-kaseina, flimkien max-xorrox, hija waħda mill-proteini ewlenin fil-ħalib. Hija tintuża fil-produzzjoni tal-ġobon, bħala aġent li jirfina sabiex jiċċara l-inbid u bħala suppliment tad-dieta. Il-kaseini koperti fid-direttiva huma:
L-isem tal-prodott tal-ħalib (kaseina jew kaseinata) għandu jiġi mmarkat fuq l-imballaġġ kollu. Fil-każ ta’ taħlitiet, għandu jintuża l-kliem li ġej: “taħlita ta’ …”, segwit minn lista ta’ prodotti f’ordni li tonqos skont il-piż.
Għal kaseinati li jittieklu, għandu jingħata l-isem tal-aġent li jinnewtralizza jew ta’ aġent ieħor li jintuża.
It-tikketta għandha tiddikjara wkoll:
B’mod alternattiv, din l-informazzjoni tista’ tiġi elenkata f’dokument li jakkumpanja.
Pajjiż tal-UE għandu jipprojbixxi l-bejgħ ta’ dawn il-prodotti magħmula mill-ħalib jekk ma jkunux immarkati fuq tikketti b’lingwa li tinftiehem faċilment mix-xerrejja f’dak il-pajjiż.
L-annessi għad-direttiva jistabbilixxu standards għall-kaseini u l-kaseinati, bħall-perċentwal minimu ta’ proteini. Jekk il-kontenut minimu ta’ proteini fil-ħalib jinqabeż, dan jista’ jiġi mmarkat fuq l-imballaġġ. L-annessi jelenkaw ukoll is-sustanzi u l-addittivi permessi fl-ipproċessar tal-kaseini, inklużi aġenti li jintużaw fil-produzzjoni tal-kaseinati.
Id-direttiva tħassar id-Direttiva 83/417/KEE b’effett mit-.
Hija bdiet tapplika mill-. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sat-.
Direttiva (UE) 2015/2203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE (ĠU L 314, , p. 1-9)
l-aħħar aġġornament