EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008L0098-20180705

Consolidated text: Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/98/2018-07-05

02008L0098 — MT — 05.07.2018 — 003.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA 2008/98/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 312 22.11.2008, p. 3)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1357/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014

  L 365

89

19.12.2014

►M2

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1127 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Lulju 2015

  L 184

13

11.7.2015

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/997 tat-8 ta' Ġunju 2017

  L 150

1

14.6.2017

►M4

DIRETTIVA (UE) 2018/851 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 150

109

14.6.2018


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 297, 13.11.2015, p.  9 (2015/1127)

►C2

Rettifika, ĠU L 042, 18.2.2017, p.  43 (Nru 1357/2014)




▼B

DIRETTIVA 2008/98/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

▼M4

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart, tal-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar tal-iskart, u permezz tat-tnaqqis tal-impatti ġenerali tal-użu ta’ riżorsi u t-titjib fl-effiċjenza ta’ tali użu, li huma kruċjali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u sabiex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-UE.

▼B

Artikolu 2

Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a) skariki ta’ gassijiet mitfugħa fl-atmosfera;

(b) art (in situ) inkluża ħamrija kontaminata mhux skavata u bini konness ma’ l-art b’mod permanenti ma’ l-art;

(ċ) ħamrija mhux kontaminata u materjal ieħor li jirriżulta b’mod naturali skavat waqt attivitajiet ta’ kostruzzjoni fejn huwa ċert li l-materjal ser jintuża għal finijiet ta’ kostruzzjoni fl-istat naturali tiegħu fuq is-sit li minnu kien skavat;

(d) skart radjuattiv;

(e) splussivi li m’għadhomx attivi;

(f) demel, jekk mhux kopert mill-paragrafu 2(b), tiben u materjal naturali ieħor agrikolu jew tal-forestrija li mhux perikoluż użat fil-produzzjoni agrikola, fil-forestrija jew għall-produzzjoni ta’ enerġija mill-bijomassa permezz ta’ proċessi jew metodi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jew li ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem.

2.  Dawn li ġejjin għandhom jiġu eskluzi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sal-punt li huma koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra:

(a) ilmijiet mormija;

(b) prodotti sekondarji mill-annimali inkluż prodotti pproċessati koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ħlief dawk li huma destinati għall-inċinerazzjoni, għar-radam jew għall-użu f’impjant ta’ bijogass jew ta’ kompostaġġ;

(ċ) karkassi ta’ annimali li mietu mhux għax inqatlu għall-ikel, inkluż annimali maqtula għall-qerda ta’ mard epiżootiku, u li jintremew skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(d) skart li jirriżulta mit-tiftix, l-estrazzjoni, it-trattament u l-ħżin ta’ riżorsi minerali u x-xogħol tal-barrieri kopert mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni ( 1 );

▼M4

(e) sustanzi li huma destinati għall-użu bħala materjal ta’ għalf kif iddefinit fil-punt (g) tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) u li ma jkunux jikkonsistu minn prodotti sekondarji tal-annimali jew ikun fihom dawn il-prodotti.

▼B

3.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, is-sedimenti li jerġgħu jitpoġġew taħt wiċċ l-ilma bil-għan li jiġu mmaniġġati l-ilmijiet u l-passaġġi ta’ l-ilma jew li jevitaw l-għargħar jew inaqqsu l-effetti ta’ l-għargħar jew tan-nixfiet jew riklamazzjoni ta’ l-art għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jekk jiġi ppruvat li s-sedimenti mhumiex perikolużi.

4.  Jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ Direttivi individwali regoli speċifiċi għal sitwazzjonijiet partikolari, jew li jissupplimentaw dawk ta’ din id-Direttiva, dwar l-immaniġġar ta’ kategoriji partikolari ta’ skart.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi;

(2) “skart perikoluż” tfisser skart li jkollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III;

▼M4

(2a) “skart mhux perikoluż” tfisser skart li mhuwiex kopert mill-punt 2;

(2b) “skart muniċipali” tfisser:

(a) skart imħallat u skart miġbur b’mod separat mill-unitajiet domestiċi, inklużi karta u kartun, ħġieġ, plastik, bijoskart, injam, tessuti, imballaġġ, skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u skart goff, inklużi saqqijiet u għamara;

(b) skart imħallat u skart miġbur b’mod separat minn sorsi oħra, meta tali skart ikollu natura u kompożizzjoni simili għall-iskart mill-unitajiet domestiċi;

L-iskart muniċipali ma jinkludix l-iskart mill-produzzjoni, l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, it-tankijiet settiċi u n-netwerk u t-trattament tad-drenaġġ, inklużi l-ħama tad-drenaġġ, il-vetturi li ma għadhomx jintużaw jew l-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.

Din id-definizzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-immaniġġjar tal-iskart bejn l-atturi pubbliċi u dawk privati;

(2c) “skart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni” tfisser l-iskart iġġenerat mill-attivitajiet tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni;

▼B

(3) “żjut għar-rimi” tfisser kull lubrikazzjoni minerali jew sintetika jew żjut industrijali li m’għadhomx tajbin għall-użu li għalih kienu maħsuba oriġinarjament, bħal żjut użati tal-magna tal-kombustjoni u żjut tal-gearbox, żjut ta’ lubrikazzjoni, żjut għat-turbini u żjut idrawliċi;

▼M4

(4) “bijoskart” tfisser skart bijodegradabbli mill-ġonna u mill-parks, skart tal-ikel u tal-kċina mill-unitajiet domestiċi, mill-uffiċċji, mir-restoranti, mill-kummerċ bl-ingrossa, mill-kantins, mill-fornituri tal-ikel u mill-ħwienet bl-imnut, u skart paragunabbli minn impjanti ta’ pproċessar tal-ikel;

▼M4

(4a) “skart tal-ikel” tfisser l-ikel kollu kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) li jkun sar skart;

▼B

(5) “produttur ta’ l-iskart” tfisser kull min l-attivitajiet tiegħu jipproduċu skart (il-produttur oriġinali ta’ l-iskart) jew kull min jagħmel pre-proċessar, taħlit jew operazzjonijiet oħra li jirriżultaw f’bidla fin-natura jew il-kompożizzjoni ta’ dan l-iskart;

(6) “detentur ta’ l-iskart” tfisser il-produttur ta’ l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess ta’ l-iskart;

(7) “negozjant” tfisser kwalunkwe intrapriża li taġixxi fir-rwol ta’ prinċipal biex tixtri jew sussegwentement tbigħ l-iskart, inkluż tali negozjanti li ma jeħdux pussess fiżiku ta’ l-iskart;

(8) “sensar” tfisser kwalunkwe intrapriża li tirranġa l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart f’isem oħrajn, inkluż tali sensara li ma jeħdux il-pussess fiżiku ta’ l-iskart;

▼M4

(9) “immaniġġjar tal-iskart” tfisser il-ġbir, it-trasport, l-irkupru £(inkluża s-separazzjoni) u r-rimi ta’ skart, inklużi s-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-kura ta’ wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;

▼B

(10) “ġbir” tfisser il-ġbir ta’ l-iskart, inkluż l-għażla preliminari u l-ħżin preliminari ta’ l-iskart għall-finijiet tat-trasport lejn impjant tat-trattament ta’ l-iskart;

(11) “ġbir separat” tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta’ skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku;

(12) “prevenzjoni” tfisser miżuri meħuda qabel sustanza, materjal jew prodott ikunu saru skart, li jnaqqsu:

(a) il-kwantità ta’ l-iskart, inkluż permezz ta’ l-użu mill-ġdid ta’ prodotti jew l-estensjoni tat-tul ta’ ħajja tal-prodotti;

(b) l-impatti negattivi ta’ l-iskart ġenerat fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, jew

▼M4

(c) il-kontenut ta’ sustanzi perikolużi f’materjali u prodotti;

▼B

(13) “użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha l-prodotti jew il-komponenti li mhumiex skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsubin;

(14) “trattament” tfisser operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi, inkluż il-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;

(15) “irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli permezz tas-sostituzzjoni ta’ materjali oħra li inkella kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat b’mod li jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’. L-Anness II fih lista mhux eżawrjenti ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru;

▼M4

(15a) “irkupru ta’ materjal” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, ħlief l-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li jkunu se jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija. Dan jinkludi, inter alia, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-radam mill-ġdid;

▼B

(16) “preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru li biha prodotti jew komponenti ta’ prodotti li saru skart jiġu ppreparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor;

(17) “riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali ta’ l-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi il-proċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta’ enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid;

▼M4

(17a) “radam mill-ġdid” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru fejn l-iskart mhux perikoluż xieraq jintuża għal skopijiet ta’ reklamazzjoni f’żoni skavati jew għal skopijiet ta’ inġinerija fil-pjanifikazzjoni tal-art. L-iskart użat għar-radam mill-ġdid irid jissostitwixxi materjali mhux skart, ikun xieraq għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq u jkun limitat għall-ammont meħtieġ strettament sabiex jintlaħqu dawk l-iskopijiet;

▼B

(18) “riġenerazzjoni ta’ żjut għar-rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ riċiklaġġ li biha jistgħu jiġu prodotti żjut bażiċi bir-raffinar ta’ żjut għar-rimi, partikolarment bit-tneħħija tal-kontaminanti, il-prodotti ta’ ossidazzjoni u l-additivi li jinsabu f’dawn iż-żjut;

(19) “rimi” tfisser kull operazzjoni li mhijiex irkupru anki meta l-operazzjoni għandha bħala konsegwenza sekondarja r-reklamazzjoni ta’ sustanzi jew enerġija. L-Anness I fih lista mhux eżawrjenti ta’ operazzjonijiet ta’ rimi;

(20) “l-aħjar teknika disponibbli” tfisser l-aħjar teknika disponibbli kif hemm definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 96/61/KE;

▼M4

(21) “skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” tfisser sett ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti jġorru r-responsabbiltà finanzjarja jew ir-responsabbiltà finanzjarja u organizzattiva għall-immaniġġjar tal-istatus tal-iskart taċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott.

▼B

Artikolu 4

Ġerarkija ta’ l-iskart

1.  Il-ġerarkija ta’ l-iskart, kif inhi hawn taħt, għandha tapplika bħala prinċipju ta’ gwida fil-prevenzjoni ta’ l-iskart u fil-leġiżlazzjoni u l-politika ta’ l-immaniġġar:

(a) prevenzjoni;

(b) preparazzjoni għal użu mill-ġdid;

(ċ) riċiklaġġ;

(d) irkupru ieħor, eż. irkupru ta’ enerġija; u

(e) rimi.

2.  Fl-applikazzjoni tal-ġerarkija ta’ l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista’ jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta’ skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan ikun ġustifikat mill-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ tali skart.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni u tal-politika ta’ l-iskart ikun proċess trasparenti għalkollox, li jkun jirrispetta r-regoli nazzjonali eżistenti li jikkonċernaw il-konsultazzjoni u s-sehem taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prinċipji ġenerali, fir-rigward ta’ protezzjoni ambjentali, ta’ prekawzjoni u sostenibbiltà, fattibbiltà teknika u vijabbiltà ekonomika, protezzjoni tar-riżorsi kif ukoll jieħdu kont ta’ l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem, u l-impatti ekonomiċi u soċjali ġenerali, skond l-Artikoli 1 u 13.

▼M4

3.  L-Istati Membri għandhom jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart bħal dawk imsemmija fl-Anness IVa jew strumenti u miżuri oħra xierqa.

▼B

Artikolu 5

Prodotti sekondarji

▼M4

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li sustanza jew oġġett li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni, li l-għan ewlieni tiegħu mhuwiex il-produzzjoni ta’ dik is-sustanza jew dak il-prodott, ma jitqisux bħala skart, iżda prodott sekondarju jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

▼B

(a) l-użu ulterjuri tas-sustanza jew l-oġġett ikun ċert;

(b) is-sustanza jew l-oġġett jistgħu jiġu wżati direttament mingħajr kwalunkwe proċessar ulterjuri ħlief prattika industrijali normali;

(ċ) is-sustanza jew l-oġġett huma prodotti bħala parti integrali ta’ proċess ta’ produzzjoni; u

(d) l-użu ulterjuri jkun skond il-liġi, i.e. is-sustanza jew l-oġġett jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha tal-prodott, dawk ambjentali u ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-użu speċifiku, u mhuwiex ser jirriżulta f’impatti ġenerali li jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem.

▼M4

2.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stipulati fl-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.

Dawk lil-kriterji ddettaljati għandhom jistabbilixxu livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u biex jiġi ffaċilitat l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2). Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu bħala punt tat-tluq l-iktar kriterji stretti u ta’ protezzjoni ambjentali minn kwalunkwe sett ta’ kriterji adottat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu u għandhom jagħtu prijorità lill-prattiki replikabbli ta’ simbjożi industrijali fl-iżvilupp tal-kriterji ddettaljati.

▼M4

3.  Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont il- paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk il-kriterji ddettaljati skont id-Direttiva (UE) 2015/1535/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), fejn dan ikun meħtieġ minn dik id-Direttiva.

▼B

Artikolu 6

Tmiem ta’ l-istatus ta’ skart

▼M4

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-iskart li jkun għadda minn riċiklaġġ jew operazzjoni ta’ rkupru oħra jitqies li m’għadux skart jekk jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) is-sustanza jew l-oġġett ikunu se jintużaw għal skopijiet speċifiċi;

▼B

(b) ikun jeżisti suq jew tkun teżisti domanda għal tali sustanza jew oġġett;

(ċ) is-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi għall-iskopijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a) u jissodisfa l-leġiżlazzjoni u l-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti; u

(d) l-użu tas-sustanza jew l-oġġett ma jwasslux għal impatti ġenerali li jagħmel ħsara lill-ambjenta jew lis-saħħa tal-bniedem.

▼M4 —————

▼M4

2.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp tal-kriterji nazzjonali għat-tmiem tal-istadju tal-iskart fl-Istati Membri, u tivvaluta l-ħtieġa li jiġu żviluppati kriterji madwar l-Unjoni kollha abbażi ta’ dan. Għal dan l-għan, u fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi kriterji ddettaljati dwar l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta’ skart.

Dawk il-kriterji dettaljati għandhom jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u jiffaċilitaw l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali. Huma għandhom jinkludu:

(a) skart awtorizzat biex jintuża bħala input għall-operazzjoni ta’ rkupru;

(b) tekniki u proċessi ta’ trattament permessi

(c) kriterji ta’ kwalità għal materjali tat-tmiem tal-istadju tal-iskart li jirriżultaw mill-operazzjoni ta’ rkupru skont l-istandards applikabbli tal-prodotti inklużi l-valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu fejn ikun meħtieġ;

(d) rekwiżiti għal sistema ta’ mmaniġġjar biex tintwera l-konformità mal-kriterji tat-tmiem tal-istadju tal-iskart, inkluż għall-kontroll tal-kwalità, l-awtomonitoraġġ u l-akkreditazzjoni, fejn ikun xieraq; u

(e) rekwiżit ta’ dikjarazzjoni tal-konformità.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji rilevanti stabbiliti mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3 u għandha tieħu bħala punt tat-tluq l-iktar kriterji stretti u ta’ protezzjoni ambjentali minn fost dawk il-kriterji.

3.  Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għal ċerti tipi ta’ skart. Dawk il-kriterji dettaljati għandhom iqisu kwalunkwe impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem tas-sustanza jew l-oġġett u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk il-kriterji skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 fejn meħtieġ minn dik l-istess Direttiva.

