This document is an excerpt from the EUR-Lex website
United Nations Convention against Corruption
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?
Hija tawtorizza lill-UE sabiex tiffirma l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni. Il-konvenzjoni għandha l-għan li tgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tippromwovi l-ġestjoni xierqa tal-affarijiet pubbliċi u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni internazzjonali u l-assistenza teknika.
PUNTI EWLENIN
Il-konvenzjoni tapplika għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni u għall-iffriżar, is-sekwestru, il-konfiska u r-ritorn tar-rikavat minn reati.
Hija tinkludi regoli li jipprevjenu u jiġġieldu l-ħasil tal-flus, kif ukoll standards dwar il-kontabbiltà fis-settur privat u dwar it-trasparenza u l-aċċess ugwali tal-kandidati kollha għal kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi ta’ xogħlijiet pubbliċi.
Il-prevenzjoni tal-korruzzjoni
Il-konvenzjoni tistabbilixxi għadd ta’ regoli li jipprevjenu l-korruzzjoni, inklużi:
Hija tirrakkomanda wkoll:
Il-kriminalizzazzjoni
Il-konvenzjoni tirrakkomanda l-istabbiliment ta’ għadd ta’ reati kriminali, inklużi:
Fis-settur privat, hija titlob għall-ħolqien ta’ reati ta’:
Il-konvenzjoni tirrakkomanda wkoll li jittieħdu azzjonijiet legali u amministrattivi oħrajn, inkluż li:
Irkupru tal-assi
Il-konvenzjoni tispeċifika miżuri għall-irkupru dirett tal-assi u tistabbilixxi kif dan jista’ jsir permezz ta’ kooperazzjoni internazzjonali fuq il-konfiska. Hija tinkludi wkoll regoli dwar kif għandhom jiġu rritornati l-assi.
Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi
L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu r-responsabbiltà li jinvestiga dawn il-kwistjonijiet sa fejn ikunu japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-UE. L-OLAF jinvestiga l-frodi kontra l-baġit tal-UE, il-korruzzjoni u l-imġiba ħażina serja fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej u jiżviluppa politika kontra l-frodi għall-Kummissjoni Ewropea.
META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?
Hija bdiet tapplika mill-25 ta’ Settembru 2008.
SFOND
Għal aktar tagħrif, ara:
TERMINU EWLIENI
* Arrikkiment illeċitu: meta persuna tibbenifika għas-spejjeż ta’ persuna oħra mingħajr ma tagħti xi ħaġa ta’ valur ugwali lura.
ATT
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/801/KE tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (ĠU L 287, 29.10.2008, p. 1-110)
l-aħħar aġġornament 21.04.2016