This document is an excerpt from the EUR-Lex website
The supply of shipping services
Il-forniment ta’ servizzi tat-tbaħħir
Il-forniment ta’ servizzi tat-tbaħħir
Il-libertà li tipprovdi servizzi hija wieħed mill-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, is-settur tat-trasport marittimu xi drabi jsib li l-pajjiżi terzi jimponu restrizzjonijiet u kundizzjonijiet, bħall-kondiviżjoni tal-merkanzija. Dawn iżidu sostanzjalment l-ispejjeż tat-trasport u jistgħu jagħmlu ħsara lill-kummerċ globali tal-UE.
Huwa jikkonferma li l-libertà li tipprovdi servizzi tapplika għat-trasport marittimu fl-Unjoni Ewropea u bejn il-pajjiżi tal-UE u pajjiżi terzi. Huwa jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom japplika dan il-prinċipju. Huwa jabolixxi gradwalment ir-restrizzjonijiet preċedenti u jimpedixxi l-introduzzjoni ta’ oħrajn ġodda.
Mill-1 ta’ Jannar 1987.
Is-suq intern - Aċċess ħieles għall-kummerċ fl-oċeani
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86 |
1.1.1987 |
- |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KEE) Nru 3573/90 |
17.12.1990 |
- |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta’ merkanzija f’kummerċ fuq l-oċeani (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 21-23)
l-aħħar aġġornament 30.09.2015