4.  Meta l-kriterji ma jkunux ġew stabbiliti jew fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali skont il-paragrafu 2 jew 3, rispettivament, Stat Membru jista’ jiddeċiedi fuq bażi ta’ każ b’każ, jew jieħu miżuri xierqa biex jivverifika, li ċertu skart ma baqax skart abbażi tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 u, fejn ikun hemm bżonn, jirrifletti r-rekwiżiti sitpulati fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2, u b’kont meħud tal-valuri ta’ limitu għas-sustanzi li jniġġsu, u kwalunkwe impatt negattiv fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem. Tali deċiżjonijiet każ b’każ ma għandhomx għalfejn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/1535.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet każ b’każ u dwar ir-riżultati tal-verifika mill-awtoritajiet kompetenti disponibbli pubblikament b’mezzi elettroniċi.

▼M4

5.  Il-persuna fiżika jew legali li

(a) tuża, għall-ewwel darba, materjal li ma jkunx baqa’ skart u li ma jkunx tqiegħed fis-suq; jew

(b) tqiegħed materjal fis-suq għall-ewwel darba wara li ma jibqax skart,

għandha tiżgura li l-materjal jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti skont il-leġislazzjoni relatata mas-sustanzi kimiċi u l-prodotti applikabbli. Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ssodisfati qabel ma l-leġislazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-prodotti tapplika għall-materjal li ma baqax skart.

▼B

Artikolu 7

Lista ta’ skart

►M4  1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi u teżamina mill-ġdid f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, lista ta’ skart. ◄ Il-lista ta’ skart għandha tinkludi skart perikoluż u għandha tieħu kont ta’ l-oriġini u l-kompożizzjoni ta’ l-iskart u, fejn jeħtieġ, tal-valuri tal-limiti ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi perikolużi. Il-lista ta’ skart għandha tkun vinkolanti fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ l-iskart li għandu jkun ikkunsidrat bħala skart perikoluż. L-inklużjoni ta’ sustanza jew oġġett fil-lista ma għandhiex tfisser li huma skart fiċ-ċirkustanzi kollha. Sustanza jew oġġett għandu jkun ikkunsidrat skart biss meta tiġi sodisfatta d-definizzjoni tal-punt (a) ta’ l-Artikolu 3.

▼M4

2.  Stat Membru jista’ jikkunsidra l-iskart bħala skart perikoluż fejn, anki jekk ma jidhirx bħala tali fil-lista ta’ skart, juri waħda jew aktar mill-proprjetajiet elenkati fl-Anness III. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’kull każ bħal dan mingħajr dewmien u jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha. Fid-dawl tan-notifiki rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tiddeċiedi dwar l-adattament tagħha.

▼B

3.  Fejn Stat Membru jkollu provi li juru li skart speċifiku li jidher fil-lista bħala skart perikoluż ma juri l-ebda waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III, jista’ jqis dak l-iskart bħala skart mhux perikoluż. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali każijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-provi meħtieġa. Fid-dawl tan-notifikazzjonijiet rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

4.  Ir-riklassifikazzjoni ta’ skart perikoluż bħala skart mhux perikoluż m’għandhiex issir permezz ta’ dilwizzjoni jew taħlit ta’ l-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet inizjali tas-sustanzi perikolużi għal livell taħt il-livelli minimi li jiddefinixxu skart bħala wieħed perikoluż.

▼M4 —————

▼B

6.  L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-iskart bħala skart mhux perikoluż skond il-lista ta’ l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1.

7.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista ta’ tipi ta’ skart u kwalunkwe reviżjoni ta’ din il-lista jkunu jissodisfaw kif jixraq il-prinċipji ta’ ċarezza, komprensibbiltà u aċċessibbiltà għall-utenti, b’mod partikulari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).



KAPITOLU II

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 8

Responsabbiltà estiża tal-produttur

1.  Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor ta’ l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur.

Tali miżuri jistgħu jinkludu aċċettazzjoni ta’ prodotti meħudin lura u ta’ l-iskart li jibqa’ wara li dawk il-prodotti jkunu ntużaw, kif ukoll l-immaniġġar sussegwenti ta’ l-iskart u r-responsabbiltà finanzjarja għal tali attivitajiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-obbligu li tingħata informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku dwar il-punt sa fejn il-prodott jista’ jiġi wżat mill-ġdid jew riċiklat.

▼M4

Meta tali miżuri jinkludu l-istabbiliment ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, ir-rekwiżiti ġenerali minimi stipulati fl-Artikolu 8a għandhom japplikaw.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-produtturi ta’ prodotti li jieħdu responsabbiltà finanzjarji jew responsabbiltajiet finanzjarji u organizzattivi għall-immaniġġjar tal-istadju tal-iskart taċ-ċiklu ta’ ħajja ta’ prodott minn jeddhom għandhom japplikaw ir-rekwiżiti minimi ġenerali, kollha jew uħud minnhom, stipulati fl-Artikolu 8a.

▼M4

2.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu d-disinn ta’ prodotti u komponenti ta’ prodotti b’mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta’ skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta’ prodotti li jkunu saru skart iseħħu skont l-Artikoli 4 u 13.

Tali miżuri jistgħu jħeġġu, inter alia, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u komponenti ta’ prodotti adattati għal użu multiplu, li jkun fihom materjal riċiklat u li teknikament ikunu durabbli u jistgħu jissewwew faċilment, u li meta jsiru skart ikunu adattati għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tajba tal-ġerarkija tal-iskart. Il-miżuri għandhom iqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, l-ġerarkija tal-iskart u, fejn xieraq, il-potenzjal ta’ riċiklaġġ multiplu.

▼B

3.  Meta tiġi applikata r-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika u l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem u soċjali in ġenerali, filwaqt li jirrispettaw il-ħtieġa li jiżguraw il-funzjonament kif suppost tas-suq intern.

4.  Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-respnsabbiltà għall-immaniġġar ta’ l-iskart kif previst fl-Artikolu 15(1) u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar flussi ta’ skart u prodotti speċifiċi.

▼M4

5.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri u l-atturi involuti fl-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti minimi ġenerali stipulati fl-Artikolu 8a. Dan jinkludi, inter alia, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattiki biex jiġu żgurati governanza xierqa, kooperazzjoni transkonfinali dwar skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern, dwar il-karatteristiċi organizzattivi u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligi ta’ responsabbiltà tal-produtturi f’isem il-produtturi ta’ prodotti, dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, dwar l-għażla tal-operaturi ta’ mmaniġġjar tal-iskart u l-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni u tista’ tipprovdi linji gwida dwar dawn l-aspetti u dwar aspetti rilevanti oħrajn.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, dwar il-kooperazzjoni transkonfinali dwar skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur u dwar il-modulazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 8a(4).

Meta meħtieġ biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq intern, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi kriterji bil-ħsieb tal-applikazzjoni uniformi tal-punt (b) tal-Artikolu 8a(4), iżda bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe determinazzjoni preċiża tal-livell tal-kontribuzzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 8a

Rekwiżiti ġenerali minimi għall-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur

1.  Meta l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), inklużi skont atti leġislattivi oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom:

(a) jiddefinixxu biċ-ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi kollha rilevanti involuti, inklużi, l-produtturi ta’ prodotti li jqiegħdu prodotti fis-suq tal-Istat Membru, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-obbligu tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isimhom, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, u fejn xieraq, l-operaturi ta’ użu mill-ġdid u ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid u l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali;

(b) f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, jiddefinixxu miri ta’ mmaniġġjar tal-iskart, bil-għan li jintlaħqu tal-inqas il-miri kwantitattivi rilevanti għall-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur kif stipulati f’din id-Direttiva, fid-Direttiva 94/62/KE, fid-Direttiva 2000/53/KE, fid-Direttiva 2006/66/KE u fid-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), u jistabbilixxu miri kwantitattivi u/jew objettivi kwalitattivi oħra li huma kkunsidrati rilevanti għall-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur;

(c) jiżguraw li hemm fis-seħħ sistema ta’ rappurtar biex tiġbor data dwar il-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Istat Membru mill-produtturi ta’ prodotti li huma soġġetti għar-responsabbiltà estiża tal-produttur u data dwar il-ġbir u t-trattament ta’ skart li jirriżulta minn dawn il-prodotti, filwaqt li jispeċifikaw, fejn xieraq, il-flussi tal-materjal ta’ skart kif ukoll data oħra rilevanti għall-finijiet tal-put (b);

(d) jiżguraw it-trattament ekwu tal-produtturi ta’ prodotti irrispettivament mill-oriġini jew id-daqs tagħhom mingħajr ma jitqiegħed piż regolatorju sproporzjonat fuq il-produtturi, inklużi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-detenturi tal-iskart immirati mill-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont l-Artikolu 8(1), ikunu infurmati, dwar miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart, ċentri tal-użu mill-ġdid u ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid, sistemi ta’ teħid lura u sistemi ta’ ġbir tal-iskart u tal-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri wkoll biex joħolqu inċentivi biex id-detenturi tal-iskart jassumu r-responsabbiltà tagħhom biex iwasslu l-iskart tagħhom fis-sistemi ta’ ġbir separat li jkunu fis-seħħ, speċifikament, fejn ikun xieraq, permezz ta’ inċentivi jew regolamenti ekonomiċi.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull produttur ta’ prodotti jew organizzazzjoni li jimplimentaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produtturi ta’ prodotti:

(a) ikollhom kopertura ddefinita biċ-ċar mil-lat ġeografiku, tal-prodott u tal-materjal mingħajr jillimitaw dawk l-oqsma għal dawk fejn il-ġbir u l-immaniġġjar tal-iskart huma l-iktar profittabbli;

(b) tipprovdi disponibbiltà adegwata ta’ sistemi tal-ġbir tal-iskart fiż-żoni msemmija fil-punt a;

(c) ikollhom l-mezzi finanzjarji jew mezzi finanzjarji u organizzattivi meħtieġa biex jaqdu l-obbligi tagħhom ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur;

(d) jimplimentaw mekkaniżmu xieraq ta’ awtokontroll, appoġġjat, fejn relevanti, minn awditjar indipendenti regolari li jivvaluta:

(i) l-immaniġġjar finanzjarju tagħhom, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4;

(ii) il-kwalità tad-data miġbura u rrappurtata skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;

(e) jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni dwar il-ksib tal-miri tal-ġestjoni tal-iskart imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u, fil-każ ta’ twettiq kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, ukoll informazzjoni dwar:

(i) is-sjieda u l-membri tiegħu;

(ii) il-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produtturi ta’ prodotti għal kull unità mibjugħa jew għal kull tunnellata ta’ prodott introdott fis-suq; u

(iii) il-proċedura ta’ selezzjoni għall-operaturi tal-immaniġġjar tal-iskart.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontributi finanzjarji mħallsa mill-produttur tal-prodott biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur:

(a) ikopru l-kostijiet li ġejjin, għall-prodotti li l-produttur jqiegħed fis-suq fl-Istat Membru kkonċernat:

 il-kostijiet tal-ġbir tal-iskart u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inkluż it-trattament neċessarju biex jintlaħqu l-miri tal-immaniġġjar tal-iskart tal-Unjoni, u l-kostijiet neċessarji sabiex jintlaħqu miri u għanijiet oħra kif msemmija fil-punt (b) tal- paragrafu 1, filwaqt li jitqies id-dħul mill-użu mill-ġdid, mill-bejgħ ta’ materja prima sekondarja mill-prodotti tiegħu u minn imposti relatati mad-depożitu li ma jkunux intalbu;

 il-kostijiet tal-provvista ta’ informazzjoni xierqa lid-detenturi tal-iskart, skont il-paragrafu 2;

 il-kostijiet tal-ġbir u r-rappurtar tad-data, skont il-punt (c) tal-paragrafu 1.

Dan il-punt ma japplikax għal skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, stabbiliti skont id-Direttiva 2000/53/KE, 2006/66/KE jew 2012/19/UE;

(b) fil-każ li t-twettiq kollettiv tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, jiġu mmodulati, fejn possibbli, għall-prodotti jew gruppi ta’ prodotti simili, speċifikament billi jitqiesu d-durabbiltà, il-kapaċità ta’ tiswija, ta’ użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà tagħhom, u l-preżenza ta’ sustanzi perikolużi, biex b’hekk jittieħed approċċ ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja u allinjat mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, u fejn disponibbli, ibbażat fuq kriterji armonizzati sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern; u

(c) ma jaqbżux il-kostijiet li huma meħtieġa biex jipprovdu servizzi ta’ immaniġġjar tal-iskart b’mod kosteffiċjenti. Dawn il-kostijiet għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti bejn l-atturi kkonċernati;

Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat immaniġġjar tajjeb tal-iskart u l-vijabbiltà ekonomika tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri jistgħu jiddevjaw mill-kondiviżjoni tar-responsabbiltà finanzjarja kif stabbilit fil-punt (a), sakemm:

(i) fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti skont l-atti leġislattivi tal-Unjoni, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 80 % tal-kostijiet meħtieġa;

(ii) fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fl-4 ta’ Lulju 2018 jew wara din id-data, biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti biss fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 80 % tal-kostijiet meħtieġa;

(iii) fil-każ ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018, biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-immaniġġjar tal-iskart stabbiliti biss fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, il-produtturi ta’ prodotti jkollhom iġarrbu mill-inqas 50 % tal-kostijiet meħtieġa,

u sakemm il-kostijiet li jibqgħu jitħallsu minn produtturi jew distributuri oriġinali tal-iskart.

Din id-deroga ma tistax tintuża sabiex jitbaxxa l-proporzjon tal-kostijiet imġarrba mill-produtturi ta’ prodotti skont l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018.

5.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas xieraq ta’ monitoraġġ u infurzar bil-għan li jiżguraw li l-produtturi ta’ prodotti u organizzazzjonijiet jimplimentaw l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’isemhom, jimplementaw l-obbligi tagħhom ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, inkluż fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, li l-mezzi finanzjarji qegħdin jintużaw sew u li l-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur jirrappurtaw data affidabbli.

Meta, fit-territorju ta’ Stat Membru, organizzazzjonijiet multipli jimplimentaw l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi ta’ prodotti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaħtar għall-inqas korp wieħed indipendenti minn interessi privati jew jinkariga awtorità pubblika biex tissorvelja l-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur.

Kull Stat Membru għandu jippermetti lill-produtturi ta’ prodotti, stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li jqiegħdu prodotti fit-territorju tiegħu, jaħtru persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tiegħu bħala rappreżentant awtorizzat sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ produttur relatati ma’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur fit-territorju tiegħu.

Għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-verifika tal-konformità mal-obbligi tal-produttur tal-prodott fir-rigward tal-iskema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw rekwiżiti, bħal pereżempju r-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni, tal-informazzjoni u tar-rappurtar, li għandhom jiġu ssodisfati minn persuna fiżika jew ġuridika sabiex tiġi maħtura bħala rappreżentant awtorizzat fit-territorju tagħhom.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw djalogu regolari fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti involuti fl-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, inklużi l-produtturi u d-distributuri, l-operaturi privati jew pubbliċi tal-iskart, l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u, fejn xieraq, l-atturi tal-ekonomija soċjali, in-netwerks ta’ użu mill-ġdid u ta’ tiswija u l-operaturi ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid.

7.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur li jkunu ġew stabbiliti qabel l-4 ta’ Lulju 2018, jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sal-5 ta’ Jannar 2023.

8.  L-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku skont dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-preżervazzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.

