EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Conservation of certain stocks of migratory fish
Konservazzjoni ta’ ċerti stokkijiet ta’ ħut migratorju
Konservazzjoni ta’ ċerti stokkijiet ta’ ħut migratorju
Konservazzjoni ta’ ċerti stokkijiet ta’ ħut migratorju
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
L-għan tiegħu huwa li jispeċifika l-miżuri ta’ kontroll u ta’ spezzjoni li japplikaw għas-sajd għal ċerti ħut u mammiferi migratorji ħafna elenkati fl-Anness I tar-regolament. L-ispeċi prinċipali kkonċernati huma:
PUNTI EWLENIN
Ir-regolament japplika għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-pajjiżi tal-UE u li huma rreġistrati fl-UE, li joperaw f’waħda miż-żoni tal-baħar li ġejjin:
MIŻURI TA’ KONTROLL U TA’ SPEZZJONI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1936/2001 ġie emendat diversi drabi, l-aktar reċenti bir-Regolament (UE) 2017/2107. Ir-regolament tal-2017 ħassar partijiet tar-Regolament (KE) Nru 1936/2001 biex jittieħed rendikont tad-diversi tibdiliet adottati fir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT mill-2008.
Tismin tat-tonn
Reġistru tal-farms tat-tismin* tat-tonn ġie introdott fl-2004. Pajjiż tal-UE għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-farms tat-tismin taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu li huwa jawtorizza għat-tismin tat-tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT. Farms tat-tismin li mhumiex reġistrati ma jistgħux iwettqu t-tismin tat-tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni.
Meta t-tonn jiġi ttrasferit għat-tismin minn bastiment tas-sajd tal-UE għal fuq bastiment tat-trasport, il-kaptani taż-żewġ bastimenti huma meħtieġa li jdaħħlu ċerta data fil-ġurnali ta’ abbord rispettivi tagħhom (il-kwantitajiet ta’ tonn trasferit, iż-żona tal-qbid, id-data u l-pożizzjoni fejn sar it-trasferiment, eċċ.).
Il-pajjiżi tal-UE għandhom:
MIŻURI TA’ KONTROLL U TA’ SPEZZJONI APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 2
MIŻURI TA’ KONTROLL U TA’ SPEZZJONI SPEĊIFIĊI GĦAŻ-ŻONA 3
Kull pajjiż tal-UE għandu jiżgura li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jirrispettaw il-miżuri tal-Kummissjoni Inter-Amerikana għat-Tonn Tropikali inkorporati fid-dritt tal-UE u l-miżuri rilevanti tal-ftehim tal-Programm Internazzjonali għall-Konservazzjoni tad-Delfini.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ilu japplika mit-23 ta’ Ottubru 2001.
SFOND
L-UE tipparteċipa f’organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd (RFMOs) li jippermettu kooperazzjoni dwar il-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju ħafna. Bħala parti kontraenti, hija obbligata tapplika l-miżuri ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ li jirriżultaw minn rakkomandazzjonijiet adottati minn dawn l-RFMOs.
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1936/2001 tas-27 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, pp. 1-8)
L-emendi għar-Regolament (UE) 1936/2001 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Ir-Regolament (EU) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, pp. 1-21)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal- 20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, pp. 1-50)
Ara il-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, pp. 1-32)
Ara il-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 tat-8 ta’ April 2003 li jintroduċi sistema għall-monitoraġġ ta’ statistika tal-kummerċ fit-tonn aħmar, pixxispad u tonn alalunga fi ħdan il-Komunità (ĠU L 295, 13.11.2003, pp. 1-42)
Ara il-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 14.12.2018