Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Imballaġġ ta’ plastik riċiklat f’kuntatt mal-ikel

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Imballaġġ ta’ plastik riċiklat f’kuntatt mal-ikel' for an updated information about the subject.

Imballaġġ ta’ plastik riċiklat f’kuntatt mal-ikel

Regolament (KE) Nru 282/2008 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel

SOMMARJU

L-iskart tal-plastik jista’ jkun ikkontaminat minn sustanzi mill-użu preċedenti tal-plastik jew minħabba kuntatt ma’ plastik bi grad li ma għandux jiġi f’kuntatt mal-ikel. Għaldaqstant, proċess xieraq biex titneħħa l-kontaminazzjoni possibbli huwa neċessarju sabiex tiġi kkontrollata s-sikurezza tal-prodott finali.

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan ir-regolament jistabbilixxi miżuri speċifiċi għal materjali u oġġetti ta’ plastik riċiklat, u b’hekk jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel.

PUNTI EWLENIN

Dan ir-regolament ikopri l-użu ta’ materjali u oġġetti ta’ plastik riċiklat li jiġu f’kuntatt dirett mal-ikel. Ma japplikax għal bċejjeċ mhux użati qabel, jew polimeri li ġew imfarrka b’mod kimiku f’monomeri*, pereżempju, billi tkun tneħħiet il-karatteristika plastika tagħhom.

Il-materjali u l-oġġetti koperti hawnhekk huma wkoll suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 10/2011 dwar il-materjali tal-plastik maħsuba għall-imballaġġ tal-ikel.

Il-plastik riċiklat użat għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti koperti minn dan ir-regolament irid jiġi minn proċess ta’ riċiklaġġ awtorizzat, ġestit skont regoli stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2023/2006 dwar prassi tajba għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel.

L-awtorizzazzjoni tista’ tingħata jekk il-proċessi ta’ riċiklaġġ jikkonformaw mal-punti segwenti:

  • l-input irid ikun soġġett għal kontroll tal-kwalità;
  • l-input irid joriġina minn materjali tal-plastik magħmula b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel;
  • il-proċess irid jiggarantixxi li ma hemm ebda riskju ta’ kontaminazzjoni jew li huwa f’livell li ma joħloqx riskju għas-saħħa;
  • l-oġġett lest ma jridx jirrilaxxa komponenti fl-ikel fi kwantità li probabbilment tkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem jew li tikkawża bidla inaċċettabbli fil-kompożizzjoni tal-ikel, jew deterjorament tal-apparenza, ir-riħa jew il-konsistenza tiegħu.

Il-Kummissjoni Ewropea (KE) iżżomm reġistru pubbliku ta’ proċessi ta’ riċiklaġġ, kif ukoll reġistru ta’ siti ta’ riċiklaġġ f’pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE.

Id-dikjarazzjoni volontarja tal-kontenut riċiklat f’materjali u oġġetti ta’ plastik riċiklat issegwi r-regoli stabbiliti fl-ISO 14021:1999.

Minbarra li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 10/2011, id-dikjarazzjoni ta’ konformità trid tikkonferma li:

  • intuża proċess ta’ riċiklaġġ awtorizzat, u tiddikjara n-numru ta’ reġistrazzjoni KE tiegħu,
  • l-input tal-plastik, il-proċess ta’ riċiklaġġ u l-plastik riċiklat jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni u
  • tkun stabbilita sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità.

TERMINU EWLIENI

*Monomeru: sustanza li tikkonsisti minn molekuli individwali mhux magħquda, b’kuntrast ma’ polimeru li jikseb il-kwalità ta’ plastiċità tiegħu minn molekuli f’monomeru li jingħaqdu flimkien.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Mis-17 ta’ April 2008.

Għal aktar informazzjoni, ara Materjali f’Kuntatt mal-Ikel fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

ATT

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2008 tas-27 ta’ Marzu 2008 dwar materjali u oġġetti tal-plastik riċiklat maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (KE) Nru 282/2008

17.4.2008

ĠU L 86, 28.3.2008, p. 9-18

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4–17)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2023/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar prassi tajba ta’ manifattura għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 75-78)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1–89)

l-aħħar aġġornament 03.12.2015

Top