▼M4

Artikolu 9

Il-prevenzjoni tal-iskart

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart. Dawk il-miżuri għandhom tal-inqas:

(a) jippromwovu u jappoġġjaw mudelli ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli;

(b) iħeġġu d-disinn, il-manifattura u l-użu ta’ prodotti li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, durabbli (inkluż f’termini ta’ ħajja tal-prodott u n-nuqqas ta’ obsolenza ppjanata), riparabbli, riutilizzabbli u aġġornabbli;

(c) jimmiraw prodotti li fihom materja prima kritika, sabiex jevitaw li dik il-materja prima ssir skart;

(d) iħeġġu l-użu mill-ġdid ta’ prodotti u l-ħolqien ta’ sistemi li jippromwovu attivitajiet ta’ tiswija u ta’ użu mill-ġdid, inkluż, b’mod partikulari, għat-tagħmir elettriku u elettroniku, għat-tessuti u għall-għamara kif ukoll għall-imballaġġ u l-materjal u l-prodotti tal-kostruzzjoni;

(e) jinkoraġġixxu, kif xieraq u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, id-disponibbiltà ta’ spare parts, ta’ manwali ta’ struzzjoni, ta’ informazzjoni teknika, jew strumenti, tagħmir jew softwer ieħor li jippermettu t-tiswija u l-użu mill-ġdid ta’ prodotti mingħajr ma tiġi kompromessi l-kwalità u s-sigurtà tagħhom;

(f) inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart fi proċessi marbutin mal-produzzjoni industrijali, fl-estrazzjoni tal-minerali, fil-manifattura, fil-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, filwaqt li jqisu l-aħjar tekniki disponibbli;

(g) inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifatturar, fil-bejgħ bl-imnut u f’mezzi oħra ta’ distribuzzjoni tal-ikel, f’restoranti u servizzi tal-ikel kif ukoll fl-unitajiet domestiċi bħala kontribut għall-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti biex titnaqqas b’50 %, il-ħela tal-ikel globali per capita fil-livelli tal-bejgħ bl-imnut u tal-konsumatur u sabiex jitnaqqas it-telf tal-ikel tul il-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista sal-2030;

(h) jinkoraġġixxu d-donazzjoni tal-ikel u ridistribuzzjoni oħra għall-konsum mill-bniedem, billi tingħata prijorità lill-użu mill-bniedem fuq l-għalf tal-annimali u l-ipproċessar mill-ġdid fi prodotti mhux alimentari;

(i) jippromwovu t-tnaqqis tal-kontenut ta’ sustanzi perikolużi f’materjal u prodotti, mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti legali armonizzati li jikkonċernaw dawk il-materjali u prodotti stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u jiżguraw li kwalunkwe fornitur ta’ oġġett kif definit fil-punt 33 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jipprovdi l-informazzjoni skont l-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi mill-5 ta’ Jannar 2021;

(j) inaqqsu l-ġenerazzjoni tal-iskart, b’mod partikolari skart li ma huwiex adatt għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ;

(k) jidentifikaw prodotti li jikkostitwixxu s-sorsi ewlenin ta’ skart, partikolarment fl-ambjenti naturali u marini, u jieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart minn tali prodotti; Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimplimentaw dan l-obbligu permezz ta’ restrizzjonijiet tas-suq, huma għandhom jiżguraw li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji;

(l) għandhom l-għan li jwaqqfu l-ġenerazzjoni tal-iskart fil-baħar bħala kontribuzzjoni lejn l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġi evitat u jitnaqqas b’mod sinifikanti t-tniġġis tal-baħar ta’ kull tip; u

(m) jiżviluppaw u jappoġġjaw kampanji ta’ informazzjoni għas-sensibilizzazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-iskart u r-rimi taż-żibel.

2.  L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data għad data li għandha tiġi sottomessa lilha skont il-punt (i) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa mhux aktar tard mill-5 ta’ Jannar 2020. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandha tipprovdi aċċess għal dik il-bażi tad-data lill-operaturi tat-trattament tal-iskart. L-Aġenzija għandha tipprovdi wkoll aċċess għal dik il-bażi tad-data, fuq talba, lill-konsumaturi.

3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart. Għal dan il-għan, għandhom jużaw indikaturi u miri xierqa kwalitattivi u kwantitattivi, speċifikament fuq il-kwantità tal-iskart iġġenerat.

4.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom dwar użu mill-ġdid bil-kejl tal-użu mill-ġdid fuq il-bażi tal-metodoloġija komuni stabbilita mill-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 7, sa mill-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni ta dak l-att ta’ implimentazzjoni.

5.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-miżuri tagħhom ta’ prevenzjoni tal-iskart tal-ikel billi jkejlu l-livelli tal-iskart tal-ikel abbażi tal-metodoloġija stabbilita bl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 8, sa mill-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni ta’ dak l-att delegat.

6.  Sal-31 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha teżamina d-data dwar l-iskart tal-ikel ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 37(3) bil-ħsieb li tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà tal-istabbiliment ta’ mira għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel fl-Unjoni kollha li għandha tintlaħaq sal-2030 fuq il-bażi tad-data rrappurtata minn Stati Membri f’konformità mal-metodoloġija komuni stabbilita skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva,.

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi indikaturi li jkejlu l-progress ġenerali fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart u, sal-31 ta’ Marzu 2019, għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi metodoloġija komuni biex tirrapporta dwar l-użu mill-ġdid ta’ prodotti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

8.  Sal-31 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha, u abbażi tal-eżitu tal-ħidma tal-Pjattaforma tal-UE dwar it-Telf u l-Ħela tal-Ikel, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 38a biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi metodoloġija komuni u rekwiżiti minimi ta’ kwalità, għall-kejl uniformi tal-livelli tal-iskart tal-ikel.

9.  Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha teżamina data dwar l-użu mill-ġdid ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 37(2) bil-ħsieb li tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà ta’ miżuri li jinkoraġġixxu l-użu mill-ġdid ta’ prodotti, inkluż l-istabbiliment ta’ miri kwantitattivi. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll il-fattibbiltà li jiġu stabbiliti miżuri oħra għall-prevenzjoni tal-iskart, inklużi miri għat-tnaqqis tal-iskart. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.

Artikolu 10

Irkupru

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-skart jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid, riċiklaġġ jew irkupru ieħor, skont l-Artikoli 4 u 13.

2.  Meta jkun meħtieġ għall-konformità mal-paragrafu 1 u għall-iffaċilitar u t-titjib tal-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u operazzjonijiet ta’ rkupru oħrajn, l-iskart għandu jinġabar separatament u m’għandux jitħallat ma’ skart ieħor jew materjali oħra bi proprjetajiet differenti.

3.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu derogi mill-paragrafu 2 bil-kondizzjoni li mill-inqas tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ġbir ta’ ċerti tipi ta’ skart flimkien ma jaffettwax il-potenzjal tagħhom li jgħaddu minn preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew operazzjonijiet ta’ rkupru oħrajn f’konformità mal-Artikolu 4 u jirriżulta f’output minn dawk l-operazzjonijiet li jkun ta’ kwalità komparabbli għal dak miksub permezz ta’ ġbir separat;

(b) il-ġbir separat ma jagħtix l-aħjar riżultat ambjentali meta wieħed jikkunsidra l-impatt ambjentali globali tal-immaniġġjar tal-flussi tal-iskart rilevanti;

(c) il-ġbir separat ma jkunx teknikament fattibbli meta wieħed iqis il-prattiki tajbin tal-ġbir tal-iskart;

(d) il-ġbir separat ikun jinvolvi kostijiet ekonomiċi sproporzjonati, meta jitqiesu l-kostijiet tal-impatti ambjentali u tas-saħħa negattivi tal-ġbir u t-trattament tal-iskart imħallat, il-potenzjal għal titjib fl-effiċjenza fil-ġbir u t-trattament tal-iskart, id-dħul minn bejgħ ta’ materja prima sekondarja kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u tar-responsabbiltà estiża tal-produttur.

L-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid regolarment id-derogi skont dan il-paragrafu b’kunsiderazzjoni ta’ prattiki tajbin fi ġbir separat tal-iskart u żviluppi oħra fl-immaniġġjar tal-iskart.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-iskart li jkun inġabar separatament għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ skont l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22 ma jiġix inċinerat bl-eċċezzjoni ta’ skart li jirriżulta mit-trattament sussegwenti tal-iskart li jinġabar separatament li l-inċinerazzjoni tiegħu tagħti l-aħjar eżitu ambjentali skont l-Artikolu 4.

5.  Meta jkun meħtieġ għall-konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u biex ikun faċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, qabel jew matul l-irkupru, biex jitneħħew sustanzi, taħlitiet u komponenti perikolużi minn skart perikoluż bil-ħsieb li dawn jiġu trattati skont l-Artikoli 4 u 13.

6.  Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-iskart muniċipali u l-iskart bijoloġiku, inkluż fuq il-kopertura materjali u territorjali ta’ ġbir separat u kwalunkwe deroga skont il-paragrafu 3.

▼B

Artikolu 11

▼M4

Preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, biex jippromwovu attivitajiet ta’ tħejjija għal użu mill-ġdid, speċifikament billi jħeġġu t-twaqqif u jappoġġjaw netwerks ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid u tiswija, u billi jħaffu, fejn kompatibbli mal-immaniġġjar xieraq tal-iskart, l-aċċess tagħhom għal skart miżmum minn skemi jew faċilitajiet ta’ ġbir li jista’ jiġi ppreparat għal użu mill-ġdid iżda li mhux destinat għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid minn dawk l-iskemi jew faċilitajiet, kif ukoll billi jippromwovu l-użu ta’ strumenti ekonomiċi, kriterji ta’ akkwist pubbliku, miri kwantitattivi, jew miżuri oħra.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, u għal dan il-għan, skont l-Artikolu 10(2) u (3), għandhom jistabbilixxu l-ġbir tal-iskart b’mod separat.

Soġġett għall-Artikolu 10(2) u (3), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu ġbir separat tal-inqas għall-karti, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ u, sal-1 ta’ Jannar 2025, għat-tessuti.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu d-demolizzjoni selettiva sabiex jippermettu t-tneħħija u t-trattament sikur ta’ sustanzi perikolużi u jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ kwalità għolja permezz tat-tneħħija selettiva ta’ materjali, u biex jiżguraw it-twaqqif ta’ sistemi ta’ separazzjoni għall-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni tal-anqas għal: l-injam, il-frazzjonijiet minerali (konkrit, briks, madum u ċeramika, ġebel), il-metall, il-ħġieġ, il-plastik u l-ġibs.

2.  Sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi ta’ din id-Direttiva, u biex isir progress lejn ekonomija ċirkolari Ewropea b’livell għoli ta’ effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jinkisbu l-miri li ġejjin:

▼B

(a) sa l-2020 il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali ta’ skart bħal, ta’ l-inqas, il-karti, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ mid-djar u possibilment minn oriġini oħra safejn dawn il-flussi ta’ skart ikunu simili għall-iskart li ġej mid-djar, għandhom jiżdiedu sa minimu, b’mod ġenerali, ta’ 50 % skond il-piż;

(b) sa l-2020, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għal irkupru materjali ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam li jużaw l-iskart biex jissostitwixxu materjali oħra, ta’ skart mhux perikoluż ta’ kostruzzjoni u ta’ twaqqigħ, minbarra l-materjal li jokkorri naturalment li hu definit fil-kategorija 17 05 04 fil-lista ta’ skart għandha tiżdied sa minimu ta’ 70 % skond il-piż;

▼M4

(c) sal-2025, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta’ 55 % skont il-piż;

(d) sal-2030, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta’ 60 % skont il-piż;

(e) sal-2035, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali għandhom jiżdiedu sa minimu ta’ 65 % skont il-piż.

▼M4

3.  Stat Membru jista’ jipposponi l-iskadenzi biex jintlaħqu l-miri msemmija fil-punti (c), (d) u (e) tal-paragrafu 2 sa’ massimu ta’ ħames snin bil-kondizzjoni li li dak l-Istat Membru:

(a) ipprepara għall-użu mill-ġdid u rriċikla inqas minn 20 % jew rema f’landfills aktar minn 60 % tal-iskart muniċipali tiegħu fl-2013 kif rappurtat skont il-Kwestjonarju Konġunt tal-OECD u l-Eurostat; u

(b) sa mhux aktar tard minn 24 xahar qabel id-data ta’ skadenza rispettiva stabbilita fil-punt (c), (d) jew (e) tal-paragrafu 2, jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jipposponi l-iskadenza rispettiva u jippreżenta pjan ta’ implimentazzjoni skont l-Anness IVb.

4.  Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-pjan ta’ implimentazzjoni ppreżentat skont il-punt (b) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru jirrevedi dak il-pjan jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ma jikkonformax mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness IVb. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta pjan rivedut fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba tal-Kummissjoni.

5.  F’każ tal-posponiment tal-kisba tal-miri skont il-paragrafu 3, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex iżid it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali:

(a) sa minimu ta’ 50 % sal-2025 fil-każ ta’ posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-mira msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2;

(b) għal minimu ta’ 55 % sal-2030 f’każ ta’ posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-mira msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2;

(c) għal minimu ta’ 60 % sal-2035 f’każ ta’ posponiment tal-iskadenza għall-kisba tal-mira msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2.

▼M4

6.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-istabbiliment tal-miri ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ skart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni u tal-frazzjonijiet speċifiċi għall-materjal tiegħu, skart tat-tessuti, skart kummerċjali, skart industrijali mhux perikoluż u flussi ta’ skart oħra, kif ukoll il-preparazzjoni tal-miri għall-użu mill-ġdid għall-iskart muniċipali u tal-miri tar-riċiklaġġ għall-iskart muniċipali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.

7.  Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-mira stipulata fil-punt (e) tal-paragrafu 2. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta teknoloġija ta’ koproċessar li tippermetti l-inkorporazzjoni ta’ minerali fil-koinċinerazzjoni ta’ skart muniċipali. Meta tkun tista’ tinstab metodoloġija affidabbli, bħala parti minn dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk dawn il-minerali jistgħux jingħaddu lejn il-miri ta’ riċiklaġġ.

Artikolu 11a

Regoli għall-kalkolu tal-ilħiq tal-miri stabbiliti

1.  Għall-finijiet tal-kalkolu ta’ jekk intlaħqux il-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3),:

(a) L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-piż tal-iskart muniċipali ġġenerat u ppreparat għall-użu mill-ġdid jew irriċiklat f’sena kalendarja partikolari;

(b) il-piż tal-iskart muniċipali ppreparat għall-użu mill-ġdid għandu jkun ikkalkolat bħala l-piż tal-prodotti jew tal-komponenti tal-prodotti li saru skart muniċipali u li għaddew minn kull operat meħtieġ ta’ verifika, tindif jew tiswija sabiex jiġi permess l-użu mill-ġdid mingħajr iktar separazzjoni jew proċessar preliminari;

(c) il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat għandu jiġi kkalkolat bħala l-piż tal-iskart li, wara li għadda minn kull operat meħtieġ ta’ verifika, separazzjoni u l-operazzjonijiet preliminari oħrajn li jneħħu l-materjali tal-iskart li m’humiex fil-mira tal-ipproċessar sussegwenti mill-ġdid u li jiġi żgurat riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ fejn il-materjali tal-iskart huma fil-fatt ipproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi.

