Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Faċilità tal-Paċi għall-Afrika

Faċilità tal-Paċi għall-Afrika

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni Nru 3/2003 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE dwar l-użu tar-riżorsi FEŻ għall-ħolqien ta’ Fond għall-Paċi għall-Afrika

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hija tistabbilixxi skema ta’ finanzjament għall-Fond għall-Paċi għall-Afrika (APF), li tikkostitwixxi s-sors ewlieni tal-Finanzjament tal-UE għall-isforzi tal-Unjoni Afrikana (AU) u l-komunitajiet ekonomiċi reġjonali (RECs) tal-Afrika fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà.

PUNTI EWLENIN

Il-bażi legali għall-APF huwa l-Ftehim ta’ Cotonou, u huwa ffinanzjat permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF).

L-APF huwa bbażat fuq il-prinċipju tal-appartenenza Afrikana. Il-benefiċjarji diretti li jirċievu appoġġ mill-APF huma l-Unjoni Afrikana u l-komunitajiet ekonomiċi reġjonali Afrikani u l-mekkaniżmi reġjonali.

Sa mill-2004, l-APF irċieva aktar minn EUR 2.2 biljun f’finanzjament tal-UE.

  • Appoġġ għall-paċi
    • L-appoġġ għaż-żamma tal-paċi u l-bini tal-paċi huma l-missjoni ewlenija tal-APF.
    • L-APF appoġġa b’suċċess l-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi fir-Repubblika Afrikana Ċentrali, is-Sudan, is-Sudan t’isfel, il-Mali, is-Somalja, il-Baċir tal-Lag taċ-Ċad, u l-Komoros.
  • Il-bini ta’ kapaċitajiet
    • Sa mill-2007, il-bini tal-kapaċitajiet kien komponent ewlieni tal-APF. Dan għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet u l-effiċjenza tal-AU u r-RECs/RMs fl-ippjanar u t-twettiq ta’ operazzjonijet ta’ appoġġ tal-paċi.
    • L-għan fuq perjodu twil huwa li jippermetti lill-istituzzjonijiet Afrikani jiżguraw il-paċi u s-sigurtà waħedhom.
  • Rispons bikri
    • Il-mekkaniżmu ta’ rispons bikri jippermetti li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti billi jipprovdi l-finanzjament għall-ewwel stadji ta’ azzjonijiet għall-prevenzjoni, il-ġestjoni u s-solvien ta' kriżijiet.

META TAPPLIKA DIN ID-DEĊIŻJONI?

Ilha tapplika mill-11 ta’ Diċembru 2003.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni Nru 3/2003 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-11 ta’ Diċembru 2003 dwar l-użu tar-riżorsi mill-pakkett tal-iżvilupp fit-tul tad-disa’ FEŻ għall-ħolqien ta’ Fond għall-Paċi għall-Afrika (ĠU L 345, 31.12.2003, pp. 108–111)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2007 tal-14 ta’ Mejju 2007 dwar l-implimentazzjoni ta' l-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp taħt il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (ĠU L 152, 13.6.2007, pp. 1–13)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 617/2007 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

2007/461/KE: Deċiżjoni Nru 2/2007 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-25 ta’ Mejju 2007 li tippermetti kontribuzzjonijiet bilaterali addizzjonali, biex jiġu ġestiti mill-Kummissjoni, b’appoġġ għall-għanijiet tal-Fond għall-Paċi għall-Afrika (ĠU L 175, 5.7.2007, p. 35)

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58, 3.3.2015, pp. 1–16)

l-aħħar aġġornament 07.12.2016

Top