This document is an excerpt from the EUR-Lex website
A European rail network for competitive freight
Netwerk ferrovjarju Ewropew għal merkanzija kompetittiva
Netwerk ferrovjarju Ewropew għal merkanzija kompetittiva
Netwerk ferrovjarju Ewropew għal merkanzija kompetittiva
Dan ir-regolament jistipula regoli għall-istabbiliment u l-organizzazzjoni ta’ kurituri ferrovjarji internazzjonali għal merkanzija ferrovjarja kompetittiva sabiex jiġi żviluppat netwerk ferrovjarju Ewropew għal merkanzija kompetittiva.
ATT
Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
SOMMARJU
Dan ir-regolament għandu l-għan illi jiżviluppa netwerk ferrovjarju Ewropew għal merkanzija kompetittiva billi jistabbilixxi regoli għall-ħolqien u l-organizzazzjoni ta’ kurituri ferrovjarji internazzjonali għal merkanzija ferrovjarja kompetittiva. L-anness għal dan ir-regolament, kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, jistipula 9 kurituri inizjali tal-merkanzija li għandhom isiru operattivi mill-pajjiżi kkonċernati tal-Unjoni Ewropea (UE) sa Novembru 2013, Novembru 2015 jew Novembru 2020.
Għal kull kuritur tal-merkanzija, il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu bord eżekuttiv, magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-UE. Għal kull kuritur tal-merkanzija, l-amministraturi tal-infrastruttura kkonċernati għandhom jistabbilixxu bord maniġarjali, magħmul minn rappreżentanti tal-amministraturi tal-infrastruttura. Dan il-bord maniġerjali għandu jfassal pjan ta’ implimentazzjoni li jinkludi pjan ta’ investiment, il-miżuri mistennija għall-implimentazzjoni tal-kuritur u l-elementi prinċipali għal studju tas-suq. Għandu wkoll jistabbilixxi grupp ta’ konsulenza magħmul minn maniġers u sidien ta’ terminals tal-kuritur tal-merkanzija u grupp ieħor ta’ konsulenza magħmul minn intrapriżi ferrovjarji interessati fl-użu tal-kuritur tal-merkanzija.
Il-bord maniġerjali għandu b’mod konġunt jiddefinixxi u jorganizza l-mogħdijiet ferrovjarji internazzjonali irranġati minn qabel għal ferroviji tal-merkanzija sabiex joffru ħinijiet ta’ traġitt li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet tal-operaturi tal-merkanzija.
Il-bord maniġerjali għandu jistabbilixxi jew jinnomina korp konġunt sabiex jipprovdi lill-applikanti approvati post wieħed minn fejn kemm jintalbu kif ukoll jingħataw risposti dwar il-kapaċità tal-infrastuttura għal ferroviji tal-merkanzija li jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda matul il-kuritur tal-merkanzija. Dan il-punt uniku ta’ kuntatt sejjer jieħu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għal mogħdijiet ferrovjarji organizzati minn qabel u l-kapaċità ta’ riżerva għal ferroviji internazzjonali tal-merkanzija. Kwalunkwe applikazzjoni li ma tistax tiġi sodisfatta mill-punt uniku ta’ kuntatt għandha tintbagħat lill-maniġers tal-infastruttura kompetenti, li jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u jikkomunikaw din id-deċiżjoni lill-punt uniku ta’ kuntatt għal aktar proċessar.
Għall-każijiet ta’ disturbi tat-traffiku, għandhom jiġu stipulati regoli ta’ prijorità bejn it-tipi differenti ta’ traffiku.
Għandu jiġi ppubblikat dokument li jkun fih l-informazzjoni relevanti kollha dwar l-użu tal-kuritur. Il-korpi regolatorji għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni b'mod partikolari f'każ ta' ilmenti.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
Regolament (UE) Nru 913/2010 |
9.11.2010 |
- |
ĠU L 276 tal-20.10.2010 |
Att(i) li Jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
Ir-Regolament (UE) 1316/2013 |
21.12.2013 |
- |
ĠU L 348 tal-20.12.2013 |
L-aħħar aġġornament: 19.05.2014