2.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat għandu jitkejjel meta l-iskart jidħol fl-operazzjoni ta’ riċiklaġġ.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-piż tal-iskart muniċipali riċiklat jista’ jitkejjel fl-output ta’ kwalunkwe operazzjoni ta’ separazzjoni sakemm:

(a) tali output ta’ skart huwa sussegwentement riċiklat;

(b) il-piż tal-materjali jew tas-sustanzi li jitneħħew permezz ta’ operazzjonijiet ulterjuri qabel l-operazzjoni ta’ riċiklaġġ u mhumiex sussegwentement riċiklati mhuwiex inkluż fil-piż tal-iskart irrappurtat bħala riċiklat.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ traċċabbiltà tal-iskart muniċipali, sabiex jiżguraw li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Biex tiġi żgurata l-affidabbiltà u l-akkuratezza tad-data miġbura dwar l-iskart riċiklat, is-sistema tista’ tikkonsisti minn reġistri elettroniċi maħluqin skont l-Artikolu 35(4), speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti ta’ kwalità tal-iskart separat, jew rati medji ta’ telf għall-iskart isseparat għal diversi tipi ta’ skart u prattiki ta’ mmaniġġjar tal-iskart rispettivament. Ir-rati medji ta’ telf għandhom jintużaw biss f’każijiet fejn data affidabbli ma tistax tinkiseb mod ieħor u għandhom jiġu kkalkulati abbażi tar-regoli ta’ kalkolu stabbiliti fl-att delegat adottat skont il-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.

4.  Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3) intlaħqux, l-ammont ta’ skart muniċipali bijodegradabbli li jsirlu trattament aerobiku jew anaerobiku jista’ jingħadd bħala riċiklat meta dak it-trattament jiġġenera kompost, diġestat jew output ieħor bi kwantità simili ta’ kontenut riċiklat meta mqabbel mal-input, li għandu jintuża bħala prodott, materjal jew sustanza riċiklati. Meta l-output jintuża fuq l-art, l-Istati Membri jistgħu jgħodduh bħala riċiklat biss jekk dan l-użu jirriżulta f’benefiċċju għall-agrikoltura jew titjib ekoloġiku.

Mill-1 ta’ Jannar 2027, l-Istati Membri jistgħu il-bijoskart muniċipali li jidħol għat-trattament aerobiku jew anaerobiku bħala riċiklat biss jekk, f’konformità mal-Artikolu 22, ikun inġabar b’mod separat jew ikun ġie separat fis-sors.

5.  Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3) intlaħqux, l-ammont ta’ materjali ta’ skart li ma baqgħux skart bħala riżultat ta’ operazzjoni ta’ preparazzjoni qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid jista’ jitqies bħala skart riċiklat, sakemm tali materjali jkunu destinati għall-ipproċessar mill-ġdid sussegwenti fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Madankollu, materjali tat-tmiem tal-iskart li jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħra biex tiġi ġġenerata l-enerġija, jew biex ikunu inċinerati, jintradmu jew jintremew f’landfills, m’ għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-miri tar-riċiklaġġ.

6.  Għall-fini tal-kalkolu ta’ jekk il-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3) intlaħqux, l-Istati Membri jistgħu jqisu r-riċiklaġġ tal-metalli separati wara l-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali, dejjem jekk il-materjali riċiklati jilħqu ċerti kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu.

7.  L-iskart mibgħut lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew għar-radam mill-ġdid f’dak l-Istat Membru l-ieħor, jista’ jingħadd biss lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikoli 11(2) u (3) mill-Istat Membru fejn l-iskart ikun inġabar.

8.  L-iskart esportat mill-Unjoni għall-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ għandu jingħadd lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fl-Artikoli 11(2) u (3) ta’din id-Direttiva mill-Istat Membru fejn ikun inġabar biss jekk ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u jekk, skont ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-esportatur jista’ jagħti prova li l-vjeġġ tal-iskart jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, u li t-trattament tal-iskart barra mill-Unjoni jkun sar f’kundizzjonijiet ġeneralment ekwivalenti għar-rekwiżiti tal-liġi ambjentali rilevanti tal-Unjoni.

9.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta, sal-31 ta’ Marzu 2019, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tad-data, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-piż tal-metalli li jkunu ġew riċiklati bl-inċinerazzjoni skont il-paragrafu 6, inklużi l-kriterji ta’ kwalità għall-metalli riċiklati, u

(b) bijoskart separat u riċiklat fis-sors.

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

10.  Sal-31 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha„ tadotta att delegat skont l-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi regoli għall-kalkolu, il-verifika u r-rappurtar tal-piż tal-materjali jew ta’ sustanzi li jitneħħew wara operazzjoni ta’ separazzjoni u li ma jkunux sussegwentement riċiklati, fuq il-bażi ta’ rati medji ta’ telf għal skart separat.

Artikolu 11b

Rapport ta’ twissija bikrija

1.  Bi sħab mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti dwar il-progress lejn l-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u fl-Artikolu 11(3), sa mhux aktar tard minn tliet snin qabel kull skadenza stipulata hemm.

2.  Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom li ġej:

(a) stima dwar l-ilħiq tal-miri minn kull Stat Membru;

(b) lista tal-Istati Membri bir-riskju li ma jiksbux il-miri fl-iskadenzi rispettivi, akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet xierqa għall-Istati Membri kkonċernati;

(c) eżempji tal-aħjar prattiki li jintużaw fl-Unjoni kollha li jistgħu jipprovdu gwida għall-ipproċessar lejn l-ilħuq tal-miri stipulati.

▼M4

Artikolu 12

Rimi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ma jsirx l-irkupru skont l-Artikolu 10(1), l-iskart jgħaddi mill-operazzjonijiet ta’ rimi li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-ambjent.

2.  Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ rimi elenkati fl-Anness I, b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 13 u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva bil-għan li jiġu rregolati l-operazzjonijiet ta’ rimi, inkluż permezz ta’ restrizzjonijiet possibbli, u li tiġi kkunsidrata mira ta’ tnaqqis tar-rimi, biex jiġi żgurat immaniġġjar tal-iskart li jkun ambjentalment korrett.

▼B

Artikolu 13

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-immaniġġar ta’ l-iskart jitwettaq mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem, u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari:

(a) mingħajr riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija, pjanti jew l-annimali;

(b) mingħajr ma jinħoloq fastidju permezz ta’ ħsejjes jew irwejjaħ; u

(ċ) mingħajr effetti negattivi fuq il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali.

▼M4

Artikolu 14

Kostijiet

1.  Skont il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, il-kostijiet tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż għall-infrastruttura neċessarja u l-operat tagħha, għandhom jinġarru mill-produttur oriġinali tal-iskart jew mid-detenturi attwali jew preċedenti tal-iskart.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 8 u 8a, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-kostijiet tal-immaniġġjar tal-iskart għandhom jinġarru parzjalment jew b’mod sħiħ mill-produttur tal-prodott li minnu jkun ġie l-iskart u li d-distributuri ta’ tali prodott jistgħu jikkondividu dawn il-kostijiet.

▼B



KAPITOLU III

MANIĠĠAR TA’ L-ISKART

Artikolu 15

Responsabbiltà għall-immaniġġar ta’ l-iskart

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe produttur oriġinali ta’ l-iskart jew detentur ieħor iwettaq it-trattament ta’ l-iskart huwa stess jew jara li t-trattament isir minn negozjant jew stabbiliment jew intrapriża li twettaq operazzjonijiet ta’ trattament ta’ l-iskart jew jiġi organizzat minn entità tal-ġbir ta’ l-iskart privata jew pubblika skond l-Artikoli 4 u 13.

2.  Fejn l-iskart jiġi trasferit mill-produttur jew id-detentur oriġinali lil waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 għal trattament preliminari, ir-responsabbiltà għat-twettiq ta’ rkupru komplut jew operazzjoni ta’ rimi ma għandhiex titwarrab.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet ta’ responsabbiltà u jiddeċiedu f’liema każijiet il-produttur oriġinali għandu jżomm ir-responsabbiltà għall-katina kollha tat-trattament jew f’liema każijiet ir-responsabbiltà tal-produttur u d-detentur tista’ tiġi kondiviża jew delegata fost l-atturi tal-katina tat-trattament.

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, skond l-Artikolu 8, li r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni tat-trattament ta’ l-iskart għandha tinġarr parzjalment jew b’mod sħiħ mill-produttur tal-prodott li minnu jkun ġie l-iskart u li d-distributuri ta’ tali prodott jistgħu jaqsmu din ir-responsabbiltà.

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fit-territorju tagħhom, l-istabbilimenti jew l-impriżi li jiġbru jew tittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali jwasslu l-iskart miġbur u ttrasportat sa impjanti ta’ trattament adatti filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13.

Artikolu 16

Prinċipji ta’ awto-suffiċjenza u viċinanza

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, b’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fejn dan huwa meħtieġ jew rakkomandabbli, biex jistabbilixxu netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ l-iskart u ta’ impjanti għall-irkupru ta’ skart muniċipali mħallat miġbur minn djar privati, inkluż fejn tali ġbir ikopri wkoll skart muniċipali mħallat minn produtturi oħra, b’kont meħud ta’ l-aħjar teknika disponibbli.

B’deroga mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu, sabiex jipproteġu n-network tagħhom, jillimitaw il-vjeġġi ta’ skart li jkun dieħel iddestinat għall-inċineraturi li huwa kklassifikat bħala rkupru, fejn ġie stabbilit li tali vjeġġi jkollhom il-konsegwenza li l-iskart nazzjonali jkollu jintrema jew li l-iskart ikun irid trattat b’mod li mhuwiex koerenti mal-pjan nazzjonali tagħhom ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’tali deċiżjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw il-vjeġġi ta’ skart li jkun ħiereġ għal raġunijiet ambjentali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

2.  In-netwerk għandu jkun imfassal b’mod li jippermetti li l-Komunità, bħala entità waħda, tkun awtosuffiċjenti fir-rimi ta’ l-iskart kif ukoll fl-irkupru ta’ skart imsemmi fil-paragrafu 1, u li jippermetti li l-Istati Membri jersqu lejn dak il-għan fuq bażi individwali, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart.

3.  In-netwerk għandu jippermetti li l-iskart jintrema jew li l-iskart imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi rkuprat f’waħda mill-eqreb impjanti approprjati, permezz ta’ l-aktar metodi u teknoloġiji approprjati, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa pubblika.

4.  Il-prinċipji tal-viċinanza u ta’ l-awto-suffiċjenza ma jfissrux li kull Stat Membru għandu jkollu l-firxa kollha ta’ faċilitajiet ta’ rkupru finali f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Il-kontroll ta’ skart perikoluż

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-produzzjoni, il-ġbir u t-trasportazzjoni ta’ skart perikoluż, kif ukoll il-ħżin u t-trattament tiegħu, jitwettqu f’kondizzjonijiet li jipprovdu protezzjoni għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem sabiex jiġu sodisfatti d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13, inkluża azzjoni biex jiġu żgurati t-traċċabbiltà mill-produzzjoni sa l-aħħar destinazzjoni u l-kontroll ta’ skart perikoluż sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 35 u 36.

Artikolu 18

Projbizzjoni ta’ taħlit ta’ skart perikoluż

1.  L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-iskart perikoluż ma jitħallatx ma’ kategoriji oħra ta’ skart perikoluż jew ma’ skart, sustanzi jew materjali oħrajn. It-taħlit għandu jinkludi d-dilwizzjoni ta’ sustanzi perikolużi.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-taħlit bil-kondizzjoni li:

(a) l-operazzjoni ta’ taħlit titwettaq minn stabbiliment jew intrapriża li tkun kisbet permess skond l-Artikolu 23;

(b) id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 jiġu osservati u l-impatt negattiv ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ma jiżdiedx; u

(ċ) l-operazzjoni ta’ taħlit tkun konformi ma’ l-aħjar teknika disponibbli.

▼M4

3.  Meta skart perikoluż ikun ġie mħallat b’mod illegali bi ksur ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36, li ssir separazzjoni fejn ikun teknikament fattibbli u neċessarju sabiex jiġi osservat l-Artikolu 13.

Meta s-separazzjoni ma tkunx meħtieġa skont l-ewwel subparagrafu ta’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskart imħallat huwa ttrattat f’faċilità li tkun kisbet permess skont l-Artikolu 23 sabiex titratta taħlita bħal din.

▼B

Artikolu 19

Tikkettar ta’ skart perikoluż

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, waqt il-ġbir, it-trasport u l-ħżin temporanju, l-iskart perikoluż ikun ippakkjat u ttikkettat skond l-istandards internazzjonali u Komunitarji fis-seħħ.

2.  Kull meta skart perikoluż jiġi trasportat fi ħdan Stat Membru, għandu jkun akkumpanjat b’dokument ta’ identifikazzjoni, li jista’ jkun f’format elettroniku, li jkun fih id-data xierqa speċifikata fl-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

▼M4

Artikolu 20

Skart perikoluż prodott mill-unitajiet domestiċi

1.  Sal-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ġbir separat tal-frazzjonijiet differenti tal-iskart perikoluż prodott mid-djar sabiex jiżguraw li jkunu trattati skont l-Artikoli 4 u 13 u ma jikkontaminawx flussi oħra ta’ skart muniċipali.

2.  L-Artikoli 17, 18, 19, u 35 m’għandhomx japplikaw għal skart imħallat prodott mill-unitajiet domestiċi.

3.  L-Artikoli 19 u 35 m’għandhomx japplikaw għal frazzjonijiet separati ta’ skart perikoluż prodott mill-unitajiet domestiċi qabel ma dawn jiġu aċċettati għall-ġbir, ir-rimi jew l-irkupru minn stabbiliment jew intrapriża li jkunu kisbu permess jew li jkunu ġew irreġistrati skont l-Artikolu 23 jew 26.

4.  Sal-5 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida biex tgħin u tiffaċilita lill-Istati Membri fil-ġbir separat tal-frazzjonijiet differenti tal-iskart perikoluż prodott mill-unitajiet domestiċi.

▼B

Artikolu 21

Żjut għar-rimi

1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-iskart perikoluż stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

▼M4

(a) iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament, sakemm il-ġbir separat ma jkunx teknikament fattibbli, b’kunsiderazzjoni tal-prattiki tajba;

(b) iż-żjut għar-rimi jiġu ttrattati, billi tingħata prijorità lir-riġenerazzjoni jew inkella lil operazzjonijiet oħra ta’ riċiklaġġ li jwasslu għal riżultat ambjentali ġenerali ekwivalenti jew aħjar minn riġenerazzjoni, skont l-Artikoli 4 u 13;

(c) iż-żjut għar-rimi b’karatteristiċi differenti ma jitħalltux u ż-żjut ta’ skart ma jitħalltux ma’ tipi oħra ta’ skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma tħallix ir-riġenerazzjoni tagħhom jew operazzjoni oħra ta’ riċiklaġġ li tagħti riżultat ambjentali ġenerali ekwivalenti jew aħjar minn riġenerazzjoni.

▼B

2.  Għall-finijiet tal-ġbir separat ta’ żjut għar-rimi u t-trattament tagħhom kif suppost, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijiet nazzjonali tagħhom, japplikaw miżuri addizzjonali bħal rekwiżiti tekniċi, responsabbiltà tal-produttur, strumenti ekonomiċi jew ftehim volontarju.

3.  Jekk żjut għar-rimi, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ riġenerazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li dawn iż-żjut għar-rimi għandhom jiġu rriġenerati jekk dan huwa teknikament fattibbli u, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.

▼M4

4.  Sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha teżamina d-data dwar iż-żjut għar-rimi mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 37(4) bil-ħsieb li tiġi kkunsidrata l-fattibbiltà tal-adozzjoni ta’ miżuri għat-trattament ta’ żjut għar-rimi, inklużi miri kwantitattivi fuq ir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi u kwalunkwe miżura ulterjuri biex tiġi promossa r-riġenerazzjoni taż-żjut ta’ skart. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġislattiva.

