Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005H0309

    Id-direttivi dwar is-suq uniku tal-UE — inkorporazzjoni fil-liġi nazzjonali

    Id-direttivi dwar is-suq uniku tal-UE — inkorporazzjoni fil-liġi nazzjonali

     

    SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/309/KE — it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ Direttivi tas-suq intern

    X’INHU L-GĦAN TA' DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI?

    Din tistabbilixxi kif il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jinkorporaw aħjar id-direttivi dwar is-suq uniku fil-liġi nazzjonali.

    PUNTI EWLENIN

    • Direttivi huma miżuri li jorbtu lill-pajjiżi tal-UE f’termini tar-riżultati li għandhom jinkisbu. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu:
      • jagħżlu l-forma u l-mezzi kif jinkiseb dan ir-riżultat, iżda
      • iridu jittrasponu d-direttiva sa skadenza stabbilita.
    • Fil-każ tas-Suq Uniku, it-traspożizzjoni* korretta u f’waqtha tad-direttivi f’dak il-qasam hija essenzjali għall-operazzjoni mingħajr xkiel. It-traspożizzjoni tardiva jew inkorretta tad-direttivi tista’ toħloq ostakoli u tagħmel lill-ekonomija Ewropea inqas kompetittiva.

    Traspożizzjoni tardiva jew inkorretta

    Il-pajjiżi tal-UE huma soġġetti għal monitoraġġ u jistgħu jiġu ssanzjonati għat-traspożizzjoni tardiva jew inkorretta permezz ta’:

    Prattika aħjar

    • Sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni tajba u f’waqtha, il-Kummissjoni Ewropea tirrakkomanda li l-pajjiżi tal-UE jadottaw prattiki aħjar ibbażati fuq eżempji mogħtija minn ċerti pajjiżi. Hija tirrakkomanda li ssir enfasi fuq il-proċeduri u l-prattiki nazzjonali tagħhom, b’mod partikolari:
      • li jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti għat-traspożizzjoni inkorretta jew tardiva;
      • li jintgħażlu l-aktar proċeduri u prattiki li huma mfassla tajba u li huma l-aktar effettivi għal kull pajjiż tal-UE;
      • li jitħejjew tabelli li juru l-korrelazzjoni bejn id-direttivi u l-miżuri ta’ traspożizzjoni;
      • li joqogħdu lura milli jżidu kundizzjonijiet jew rekwiżiti mal-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni nazzjonali li mhumiex neċessarji jew li jagħmluha aktar diffiċli li jintlaħqu l-objettivi tad-direttiva.
    • L-Anness għar-Rakkomandazzjoni jipprovdi dettalji dwar il-prattiki tajbin li għandhom jiġu segwiti, inkluż:
      • li traspożizzjoni tajba u f’waqtha ssir prijorità politika u operazzjonali permanenti;
      • li jkun żgurat li t-tħejjijiet għat-traspożizzjoni jsiru fi stadju bikri sabiex id-direttivi tal-UE jiġu inkorporati korrettament fil-liġi nazzjonali sal-iskadenzi miftiehma;
      • il-ħidma mill-qrib ma’ Parlamenti nazzjonali, reġjonali u devoluti (jiġifieri ta’ livell aktar baxx minn dawk nazzjonali) li jkunu involuti fit-traspożizzjoni tad-direttivi tas-suq intern;
      • li tittieħed azzjoni malajr, b’mod viżibbli u effettiv, biex isseħħ it-traspożizzjoni tad-direttivi li t-traspożizzjoni tagħhom tkun tard (eż. jingħata aktar ħin parlamentari għad-dibattitu u l-adozzjoni f’waqtha tal-liġijiet nazzjonali meħtieġa - jew emendi għal liġijiet).
    • Barra minn hekk, bħala parti mill-proċedura ta’ traspożizzjoni, meta l-pajjiżi tal-UE jippreżentaw abbozzi ta’ liġijiet ta’ implimentazzjoni lill-parlamenti nazzjonali tagħhom, u meta dawn jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn:
      • dikjarazzjoni dwar il-konformità tagħhom mal-liġi tal-UE;
      • informazzjoni dwar liema partijiet tad-direttiva ġew trasposti b’mod effettiv.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    * TERMINI EWLENIN

    Traspożizzjoni: l-inkorporazzjoni ta’ direttivi tal-UE fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ pajjiż tal-UE.

    DOKUMENT EWLIENI

    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar it-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali ta’ Direttivi li jolqtu s-suq intern (ĠU L 98, 16.4.2005, p. 47–52)

    l-aħħar aġġornament 08.03.2017

    Fuq