This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Promoting and safeguarding the EU’s values
Nippromwovu u nissalvagwardjaw il-valuri tal-UE
Nippromwovu u nissalvagwardjaw il-valuri tal-UE
L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Insaħħu l-istat tad-dritt fi ħdan l-Unjoni:Pjan ta’ Azzjoni
Komunikazzjoni, maħruġa f’Lulju 2019, tistabbilixxi l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea — inizzjattivi konkreti miġbura madwar tliet temi.
Il-komunikazzjoni tibni fuq qafas sabiex tindirizza theddid sistematiku għall-istat tad-dritt fi kwalunkwe Stat Membru, adottata mill-Kummissjoni fl-2014. Dan il-qafas jikkomplementa l-proċeduri ta’ ksur imnieda meta l-liġi tal-UE tkun inkisret u għall-proċedura tal-Artikolu 7 TUE li, fl-aktar livell aħrax tagħha, tippermetti s-sospensjoni tad-drittijiet tal-votazzjoni fil-Kunsill f’każ ta’ ksur serju u persistenti tal-valuri tal-UE minn Stat Membru tal-UE. Hija tfassal ukoll il-qafas ta’ kif il-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-Istat Membru kkonċernat biex tevita li jaggrava t-theddid sistemiku għall-istat tad-dritt. Waqt it-tħejjija tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tista’ tibbaża fuq il-kompetenzi tal-istituzzjonijiet tal-UE l-oħra u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
B’segwitu għall-pjan ta’ azzjoni mfassal fl-2019, bħala parti miċ-ċiklu ta’ rivista annwali dwar l-istat tad-dritt, il-Kummissjoni ppubblikat rapporti annwali dwar l-istat tad-dritt fl-2020, 2021 u fl- 2022. L-għan taċ-ċiklu huwa li jippromwovi l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha u li ma jħallix sfidi milli jitfaċċaw jew jaggravaw. Kull rapport jiffoka fuq erba’ elementi prinċipali:
Ir-rapporti kollha jinkludu kapitlu għal kull Stat Membru u janalizzaw żviluppi ġodda fil-perjodu tal-irrappurtar flimkien mas-segwitu għall-isfidi u għall-iżviluppi identifikati fir-rapport preċedenti. Sa mir-rapport tal-2022, il-Kummissjoni inkludiet rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri.
Għal iktar informazzjoni ara:
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu I — Dispożizzjonijiet komuni —l- Artikolu 2 (ĠU C 202, , p. 17).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu I — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 7 (ex Artikolu 7 TUE) (ĠU C 202, , pp. 19-20).
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — It-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Unjoni: Pjan ta’ Azzjoni (COM(2019) 343 final, ).
l-aħħar aġġornament