▼M4

Artikolu 22

Bijoskart

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2023, u suġġett għall-Artikolu 10(2) u (3), il-bijoskart jiġi separat jew rriċiklat fis-sors, jew jinġabar separatament u ma jitħallatx ma’ tipi oħra ta’ skart.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-iskart b’karatteristiċi simili ta’ bijodegradibbiltà u ta’ kompostabbiltà li huwa konformi mal-istandards Ewropej rilevanti jew kwalunkwe standard nazzjonali ekwivalenti, għall-imballaġġ irkuprabbli permezz ta’ kkompostjar u bijodegradazzjoni, jinġabar flimkien mal-bijoskart.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, skont l-Artikoli 4 u 13, biex:

(a) iħeġġu r-riċiklaġġ, inkluż l-ikkompostjar, u d-diġestjoni tal-bijoskart b’mod li jissodisfa livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u jirriżulta f’output li jissodisfa l-istandards rilevanti ta’ kwalità għolja;

(b) jinkoraġġixxu l-ikkompostjar fid-dar; u

(c) jippromwovu l-użu ta’ materjali, prodotti mill-bijoskart.

3.  Sal-31 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards Ewropej għall-bijoskart li jidħol fil-proċessi tar-riċiklaġġ organiku, għall-kompost u għad-diġestat, abbażi tal-aħjar prattiki disponibbli.

▼B



KAPITOLU IV

PERMESSI U REĠISTRAZZJONIJIET

Artikolu 23

Ħruġ ta’ permessi

1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li kwalunkwe stabbiliment jew intrapriża li jkollhom l-intenzjoni li jwettqu trattament ta’ l-iskart jiksbu permess mill-awtorità kompetenti.

Tali permessi għandhom jispeċifikaw ta’ l-inqas dan li ġej:

(a) it-tipi u l-kwantitajiet ta’ skart li jista’ jiġi ttrattat;

(b) għal kull tip ta’ operazzjoni permessa, ir-rekwiżiti tekniċi u kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti għas-sit ikkonċernat;

(ċ) il-miżuri ta’ prekawzjoni u sigurtà li jridu jittieħdu;

(d) il-metodu li għandu jintuża għal kull tip ta’ operazzjoni;

(e) dawk l-operazzjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll skond il-ħtieġa;

(f) dawk id-dispożizzjonijiet ta’ għeluq u ta’ kura ta’ wara skond il-ħtieġa.

2.  Il-permessi jistgħu jinħarġu għal perijodu speċifiku u jistgħu jkunu tat-tip li jiġġeddu.

3.  Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-metodu ta’ trattament maħsub mhuwiex aċċettabbli mill-aspett tal-protezzjoni ta’ l-ambjent, b’mod partikolari meta l-metodu mhux skond l-Artikolu 13, hija għandha tirrifjuta li toħroġ il-permess.

4.  Għandha tkun kondizzjoni ta’ kwalunkwe permess li jkopri l-inċinerazzjoni jew il-ko-inċinerazzjoni ma’ l-irkurpru ta’ l-enerġija, li l-irkupru ta’ l-enerġija għandu jitwettaq b’livell għoli ta’ effiċjenza enerġetika.

5.  Sakemm ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu ikunu sodisfatti, kwalunkwe permess maħruġ skond leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja oħra jista’ jingħaqad mal-permess meħtieġ taħt il-paragrafu 1 biex jifforma permess wieħed, fejn tali format jevita d-duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ informazzjoni u r-ripetizzjoni ta’ xogħol mill-operatur jew l-awtorità kompetenti.

Artikolu 24

Eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta’ permessi

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23(1) stabbilimenti jew intrapriżi għall-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) rimi ta’ l-iskart mhux perikoluż tagħhom stess fil-post tal-produzzjoni; jew

(b) irkupru ta’ l-iskart.

Artikolu 25

Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni

1.  Fejn Stat Membru jkun jixtieq jippermetti eżenzjonijiet, kif previst mill-Artikolu 24, huwa għandu jistabbilixxi, fir-rigward ta’ kull tip ta’ attività, regoli ġenerali li jispeċifikaw it-tipi u l-kwantitajiet ta’ skart li jista’ jkun kopert b’eżenzjoni, u l-metodu ta’ trattament li għandu jintuża.

Dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-iskart huwa ttrattat skond l-Artikolu 13. Fil-każ ta’ l-operazzjonijiet ta’ rimi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 24 dawk ir-regoli għandhom iqisu l-aħjar teknika disponibbli.

2.  Addizzjonalment għar-regoli ġenerali previsti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għal eżenzjonijiet relatati ma’ skart perikoluż, inklużi tipi ta’ attività, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ sabiex jitwettqu tipi ta’ rkupru differenti u, fejn hu rilevanti, il-valuri ta’ limitu fir-rigward tal-kontenut ta’ sustanzi perikolużi fl-iskart kif ukoll il-valuri ta’ limitu ta’ emissjonijiet.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli ġenerali stabbiliti skond il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 26

Reġistrazzjoni

Fejn dawn li ġejjin ma jkunux suġġetti għar-rekwiżiti ta’ permess, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti żżomm reġistru ta’:

(a) stabbilimenti jew intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali;

(b) negozjanti jew sensara; u

(ċ) stabbilimenti jew intrapriżi li huma suġġetti għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ permess skond l-Artikolu 24.

Fejn ikun possibbli, ir-rekords eżistenti miżmuma mill-awtorità kompetenti għandhom jintużaw biex tinkiseb l-informazzjoni relevanti għal dan il-proċess ta’ reġistrazzjoni biex jitnaqqas il-piż burokratiku.

Artikolu 27

Standards minimi

▼M4

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38a, sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi standards tekniċi minimi għal attivitajiet ta’ trattament, inkluż għas-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, li jeħtieġu permess skont l-Artikolu 23 meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards minimi huma ta’ ġid mil-lat ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

▼B

2.  Dawn l-istandards minimi għandhom ikopru biss dawk l-attivitajiet tat-trattament ta’ l-iskart li mhumiex koperti mid-Direttiva 96/61/KE jew li mhumiex adattati għall-kopertura minnha.

3.  Dawn l-istandards minimi għandhom:

(a) ikunu diretti lejn l-impatti ambjentali prinċipali ta’ l-attività ta’ trattament ta’ l-iskart;

(b) jiżguraw li l-iskart jiġi ttrattat skond l-Artikolu 13;

(ċ) jieħdu kont ta’ l-aħjar teknika disponibbli; u

(d) skond il-każ, jinkludu elementi rigward il-kwalità tat-trattament u r-rekwiżiti tal-proċess.

▼M4

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 38a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi standards minimi għal attivitajiet li jeħtieġu reġistrazzjoni skont l-Artikolu 26(a) u (b) meta jkun hemm evidenza li dawn l-istandards minimi huma ta’ ġid mil-lat ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent jew għax jevitaw xkiel fis-suq intern.

▼B



KAPITOLU V

PJANIJIET U PROGRAMMI

Artikolu 28

Pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu, skond l-Artikoli 1, 4, 13 u 16, pjan wieħed jew iżjed għall-immaniġġar ta’ l-iskart.

Dawk il-pjanijiet, weħidhom jew flimkien, għandhom ikopru t-territorju kollu ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

2.  Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinkludu analiżi tal-qagħda kurrenti ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart fl-entità ġeografika kkonċernata, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu għat-titjib fil-preparazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi ta’ l-iskart u evalwazzjoni ta’ kif il-pjan ser jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3.  Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinkludu, skond kif ikun xieraq u b’kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta’ ippjanar, mill-inqas dan li ġej:

(a) it-tip, il-kwantità u s-sors ta’ l-iskart ġenerat fit-territorju, l-iskart li x’aktarx jiġi ttrasportat minn jew lejn it-territorju nazzjonali, u evalwazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ flussi ta’ skart fil-ġejjieni;

▼M4

(b) skemi għall-ġbir tal-iskart u impjanti ewlenin għar-rimi u l-irkupru, inklużi xi arranġament speċjali għal żjut għar-rimi, l-iskart perikoluż, l-iskart b’ammonti sinjifikanti ta’ materja prima kritika, jew flussi ta’ skart indirizzati b’leġislazzjoni speċifika tal-Unjoni;

(c) valutazzjoni tal-ħtieġa li jingħalqu l-impjanti eżistenti tal-iskart, u l-ħtieġa ta’ infrastruttura ta’ impjanti għall-iskart addizzjonali skont l-Artikolu 16.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li valutazzjoni tal-investimenti u ta’ mezzi finanzjarji oħrajn, inklużi għall-awtoritajiet lokali, meħtieġa biex jiġu sodisfati dawk il-ħtiġijiet tkun twettqet. Din il-valutazzjoni għandha tiġi inkluża fil-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart jew f’dokumenti strateġiċi oħra li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat;

▼M4

(ca) informazzjoni dwar il-miżuri biex jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 5(3a) tad-Direttiva 1999/31/KE jew f’dokumenti strateġiċi oħra li jkopru t-territorju kollu tal-Istat Membru kkonċernat;

(cb) valutazzjoni ta’ skemi eżistenti għall-ġbir tal-iskart, inkluż il-kopertura materjali u territorjali ta’ ġbir separat u miżuri sabiex jittejjeb l-operat tiegħu, ta’ kwalunkwe deroga mogħtija f’konformità mal-Artikolu 10(3), u tal-ħtieġa għal skemi ġodda ta’ ġbir;

▼B

(d) informazzjoni suffiċjenti dwar il-kriterji ta’ lokazzjoni għal identifikazzjoni ta’ siti u dwar il-kapaċità ta’ installazzjonijiet futuri għal rimi jew impjanti prinċipali għal irkupru, skond il-ħtieġa;

(e) linji politiċi ġenerali għall-immaniġġar ta’ l-iskart, inklużi teknoloġiji u metodi ppjanati għall-immaniġġar ta’ l-iskart, jew linji politiċi oħra fir-rigward ta’ l-iskart li jġib miegħu problemi speċifiċi ta’ maniġġar;

▼M4

(f) miżuri biex tiġi miġġielda u evitata kull forma ta’ rimi taż-żibel, u biex jitnaddaf kull tip ta’ żibel mormi;

(g) indikaturi u miri kwalitattivi u kwantitattivi xierqa, inkluż fuq il-kwantità ta’ skart iġġenerat u t-trattament tiegħu u fuq l-iskart muniċipali li jintrema jew li huwa soġġett għall-irkupru tal-enerġija.

▼B

4.  Il-pjan għall-immaniġġar ta’ l-iskart jista’ jkun fih, b’kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta’ ppjanar, dan li ġej:

(a) aspetti organizzattivi relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-iskart, inkluża deskrizzjoni ta’ l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet bejn l-atturi pubbliċi u privati li qed iwettqu l-immaniġġar ta’ l-iskart;

(b) evalwazzjoni ta’ l-utilità u l-idoneità ta’ l-użu ta’ strumenti ekonomiċi u oħrajn fit-trattament ta’ diversi problemi konnessi ma’ l-iskart, b’kont meħud tal-ħtieġa li s-suq intern jibqa’ jopera bla xkiel;

(ċ) l-użu ta’ kampanji biex titqajjem il-kuxjenza u l-għoti ta’ tagħrif immirati lejn il-pubbliku ġenerali jew grupp speċifiku ta’ konsumaturi;

(d) siti għar-rimi ta’ l-iskart li huma storikament kontaminati u miżuri għar-rijabilitazzjoni tagħhom.

▼M4

5.  Il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-iskart stipulati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE, mal-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) u (3) ta’ din id-Direttiva u mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE, u għall-finijiet ta’ prevenzjoni ta’ rimi ta’ skart, mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

▼B

Artikolu 29

Programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart

▼M4

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart li jistipulaw għall-inqas miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart kif previst fl-Artikolu 9(1) skont l-Artikoli 1 u 4.

Programmi bħal dawn għandhom jiġu integrati fil-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa skont l-Artikolu 28, jew fi programmi oħra ta’ politika ambjentali, kif xieraq, jew għandhom jiffunzjonaw bħala programmi separati. Jekk kwalunkwe tali programm ikun integrat fil-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart jew f’dak il-programmi l-oħra, il-miżuri u l-objettivi ta’ prevenzjoni tal-iskart għandhom ikunu identifikati b’mod ċar.

2.  Meta jiġu stabbiliti programmi bħal dawn, l-Istati Membri għandhom, fejn rilevanti, jiddeskrivu l-kontribut tal-istrumenti u l-miżuri elenkati fl-Anness IVa għall-prevenzjoni tal-iskart u għandhom jevalwaw l-utilità tal-eżempji tal-miżuri indikati fl-Anness IV jew miżuri xierqa oħra. Il-programmi għandhom jiddeskrivu wkoll il-miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart eżistenti u l-kontribut tagħhom għall-prevenzjoni tal-iskart.

▼B

Il-mira ta’ dawn l-objettivi u miżuri għandha tkun li tinqata’ r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-impatti ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart.

▼M4

2a.  L-Istati Membri għandhom jadottaw programmi speċifiċi relatati mal-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel fi ħdan il-programmi tagħhom relatati mal-prevenzjoni tal-iskart.

▼M4 —————

▼B

5.  Il-Kummissjoni għandha toħloq sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattika fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ l-iskart u għandha tiżviluppa linji gwida sabiex tassisti lill-Istati Membri fil-tħejjija tal-Programmi.

Artikolu 30

Evalwazzjoni u reviżjoni ta’ pjanijiet u programmi

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart jiġu evalwati mill-inqas kull sitt snin, u riveduti kif ikun xieraq. u, fil-każijiet fejn ikun relevanti, konformement ma’ l-Artikoli 9 u 11.

▼M4

2.  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika, kull sentejn, rapport li jkun fih rieżami tal-progress li jkun sar fit-tkomplija u fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ prevenzjoni tal-iskart, inkluża evalwazzjoni tal-evoluzzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni tal-prevenzjoni tal-iskart għal kull Stat Membru u għall-Unjoni kollha kemm hi, u fir-rigward tad-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

▼B

Artikolu 31

Parteċipazzjoni tal-pubbliku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati u l-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku ġenerali jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart, u jkollhom aċċess għalihom meta jkunu mfassla, skond id-Direttiva 2003/35/KE jew, jekk rilevanti, id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ ċerti effetti ta’ pjanijiet u programmi fuq l-ambjent ( 9 ). Huma għandhom iqiegħdu l-pjanijiet u l-programmi fuq sit ta’ l-internet li jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Artikolu 32

Koperazzjoni

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw kif jixraq ma’ l-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati u mal-Kummissjoni sabiex ifasslu l-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart skond l-Artikoli 28 u 29.

Artikolu 33

Informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart imsemmija fl-Artikoli 28 u 29, ladarba jiġu adottati, u dwar kull reviżjoni sostanzjali tal-pjanijiet u l-programmi.

▼M4

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format għan-notifika tal-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali tal-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi. ta’ prevenzjoni tal-iskart. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39(2).

▼B



KAPITOLU VI

ISPEZZJONIJIET U REĠISTRI

Artikolu 34

Ispezzjonijiet

1.  L-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jwettqu operazzjonijiet ta’ trattament ta’ l-iskart, l-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali, is-sensara u n-negozjanti, u l-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jipproduċu skart perikoluż għandhom ikunu suġġetti għal ispezzjonijiet perjodiċi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  L-ispezzjonijiet fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ ġbir u trasport għandhom ikopru l-oriġini, in-natura, il-kwantità u d-destinazzjoni ta’ l-iskart miġbur u trasportat.

3.  L-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tar-reġistrazzjonijiet miksuba taħt l-iskema tal-Komunità għall-Immaniġġar u l-Awditjar ta’ l-Ambjent (EMAS) b’mod partikolari rigward il-frekwenza u l-intensità ta’ l-ispezzjonijiet.

Artikolu 35

Żamma ta’ reġistri

▼M4

1.  L-istabbilimenti u l-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 23(1), il-produtturi tal-iskart perikoluż, u l-istabbilimenti u l-intrapriżi li jiġbru jew iġorru l-iskart perikoluż fuq bażi professjonali, jew jaġixxu bħala negozjanti jew sensara ta’ skart perikoluż, għandhom iżommu reġistru kronoloġiku:

(a) tal-kwantità, in-natura u l-oriġini tal-iskart, u l-kwantità ta’ prodotti u materjali li jirriżultaw minn preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, mir-riċiklaġġ jew minn operazzjonijiet oħra ta’ rkupru; u

(b) fejn rilevanti, id-destinazzjoni, il-frekwenza tal-ġbir, il-mod tat-trasport u l-metodu tat-trattament mistenni fir-rigward tal-iskart.

Għandhom jippubblikaw dik id-data għall-awtoritajiet kompetenti permezz tar-reġistru/i elettroniku/iċi li għandhom jiġi stabbiliti skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

▼B

2.  Fil-każ ta’ skart perikoluż, ir-reġistri għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin, tali reġistri għal mill-anqas 12-il xahar.

Għandha tiġi provduta, fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti jew ta’ detentur preċedenti, prova dokumentata li l-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ikunu twettqu.

3.  L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll lill-produtturi ta’ skart mhux perikoluż biex jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2.

▼M4

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu reġistru elettroniku jew reġistri kkoordinati biex jirreġistraw data dwar l-iskart perikoluż imsemmi fil-paragrafu 1, li jkopru t-territorju ġeografiku kollu tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu tali reġistri għal flussi oħra ta’ skart, b’mod partikulari għal dawk il-flussi ta’ skart li għalihom hemm miri stipulati fl-atti leġislattivi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jużaw id-data dwar l-iskart li jirrappurtaw l-operaturi industrijali skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

5.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu kundizzjonijiet minimi għat-tħaddim ta’ dawn ir-reġistri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(2).

▼B

Artikolu 36

Infurzar u pieni

▼M4

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-abbandun, ir-rimi jew l-immaniġġjar bla kontroll tal-iskart, inkluż ir-rimi taż-żibel.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M4

Artikolu 37

Ir-rappurtar

1.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għal kull sena kalendarja, id-data dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3).

Għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 ta’ dan l- Artikolu.

L-ewwel perjodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 7 ta’ dan l- Artikolu.

2.  Għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 11(2), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-ammont ta’ skart użat għall-operazzjonijiet tar-radam mill-ġdid u operazzjonijiet oħra ta’ rkupru ta’ materjal, b’mod separat mill-ammont ta’ skart imħejji għall-użu mill-ġdid jew riċiklat. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-ipproċessar mill-ġdid tal-iskart f’materjal li għandu jintuża għall-operazzjonijiet tar-radam mill-ġdid bħala radam mill-ġdid.

Għall-finijiet ta’ verifika ta’ konformità mal-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3), l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-ammont ta’ skart ippreparat għall-użu mill-ġdid b’mod separat mill-ammont ta’ skart riċiklat.

3.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 9(4) u (5) lill-Kummissjoni kull sena.

Għandhom jirrappurtaw din id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

L-ewwel perjodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

4.  L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, id-data dwar lubrikazzjoni minerali jew sintetika jew żjut industrijali li jiġu introdotti fis-suq u ż-żjut għar-rimi miġbura u trattati separatament għal kull sena kalendarja.

Huma għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku sa 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Id-data trid tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7.

L-ewwel perjodu ta’ rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għar-rappurtar, skont il-paragrafu 7.

5.  Id-data rrappurtata mill-Istat Membru skont dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika tal-kwalità, kif ukoll minn rapport dwar il-miżuri meħudin skont l-Artikolu 11a(4) u (7), inkluża informazzjoni dettaljata dwar ir-rati medji ta’ telf meta applikabbli. Din id-data trid tiġi rrappurtata fil-format għar-rappurtar stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

6.  Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data rappurtata skont dan l-Artikolu, u tippubblika rapport dwar ir-riżultat tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jevalwa l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data, is-sorsi tad-data u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta’ dik id-data. Il-valutazzjoni tista’ tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data mill-Istati Membri u kull erba’ snin wara dan.

7.  Sal-31 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format għar-rappurtar tad-data msemmija fil-paragrafi 1, 3, 4 and 5 ta’ dan l-Artikolu. Għall-finijiet tar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 11(2), l-Istati Membri għandhom jużaw il-format stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2012 li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart. Għall-fini ta’ rappurtar dwar l-iskart tal-ikel, il-metodoloġija żviluppata skont l-Artikolu 9(8) għandhom jitqiesu meta jkun qed jiġi żviluppat il-format għar-rappurtar. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’eżami msemmija fl-Artikolu 39(2) ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 38

Skambju ta’ informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku

1.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju regolari ta’ informazzjoni u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, inkluż, fejn xieraq, mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, dwar l-implimentazzjoni prattika u l-infurzar tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, inkluż dwar:

(a) l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kalkolu stabbiliti fl-Artikolu 11a, u l-iżvilupp ta’ miżuri u sistemi li jintraċċaw il-flussi tal-iskart muniċipali mis-separazzjoni sar-riċiklaġġ;

(b) governanza, infurzar, u kooperazzjoni transkonfinali xierqa;

(c) l-innovazzjoni fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart;

(d) kriterji nazzjonali dwar il-prodotti sekondarji u dwar it-tmiem tal-istadju tal-iskart, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikolu 6(3) u (4), iffaċilitati minn reġistru elettroniku għall-UE kollha li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni;

(e) l-istrumenti eknomiċi u miżuri oħra użati skont l-Artikolu 4(3) sabiex tingħata spinta lill-kisba tal-objettivi stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(f) il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (2);

(g) il-prevenzjoni u l-istabbiliment ta’ sistemi li jippromwovu attivitajiet ta’ użu mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja;

(h) l-implimentazzjoni tal-obbligi fir-rigward tal-ġbir separat;

(i) l-istrumenti u l-inċentivi għall-ilħiq tal-miri stipulati fil-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 11(2);

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati tal-iskambju ta’ informazzjoni u tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki disponibbli pubblikament.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż dwar id-definizzjoni ta’ skart, prevenzjoni, użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, irkupru, riċiklaġġ, rimi, u dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kalkolu stabbiliti fl-Artikolu 11a.

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida dwar definizzjonijiet tal-iskart muniċipali u tar-radam mill-ġdid.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a biex temenda din id-Direttiva billi tispeċifika l-applikazzjoni tal-formola għall-faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni msemmija fil-punt R1 tal-Anness II. Jistgħu jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi lokali, bħas-severità tal-kesħa u l-ħtieġa għat-tisħin, sa fejn dawn ikunu jinfluwenzaw l-ammonti ta’ enerġija li teknikament jistgħu jintużaw jew jiġu prodotti fil-forma ta’ elettriku, tisħin, tkessiħ jew fwar tal-ipproċessar. Jistgħu jitqiesu wkoll il-kundizzjonijiet lokali tal-aktar reġjuni mbiegħda, kif jissemma fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tat-territorji msemmija fl-Artikolu 25 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-1985.

3.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 38a biex temenda l-Annessi IV u V fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku.

▼M4

Artikolu 38a

L-eżerċizju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni tingħata b’dan is-setgħa li tadotta atti delegati, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ta’ delega msemmija fl-Artikoli 7(1), 9(8), 11a(10)„ 27(1), 27(4), 38(2) u 38(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel l-iskadenza ta’ kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 7(1), 9(8), 11a(10), 27(1), 27(4), 38(2) u 38(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 11 ).

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 7(1), 9(8), 11a(10), 27(1), 27(4), 38(2) u 38(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M4

Artikolu 39

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 40

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-12 ta’ Diċembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 41

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

Id-Direttivi 75/439/KEE u 91/689/KEE u 2006/12/KE huma b’dan imħassra b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2010.

Madankollu, mit-12 ta’ Diċembru 2008, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a) l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 75/439/KEE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.  Il-metodu ta’ referenza ta’ kejl biex jiġi ddeterminat il-kontenut PCB/PCT taż-żejt għar-rimi għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissuplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart ( *1 ).

(b) id-Direttiva 91/689/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(i) fl-Artikolu 1(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.  Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘skart perikoluż’ tfisser:

 skart klassifikat bħala skart perikoluż li jinstab fil-lista stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE ( *2 ) fuq il-bażi ta’ l-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva. Dan l-iskart għandu jkollu wieħed jew iktar mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Il-lista għandha tikkunsidra l-oriġini u l-kompożizzjoni ta’ l-iskart u, fejn ikun meħtieġ, valuri ta’ limitu tal-konċentrazzjoni. Din il-lista għandha tiġi riveduta perjodikament u jekk ikun meħtieġ tiġi emendata. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart ( *3 );

 kwalunkwe skart ieħor li jkun meqjus minn Stat Membru bħala skart li juri xi waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Każijiet bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u jiġu riveduti bil-għan li tiġi adattata l-lista. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.

(ii) l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi ta’ din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku, u biex tiġi riveduta l-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 1(4), imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.”

(ċ) id-Direttiva 2006/12/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(i) fl-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (a), għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE ( *4 ) li fiha l-lista ta’ tipi ta’ skart li jagħmlu parti mill-kategoriji elenkati fl-Anness I ma’ din id-Direttiva. Din il-lista għandha tiġi riveduta perjodikament u jekk ikun meħtieġ tiġi emendata. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.

(ii) l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4).”

(iii) fl-Artikolu 18(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 43

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

OPERAZZJONIJIET TA' RIMI

D 1 Depożitu ġewwa jew fuq l-art (eż. radam, eċċ.)

D 2 Trattament fuq l-art (eż. bijodegradazzjoni ta' rifjuti likwidi jew ta' tajn fil-ħamrija, eċċ.)

D 3 Injezzjoni fil-fond (eż. injezzjoni ta' rifjut li jista' jiġi ppumpjat fi bjar, munzelli tal-melħ jew repożitorji naturali, eċċ.)

D 4 Lagunaġġ (eż. tqegħid ta' rifjuti likwidi jew ta' tajn f'fosos, għadajjar jew laguni, eċċ.)

D 5 Radam speċjalment ippreparat (eż. tqegħid f'ċelluli separati miksija minn ġewwa li jkunu mgħottija u iżolati minn ma' xulxin u mill-ambjent, eċċ.)

D 6 Rilaxx f'ilmijiet li mhumiex ibħra/oċeani

D 7 Rilaxx f'ibħra/oċeani inkluża l-inserzjoni f'qiegħ il-baħar

D 8 Trattament bijoloġiku mhux speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet aħħarija li jintremew permezz ta' kull wieħed mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 12

D 9 Trattament fiżiko-kimiku mhux speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet aħħarija li jintremew permezz ta' kull wieħed mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 12 (eż. evaporazzjoni, tnixxif, kalċinazzjoni, eċċ.)

D 10 Inċinerazzjoni fuq l-art

D 11 Inċinerazzjoni fuq il-baħar ( *5 )

D 12 Ħżin permanenti (eż. tqegħid ta' kontenituri f'minjiera, eċċ.)

D 13 Taqbil jew taħlit qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 12 ( *6 )

D 14 Ippakkjar mill-ġdid qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 13

D 15 Ħżin preliminari qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 14 (ħlief il-ħżin temporanju, sakemm isir il-ġbir, fuq is-sit fejn jiġi prodott l-iskart) ( *7 )




ANNESS II

OPERAZZJONIJIET TA' RKUPRU

R 1 Użu ewlieni bħala karburant jew mezz ieħor għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija ( *8 )

R 2 Riklamazzjoni/riġenerazzjoni ta' solventi

▼M4

R 3 Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ sustanzi organiċi li mhumiex użati bħala solventi (inklużi l-ikkompostjar u proċessi oħra ta’ trasformazzjoni bijoloġika) ( *9 )

R 4 Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ metalli u komposti tal-metall ( *10 )

R 5 Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta’ materjali inorganiċi oħra ( *11 )

▼B

R 6 Riġenerazzjoni ta' aċidi jew bażijiet

R 7 Irkupru ta' komponenti użati għat-tnaqqis tat-tniġġis

R 8 Irkupru ta' komponenti minn katalizzaturi

R 9 Raffinar mill-ġdid taż-żejt jew użu ieħor mill-ġdid taż-żejt

R 10 Trattament ta' l-art li jirriżulta f'benefiċċju għall-agrikoltura jew f'titjib ekoloġiku

R 11 Użu ta' skart miksub minn waħda mill-operazzjonijiet numerati minn R 1 sa R 10

R 12 Skambju ta' skart biex jittieħed għal waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn R 1 sa R 11 ( *12 )

R 13 Ħżin ta' skart sa meta ssir waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn R 1 sa R 12 (ħlief il-ħżin temporanju, sakemm isir il-ġbir, fuq is-sit fejn jiġi prodott l-iskart) ( *13 )

▼M1




ANNESS III

KARATTERISTIĊI TAL-ISKART LI JAGĦMLUH PERIKOLUŻ

“Splussiv”:

skart li b'reazzjoni kimika kapaċi jipproduċi gass b'temperatura u pressjoni u b'veloċità li jagħmlu ħsara lill-inħawi tal-madwar. Inklużi wkoll skart pirotekniku, skart ta' perossidu organiku splussiv u skart awtoreattiv splussiv.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed mill-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 1, l-iskart għandu jiġi verifikat għal HP1, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun splussiv, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP1.

It-Tabella 1: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għal kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP1:



Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Inst. Spl.

H200

Spl. 1.1

H201

Spl. 1.2

H202

Spl. 1.3

H203

Spl. 1.4

H204

Awtoreat. A

H240

Org. Peross. A

Awtoreat. B

H241

Org. Peross. B

“Ossidanti”:

skart li ġeneralment, meta jkun hemm provvista ta' ossiġnu, jista' jikkawża jew iwassal għall-kombustjoni ta' materjali oħra.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed mill-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 2, l-iskart għandu jiġi verifikat għal HP2, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun splussiv, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP2.

It-Tabella 2: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP2:



Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Oss. Gass 1

H270

Oss. Lik. 1

H271

Oss. Sol. 1

Oss. Lik. 2, Oss. Lik. 3

H272

Oss. Sol. 2, Oss. Sol. 3

“Jieħu n-nar”:

 skart likwidu li jieħu n-nar: skart likwidu li jkollu punt ta' fjammabilità ta' < 60 °C jew żejt tal-gass ta' skart, diżil ta' skart u żjut ta' skart ħfief għat-tisħin li jkollhom punt ta' fjammabilità ta' > 55 °C u ≤ 75 °C;

 skart solidu u likwidu piroforiku li jieħu n-nar tfisser skart solidu jew likwidi li anki fi kwantitajiet żgħar għandhom tendenza li jieħdu n-nar f'ħames minuti minn meta jmissu mal-arja;

 skart solidu li jieħu n-nar tfisser skart solidu li hu kombustibbli malajr jew li jista' jikkawża n-nar jew iwassal għal nar permezz ta' frizzjoni;

 skart gassuż li jieħu n-nar: skart gassuż li jieħu n-nar fl-arja f'temperatura ta' 20 °C u fi pressjoni standard ta' 101,3 kPa;

 skart reattiv bl-ilma: skart li malli jmiss mal-ilma jerħi ammont perikoluż ta' gassijiet li jieħdu n-nar;

 skart ieħor li jieħu n-nar: ajrusols li jieħdu n-nar, skart li jisħon waħdu u jieħu n-nar, perossidi organiċi li jieħdu n-nar, skart awtoreattiv li jieħu n-nar.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar li tkun klassifikata minn wieħed minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 3, l-iskart għandu jiġi verifikat, meta xieraq u proporzjonat, skont il-metodi tal-ittestjar. Jekk il-preżenza ta' sustanza, taħlita jew oġġett turi li l-iskart ikun jieħu n-nar, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP3.

It-Tabella 3: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu għal kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP3:



Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Jaqbad Gass 1

H220

Jaqbad Gass 2

H221

Ajrusol 1

H222

Ajrusol 2

H223

Jaqbad Lik. 1

H224

Jaqbad Lik. 2

H225

Jaqbad Lik. 3

H226

Jaqbad Sol. 1

H228

Jaqbad Sol. 2

Awtoreat. CD

H242

Awtoreat. EF

Org. Peross. CD

Org. Peross. EF

Pir. Lik. 1

H250

Pir. Sol. 1

Jisħon waħdu 1

H251

Jisħon waħdu 2

H252

Reat. bl-ilma 1

H260

Reat. bl-ilma 2

Reat. bl-ilma 3

H261

“Irritanti — irritazzjoni tal-ġilda u ħsara fl-għajnejn”:

skart li meta jiġi applikat jista' jirrita l-ġilda jew jikkawża ħsara fl-għajnejn.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar f'konċentrazzjonijiet ogħla mill-valur ta' limitu, li huma klassifikati minn waħda minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jintlaħaq jew jinqabeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.

Il-valur ta' limitu li għandhom jitqiesu f'valutazzjoni għall-Korr. tal-ġilda 1A (H314), Irrit. tal-ġilda 2 (H315), Ħsara fl-għ. 1 (H318) u Irrit. tal-għ. 2 (H319) hu 1 %.

Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala Korr. tal-ġilda 1A (H314) ikun daqs jew jaqbeż il-1 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.

Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala H318 ikun daqs jew jaqbeż l-10 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.

Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza klassifikata bħala H315 u H319 ikun daqs jew jaqbeż l-20 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP4.

Innota li skart li jkun fih sustanzi klassifikati bħala H314 (Korr. tal-ġilda 1A, 1B jew 1C) f'ammonti daqs jew aktar minn 5 % se jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP8. HP4 ma tapplikax meta l-iskart ikun ġie klassifikat bħala HP8.

“Tossiċità Speċifika għal Organu ta' Mira (STOT)/Tossiċità mill-Aspirazzjoni”:

skart li jista' jikkawża tossiċità speċifika għal organu ta' mira minn esponiment wieħed jew minn esponiment imtenni, jew li jista' jikkawża effetti tossiċi akuti wara li jiġi aspirat.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu li turi t-Tabella 4, u jintlaħaq jew jinqabeż wieħed jew aktar mil-limiti ta' konċentrazzjoni fit-Tabella 4, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala STOT u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5.

Meta skart ikun fih sustanza jew aktar klassifikati bħala Asp. Toss. 1 u t-total ta' dawk is-sustanzi jkun daqs jew jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP5 fil-każ biss li l-viskożità kinematika ġenerali (f'40 °C) ma tkunx taqbeż l-20,5 mm2/s. ( 13 )

It-Tabella 4: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP5:



Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Limitu ta' konċentrazzjoni

STOT SE 1

H370

1 %

STOT SE 2

H371

10 %

STOT SE 3

H335

20 %

STOT RE 1

H372

1 %

STOT RE 2

H373

10 %

Asp. Toss. 1

H304

10 %

“Tossiċità Akuta”:

Skart li jista' jikkawża dawn l-effetti tossiċi akuti meta jiġi applikat b'mod orali jew fuq il-ġilda, jew wara esponiment għan-nifs.

Jekk it-total tal-konċentrazzjonijiet ta' kull sustanza fl-iskart klassifikat minn kodiċi ta' klassi u kategorija tat-tossiċità akuta u kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu li turi t-Tabella 5, ikun daqs jew jaqbeż il-limitu mogħti f'dik it-tabella, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP6. Meta skart ikun fih aktar minn sustanza waħda klassifikata bħala tossika akuta, it-total tal-konċentrazzjonijiet hemm bżonnu biss għal sustanzi fl-istess kategorija tal-periklu.

Dawn il-valuri tal-limitu għandhom japplikaw biex jitqiesu f'valutazzjoni:

 Għal Toss. Akuta 1, 2 jew 3 (H300, H310, H330, H301, H311, H331): 0,1 %;

 Għal Toss. Akuta 4 (H302, H312, H332): 1 %.

It-Tabella 5: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP6:



Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Limitu ta' konċentrazzjoni

Toss. Akuta 1 (Orali)

Toss. Akuta 2 (Orali)

Toss. Akuta 3 (Orali)

Toss. Akuta 4 (Orali)

Toss. Akuta 1 (tal-Ġilda)

Toss. Akuta 2 (tal-Ġilda)

Toss. Akuta 3 (Ġilda)

Toss. Akuta 4 (tal-Ġilda)

Toss. Akuta 1 (bin-Nifs)

Toss. Akuta 2 (bin-Nifs)

Toss. Akuta 3 (bin-Nifs)

Toss. Akuta 4 (bin-Nifs)

H300

H300

H301

H302

H310

H310

H311

H312

H330

H330

H331

H332

0,1 %

0,25 %

5 %

25 %

0,25 %

2,5 %

15 %

55 %

0,1 %

0,5 %

3,5 %

22,5 %

“Karċinoġeniku”:

skart li jikkaġuna l-kanċer jew iżid l-inċidenza tiegħu.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 6, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP7. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala karċionġeniċi u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP7.

It-Tabella 6: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP7:



Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Limitu ta' konċentrazzjoni

Karċ. 1A

H350

0,1 %

Karċ. 1B

Karċ. 2

H351

1,0 %

“Korrużiv”:

skart li meta jiġi applikat jista' jikkawża korrużjoni tal-ġilda.

Meta skart ikun fih sustanza jew aktar klassifikati bħala Korr. tal-ġilda 1A, 1B jew 1C (H314) u t-total tal-konċentrazzjonijiet tagħhom ikun daqs jew jaqbeż il-5 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP8.

Il-valur ta' limitu li għandu jitqies f'valutazzjoni għall-Korr. tal-ġilda 1A, 1B, 1C (H314) hu 1,0 %.

“Infettuż”:

skart li jkun fih mikroorganiżmi vijabbli jew it-tossini tagħhom li huma magħrufin jew meqjusin b'mod ċert li jikkaġunaw mard fil-bniedem jew f'organiżmi ħajjin oħra.

HP9 għandha tiġi attribwita skont valutazzjoni tar-regoli stabbiliti f'dokumenti ta' referenza jew fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri.

“Tossiku għar-riproduzzjoni”:

skart li jħalli effetti ħżiena fuq il-funzjonament sesswali u l-fertilità fl-irġiel u n-nisa adulti, u li jikkawża tossiċità fl-iżvilupp tal-ulied.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 7, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP10. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP10.

It-Tabella 7: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP10:



Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Limitu ta' konċentrazzjoni

Ripr. 1A

H360

0,3 %

Ripr. 1B

Ripr. 2

H361

3,0 %

“Mutaġeniku”:

skart li jista' jikkawża mutazzjoni, jiġifieri bidla permanenti fl-ammont jew fl-istruttura tal-materjal ġenetiku f'ċellola.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew aktar klassifikati minn wieħed jew aktar minn dawn il-kodiċijiet ta' klassi u kategorija tal-periklu u l-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu, u jilħaq jew jaqbeż wieħed jew aktar minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni li turi t-Tabella 8, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP11. Meta skart ikun fih sustanzi klassifikati bħala mutaġeniċi u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP11.

It-Tabella 8: Il-Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu u l-Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu u l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP11:



Kodiċi(jiet) ta' Klassi u Kategorija tal-Periklu

Kodiċi(jiet) tad-Dikjarazzjonijiet tal-Periklu

Limitu ta' konċentrazzjoni

Muta. 1A,

H340

0,1 %

Muta. 1B

Muta. 2

H341

1,0 %

“Jerħi gass tossiku akut”:

skart li jerħi gassijiet tossiċi akuti (Toss. Akuta 1, 2 jew 3) meta jmiss mal-ilma jew mal-aċidu.

Meta skart ikun fih sustanza attribwita b'wieħed minn dawn il-perikli supplimentari EUH029, EUH031 u EUH032, dan għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP12, skont il-metodi tal-ittestjar jew il-linji gwida.

“Sensitizzanti”:

skart li jkun fih sustanza waħda jew aktar li huma magħrufin li jikkawżaw effetti sensitizzanti lill-ġilda jew lill-organi respiratorji.

Meta skart ikun fih sustanza klassifikata bħala sensitizzanti u attribwita b'wieħed mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu H317 jew H334 u sustanza individwali tkun preżenti f'ammont ugwali għal jew li jaqbeż il-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 10 %, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP13.

▼M3

“Ekotossiku”:

skart li jippreżenta jew jista' jippreżenta riskji immedjati jew li jimmanifestaw ruħhom maż-żmien għal settur wieħed tal-ambjent jew aktar setturi tal-ambjent.

L-iskart li jissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin għandu jiġi kklassifikat bħala perikoluż minn HP 14:

 L-iskart li jkun fih sustanza li tkun ikklassifikata bħala sustanza qerrieda tal-ożonu bil-kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu H420 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) u l-konċentrazzjoni ta' din is-sustanza tkun ugwali għal-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 0,1 % jew taqbżu.

 [c(H420) ≥ 0,1 %]

 L-iskart li jkun fih mill-inqas sustanza waħda li tkun ikklassifikata bħala akkwatika akuta bil-kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu H400 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u t-total tal-konċentrazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi jkun ugwali għal-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 25 % jew jaqbżu. Għandu japplika valur ta' limitu ta' 0,1 % għal dawn is-sustanzi.

 [Σ c (H400) ≥ 25 %]

 L-iskart li jkun fih mill-inqas sustanza waħda kklassifikata bħala akkwatika kronika 1, 2 jew 3 assenjati għall-kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni tal-periklu H410, H411 jew H412 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u t-total tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi kollha klassifikati bħala akkwatiċi kroniċi 1 (H410) immultiplikat b'100 u miżjud mat-total tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi kollha kklassifikati bħala akkwatiċi kroniċi 2 (H411) immultiplikat b'10 u miżjud mat-total tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi kollha klassifikati bħala akkwatiċi kroniċi 3 (H412) ikun ugwali għal-limitu tal-konċentrazzjoni ta' 25 % jew jaqbżu. Għas-sustanzi klassifikati bħala H410 japplika valur ta' limitu ta' 0,1 %, u japplika valur ta' limitu ta' 1 % għas-sustanzi kklassifikati bħala H411 jew H412.

 [100 × Σc (H410) + 10 × Σc (H411) + Σc (H412) ≥ 25 %]

 L-iskart li jkun fih mill-inqas sustanza waħda li tkun ikklassifikata bħala akkwatika kronika 1, 2, 3, jew 4 bil-kodiċi(jiet) tad-dikjarazzjoni tal-periklu H410, H411, H412, jew H413 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, u t-total tal-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi kollha li jkunu klassifikati bħala akkwatiċi kroniċi jkun ugwali għal-limitu ta' konċentrazzjoni ta' 25 % jew jaqbżu. Għas-sustanzi klassifikati bħala H410 japplika valur ta' limitu ta' 0,1 %, u japplika valur ta' limitu ta' 1 % għas-sustanzi kklassifikati bħala H411 H412, jew H413.

 [Σ c H410 + Σ c H411 + Σ c H412 + Σ c H413 ≥ 25 %]

Fejn: Σ = it-total u c = il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi.

▼M1

“Skart li kapaċi juri xi waħda mill-proprjetajiet tal-periklu li tniżżlu hawn fuq u li l-iskart oriġinali ma jkunx juri b'mod dirett”.

Meta skart ikun fih sustanza waħda jew jew aktar attribwita b'xi waħda mid-dikjarazzjonijiet tal-periklu jew il-perikli supplimentari li turi t-Tabella 9, l-iskart għandu jiġi klassifikat bħala perikoluż skont HP15, sakemm l-iskart ma jkunx f'għamla partikolari li fl-ebda ċirkustanza ma juri proprjetajiet splussivi jew potenzjalment splussivi.

It-Tabella 9: Id-dikjarazzjonijiet tal-periklu u l-perikli supplimentari għall-kostitwenti tal-iskart għall-klassifikazzjoni tal-iskart bħala perikoluż skont HP15



Dikjarazzjoni(jiet) tal-periklu/il-Periklu/i Supplimentari

Jista' jisplodi f'daqqa fin-nar

H205

Jisplodi meta jkun xott

EUH001

Jaf jifforma perossidi splussivi

EUH019

Riskju ta' splużjoni jekk jissaħħan fil-magħluq

EUH044

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu iqisu tip ta' skart bħala skart perikoluż skont HP15 skont kriterji applikabbli oħra, bħal valutazzjoni tal-lissija.

▼M3 —————

▼C2

Metodi tal-ittestjar

Il-metodi li għandhom jintużaw huma dawk deskritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 ( 15 ) u f'noti CEN oħra rilevanti, jew metodi tal-ittestjar u linji gwida oħra rikonoxxuti internazzjonalment.

▼B




ANNESS IV

EŻEMPJI TA' MIŻURI TA' PREVENZJONI TA' L-ISKART IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 29

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-kondizzjonijiet ta' qafas relatati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart

1. L-użu ta’ miżuri ta’ ppjanar, jew strumenti ekonomiċi oħrajn li jippromwovu l-użu effiċenti tar-riżorsi.

2. Il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-kisba ta’ prodotti u teknoloġiji aktar nodfa u li jaħlu inqas u t-tixrid u l-użu tar-riżultati ta’ tali riċerka u żvilupp.

3. L-iżvilupp ta’ indikaturi effettivi u sinifikanti tal-pressjonijiet ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart immirati li jikkontribwixxu fil-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart fil-livelli kollha, mit-tqabbil tal-prodotti fil-livell Komunitarju permezz ta' azzjoni meħuda mill-awtoritajiet lokali sa miżuri nazzjonali.

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-fażi ta’ tfassil u produzzjoni u distribuzzjoni

4. Il-promozzjoni ta’ tfassil ekoloġiku (l-integrazzjoni sistematika ta’ l-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li jittejjeb ir-rendiment ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kollu).

5. L-għoti ta’ tagħrif dwar teknika għall-prevenzjoni ta’ l-iskart bil-għan li tkun faċilitata l-implimentazzjoni ta’ l-aħjar teknika disponibbli mill-industrija.

6. L-organizzazzjoni ta’ taħriġ ta’ l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ħtiġiet dwar il-prevenzjoni ta’ l-iskart fil-permessi skond din id-Direttiva u d-Direttiva 96/61/KE.

7. L-inklużjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-produzzjoni ta’ l-iskart f’impjanti mhux koperti mid-Direttiva 96/61/KE. Fejn ikun xieraq, tali miżuri jistgħu jinkludu valutazzjonijiet jew pjanijiet dwar il-prevenzjoni ta’ l-iskart.

8. L-użu ta’ kampanji ta’ għarfien jew l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew appoġġ ieħor lin-negozji. Tali miżuri x'aktarx ikunu partikolarment effettivi meta jkunu mmirati lejn, u adattati għal, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u joperaw permezz ta’ networks stabbiliti ta' negozji.

9. L-użu ta’ ftehim volontarju, għaqdiet ta’ produtturi/konsumaturi jew negozjati settorali sabiex in-negozji jew is-setturi industrijali rilevanti jistabbilixxu huma stess il-pjanijiet jew l-objettivi tagħhom għall-prevenzjoni ta’ l-iskart jew jikkoreġu prodotti jew ippakkjar li jaħlu.

10. Il-promozzjoni ta’ sistemi rakkomandabbli għall-immaniġġar ambjentali, inklużi l-EMAS u l-ISO 14001.

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-fażi ta’ konsum u użu

11. Strumenti ekonomiċi bħal inċentivi għal xiri “nadif” jew l-istituzzjoni ta’ ħlas obbligatorju mill-konsumaturi għal oġġett speċifiku jew element ta’ ppakkjar speċifiku li kieku kien jingħata b’xejn.

12. L-użu ta’ kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-għoti ta’ tagħrif immirati lejn il-pubbliku ġenerali jew grupp speċifiku ta’ konsumaturi.

13. Il-promozzjoni ta’ eko-tikketti rakkomandabbli.

14. Ftehim ma’ l-industrija, bħall-użu ta’ gruppi ta' studju dwar prodotti, bħal dawk li qed jintużaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Integrata dwar il-Prodotti jew mal-bejjiegħa bl-imnut dwar id-disponibbiltà ta’ tagħrif dwar il-prevenzjoni ta’ l-iskart u l-prodotti b’anqas impatt ambjentali.

15. Fil-kuntest ta’ xiri pubbliku u korporattiv, l-integrazzjoni ta’ kriterji ambjentali u tal-prevenzjoni ta’ l-iskart f’sejħiet għal offerti u kuntratti, skond il-Manwal dwar ix-xiri pubbliku ambjentali ppubblikat mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Ottubru 2004.

16. l-promozzjoni ta’ l-użu mill-ġdid/jew it-tiswija ta’ prodotti xierqa skartati jew tal-komponenti tagħhom, notevolment permezz ta' l-użu ta' miżuri edukattivi, ekonomiċi, loġistiċi jew miżuri oħra bħall-appoġġ għal jew l-istabbiliment ta' ċentri u networks akkreditati ta' tiswija u ta' użu mill-ġdid speċjalment f'reġjuni b'densità ta' popolazzjoni għolja.

▼M4




ANNESS IVa

EŻEMPJI TA’ STRUMENTI EKONOMIĊI U MIŻURI OĦRA BIEX JIĠU PPROVDUTI INĊENTIVI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-ĠERARKIJA TAL-ISKART KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 4(3) ( 16 )

1. Imposti u restrizzjonijiet fuq ir-rimi f’landfills u l-inċinerazzjoni ta’ skart li jinċentivizzaw il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, filwaqt li jżommu r-rimi f’landfills bħala l-anqas għażla preferita għall-immaniġġjar tal-iskart;

2. Skemi ta’ “ħallas skont kemm tarmi” li jiċċarġjaw lill-produtturi tal-iskart fuq il-bażi tal-ammont ta’ skart iġġenerat u jipprovdu inċentivi għas-separazzjoni fis-sors ta’ skart riċiklabbli u għat-tnaqqis ta’ skart imħallat;

3. Inċentivi fiskali għad-donazzjoni ta’ prodotti, b’mod partikolari l-prodotti tal-ikel;

4. Skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur għal tipi varji ta’ skart u miżuri biex tiżdied l-effikaċja, il-kosteffiċjenza u l-governanza tagħhom;

5. Skemi ta’ rifużjoni tad-depożitu u miżuri oħra biex jinkoraġġixxu l-ġbir effiċjenti ta’ prodotti u materjali użati;

6. Ippjanar tajjeb tal-investimenti fl-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż permezz tal-fondi tal-Unjoni;

7. Akkwist pubbliku sostenibbli biex jiġu promossi l-immaniġġjar aħjar tal-iskart u l-użu ta’ prodotti u materjali riċiklati;

8. Tneħħija gradwali tas-sussidji li mhumiex konsistenti mal-ġerarkija tal-iskart;

9. Użu ta’ miżuri fiskali jew mezzi oħra biex jiġi promoss l-użu ta’ prodotti u materjali li huma ppreparati għall-użu mill-ġdid jew riċiklati;

10. Appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni f’teknoloġiji avvanzati ta’ riċiklaġġ u ta’ manifattura mill-ġdid;

11. Użu tal-aħjar tekniki disponibbli għat-trattament tal-iskart;

12. Inċentivi ekonomiċi għall-awtoritajiet reġjonali u lokali, b’mod partikolari għall-prevenzjoni tal-iskart u sabiex jiżdiedu l-iskemi tal-ġbir separat, filwaqt li jiġu evitati l-appoġġ tar-rimi f’landfills u l-inċinerazzjoni;

13. Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, b’mod partikolari dwar il-ġbir separat, il-prevenzjoni tal-iskart u t-tnaqqis tar-rimi taż-żibel, u l-integrazzjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ;

14. Sistemi għall-koordinazzjoni, inkluż b’mezzi diġitali, bejn l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti kollha involuti fl-immaniġġjar tal-iskart;

15. Promozzjoni ta’ djalogu kontinwu u kooperazzjoni bejn il-partijiet kollha interessati fl-immaniġġjar tal-iskart, u tħeġġiġ ta’ ftehimiet volontarji u rappurtar ta’ kumpaniji dwar l-iskart.




ANNESS IVb

PJAN TA’ IMPLIMENTAZZJONI LI GĦANDU JIĠI PPREŻENTAT SKONT L-ARTIKOLU 11(3)

Il-pjan ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi ppreżentat skont l-Artikolu 11(3) għandu jinkludi dan li ġej:

1. valutazzjoni tar-rati passati, attwali u mbassra ta’ riċiklaġġ, tar-rimi f’landfills u trattament ieħor tal-iskart muniċipali u l-flussi li huwa kompost minnhom;

2. valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart fis-seħħ skont l-Artikoli 28 u 29;

3. raġunijiet li għalihom l-Istat Membru jikkunsidra li jista’ ma jirnexxilux jilħaq il-mira rilevanti stipulati fl-Artikolu 11(2) fi żmien l-iskadenza stipulata hemmhekk u valutazzjoni tal-estensjoni taż-żmien meħtieġa biex tintlaħaq dik il-mira;

4. miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stipulati fil-paragrafi 2 u 5 tal-Artikolu 11(2) u (5) li huma applikabbli għall-Istat Membru matul l-estensjoni taż-żmien, li jinkludu strumenti ekonomiċi xierqa u miżuri oħra biex jiġu pprovduti inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stipulata fl-Artikolu 4(1) u l-Anness IVa;

5. skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati fil-punt 4, id-determinazzjoni tal-korp kompetenti għall-implimentazzjoni tagħhom u valutazzjoni tal-kontribuzzjoni individwali tagħhom biex jintlaħqu l-miri applikabbli fil-każ ta’ estensjoni ta’ żmien;

6. informazzjoni dwar il-finanzjament għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas;

7. miżuri biex titjieb il-kwalità tad-data, kif xieraq, bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni tal-ippjanar u tal-monitoraġġ tal-immaniġġjar tal-iskart.

▼B




ANNESS V

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Direttiva 2006/12/EC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)(a)

Artikolu 3(1)

Artikolu 1(1)(b)

Artikolu 3(5)

Artikolu 1(1)(c)

Artikolu 3(6)

Artikolu 1(1)(d)

Artikolu 3(9)

Artikolu 1(1)(e)

Artikolu 3(19)

Artikolu 1(1)(f)

Artikolu 3(15)

Artikolu 1(1)(g)

Artikolu 3(10)

Artikolu 1(2)

Artikolu 7

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)(b)(i)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1)(b)(ii)

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 2(1)(b)(iii)

Artikolu 2(1)(f) u 2(2)(ċ)

Artikolu 2(1)(b)(iv)

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(1)(b)(v)

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(1)

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 13

Artikolu 4(2)

Artikolu 36(1)

Artikolu 5

Artikolu 16

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 28

Artikolu 8

Artikolu 15

Artikolu 9

Artikolu 23

Artikolu 10

Artikolu 23

Artikolu 11

Artikoli 24 u 25

Artikolu 12

Artikolu 26

Artikolu 13

Artikolu 34

Artikolu 14

Artikolu 35

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 37

Artikolu 17

Artikolu 38

Artikolu 18(1)

Artikolu 39(1)

Artikolu 39(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 18(3)

Artikolu 39(3)

Artikolu 19

Artikolu 40

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 42

Artikolu 22

Artikolu 43

Annex I

Annex IIA

Annex I

Annex IIB

Annex II



Direttiva 75/439/EEC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 3(18)

Artikolu 2

Artikoli 13 u 21

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 13

Artikolu 4

Artikolu 13

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikoli 26 u 34

Artikolu 6

Artikolu 23

Artikolu 7(a)

Artikolu 13

Artikolu 7(b)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)(a)

Artikolu 8(2)(b)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9

Artikolu 10(1)

Artikolu 18

Artikolu 10(2)

Artikolu 13

Artikolu 10(3) u (4)

Artikolu 10(5)

Artikoli 19, 21, 25, 34 u 35

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 35

Artikolu 13(1)

Artikolu 34

Artikolu 13(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 37

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Annex I



Direttiva 91/689/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikoli 3(2) u 7

Artikolu 1(5)

Artikolu 20

Artikolu 2(1)

Artikolu 23

Artikolu 2(2) u (4)

Artikolu 18

Artikolu 3

Artikoli 24, 52 u 63

Artikolu 4(1)

Artikolu 34(1)

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 35

Artikolu 5(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 34(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 19(2)

Artikolu 6

Artikolu 28

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Annexes I u II

Anness III

Anness III



( 1 ) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

( 4 ) Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

( 5 ) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

( 7 ) Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

( 8 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

( 9 ) ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

( 10 ) Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

( 11 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

( 12 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( *1 ) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.”

( *2 ) ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.

( *3 ) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.”

( *4 ) ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.”

( *5 ) Din l-operazzjoni hija pprojbita mil-leġiżlazzjoni ta' l-UE u mill-konvenzjonijiet internazzjonali.

( *6 ) Jekk ma jkun hemm l-ebda kodiċi D xieraq, dan jista' jinkludi operazzjonijiet preliminari qabel ir-rimi inkluż il-pre-proċessar bħal, inter alia, l-għażla, it-tifrik, l-ikkumpattar, it-tgerbib, it-tnixxif, it-tqattigħ, il-kondizzjonament, jew is-separazzjoni qabel is-sottomissjoni għal kwalunkwe mill-operazzjonijiet enumerati D1 sa D12.

( *7 ) “Ħżin temporanju” tfisser ħżin preliminari skond il-punt (10) ta' l-Artikolu 3.

( *8 ) Dan jinkludi faċilitajiet ta' inċinerazzjoni mfassla għall-ipproċessar ta' skart solidu muniċipali biss fejn l-effiċjenza ta' l-enerġija tagħhom hija daqs jew ogħla minn:

 0,60 għal installazzjonijiet li kienu qed jaħdmu u permessi skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli qabel l-1 ta' Jannar 2009,

 0,65 għal installazzjonijiet permessi wara l-31 ta' Diċembru 2008,

bl-użu tal-formula li ġejja:

Effiċjenza ta' l-enerġija = (Ep –( Ef + Ei)) / (0.97 × (Ew + Ef))

Fejn:

“Ep” tfisser l-enerġija annwali prodotta bħala sħana jew elettriċità. Hija kkalkulata b'enerġija fis-sura ta' elettriċità mmultiplikata bi 2.6 u sħana prodotta għal użi kummerċjali mmultiplikata b'1.1 (GJ/sena)

“Ef” tfisser l-input ta' l-enerġija annwali fis-sistema minn karburanti li jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-fwar (GJ/sena)

“Ew” tfisser l-enerġija annwali li tinsab fl-iskart ittrattat ikkalkulata bl-użu tal-valur nett kalorifiku ta' l-iskart (GJ/sena)

“Ei” tfisser l-enerġija importata annwali esklużi Ew u Ef (FJ/sena)

0,97 huwa fattur responsabbli għat-telf ta' enerġija minħabba ċapep ta' l-irmied u radjazzjoni

Din il-formula għandha tkun applikata skond id-dokument ta' referenza dwar l-Aħjar Teknika Disponibbli għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart.

►M2

 

Il-valur tal-formula tal-effiċjenza enerġetika għandu jiġi multiplikat b'fattur tal-korrezzjoni klimatika (CCF) kif jidher hawn taħt:

1. Is-CCF għal installazzjonijiet operattivi u permessi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tapplika għal qabel l-1 ta' Settembru 2015.

CCF = 1 jekk HDD >= 3 350

CCF = 1,25 jekk HDD <= 2 150

CCF = – (0,25/1 200 ) × HDD + 1,698 jekk 2 150 < HDD < 3 350

2. Is-CCF għal installazzjonijiet permessi wara l-31 ta' Awwissu 2015 u għal installazzjonijiet taħt il-1 wara l-31 ta' Diċembru 2029:

CCF = 1 jekk HDD >= 3 350

CCF = 1,12 jekk HDD <= 2 150

CCF = – (0,12/1 200 ) × HDD + 1,335 jekk 2 150 < HDD < 3 350

(Il-valur tas-CCF li jirriżulta se jitqarreb lejn tliet postijiet deċimali).

►C1

 

Il-valur tal-HDD (l-għadd ta' jiem ta' tisħin) għandu jkun il-medja tal-valuri HHD annwali fil-post tal-faċilità tal-inċinerazzjoni, ikkalkulat għal 20 sena konsekuttivi qabel is-sena li għaliha jiġi kkalkulat is-CCF. Għall-kalkolu tal-valur tal-HDD għandu jiġi applikat dan il-metodu stabbilit mill-Eurostat: Il-valur tal-HDD hu (18 °C – Tm) × d jekk Tm tkun 15 °C jew inqas (il-limitu tat-tisħin) u jkun nill jekk Tm tkun aktar minn 15 °C; f'dan il-każ Tm tfisser it-temperatura medja ta' barra (Tmin + Tmax)/2 matul perjodu ta' d ġranet. Il-kalkoli għandhom isiru kuljum (d = 1), u jkunu jgħaqqdu sena sħiħa.

 ◄

 ◄

( *9 ) Dan jinkludi l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, il-gassifikazzjoni u l-piroliżi bl-użu tal-komponenti bħala kimiki u l-irkupru ta’ materjali organiċi fil-forma ta’ radam mill-ġdid.

( *10 ) Dan jinkludi l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid.

( *11 ) Dan jinkludi l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ ta’ materjali inorganiċi tal-bini, l-irkupru ta’ materjali inorganiċi fil-forma ta’ radam mill-ġdid, u t-tindif tal-ħamrija li jirriżulta fl-irkupru tal-ħamrija.

( *12 ) Jekk ma jkun hemm l-ebda kodiċi R ieħor xieraq, dan jista' jinkludi operazzjonijiet preliminari qabel l-irkupru inkluż pre-proċessar bħal, inter alia, iż-żarmar, l-għażla, it-tifrik, l-ikkumpattar, it-tgerbib, it-tnixxif, it-tqattigħ, il-kondizzjonament, l-ippakkjar mill-ġdid, is-separazzjoni, it-taqbil jew it-taħlit qabel ma jintbagħat lil waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn R1 sa R11.

( *13 ) “Ħżin temporanju” tfisser ħżin preliminari skond il-punt (j) ta' l-Artikolu 3.

( 13 ) Il-viskożità kinematika għandha tiġi stabbilita biss għall-fluwidi.

( 14 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

( 15 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 440/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi metodi tal-ittestjar skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) (ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1).

( 16 ) Filwaqt li dawn l-istrumenti u l-miżuri jistgħu jipprovdu inċentivi għall-prevenzjoni tal-iskart, li hija l-ogħla livell fil-ġerarkija tal-iskart, hemm lista komprensiva ta’ aktar eżempji speċifiċi ta’ miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart stabbilita fl-Anness IV.

Top