Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Eurojust

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Eurojust' for an updated information about the subject.

Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Eurojust

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni 2002/187/ĠAI — li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

  • Din tistabbilixxi l-Eurojust, entità tal-UE li r-rwol tagħha huwa li tistimula, ittejjeb u tappoġġja l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-UE fir-rigward ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali.
  • Id-deċiżjoni ġiet emendata darbtejn:
    • Id-Deċiżjoni 2003/659/ĠAI immirat li tallinja l-Eurojust mar-regoli baġitarji u finanzjarji applikabbli għal entitajiet u aġenziji tal-UE; u
    • Id-Deċiżjoni 2009/426/ĠAI immirat li tarma l-Eurojust bil-mezzi sabiex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja.
  • Fl-2018, ir-Regolament (UE) 2018/1727 ġie adottat (ara sommarju ta’ Eurojust (riforma)). Dan jirrevoka u jissostitwixxi d-Direttiva 2002/187/ĠAI b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2019.

PUNTI EWLENIN

Kompożizzjoni, kompetenzi u kompiti tal-Eurojust

  • Din id-deċiżjoni tistabbilixxi l-Eurojust bħala entità tal-UE b’personalità ġuridika.
  • Kull pajjiż tal-UE jibgħat membru nazzjonali fil-kwartieri ġenerali tal-Eurojust f’The Hague: prosekutur, imħallef jew uffiċjal tal-pulizija (dan tal-aħħar għandu jkollu kompetenzi ekwivalenti għal dawk tal-imħallef jew tal-prosekutur). Dawn il-membri nazzjonali għandhom ikunu assititi minn persuna waħda jew aktar. Dawn huma kollha soġġetti għal-liġi nazzjonali tal-pajjiż li ħatarhom.
  • Id-Deċiżjoni li temenda 2009/426/ĠAI tistabbilixxi l-mandat għal minimu ta’ 4 snin li jistgħu jiġu mġedda. Il-pajjiż tal-UE jiddeċiedi dwar in-natura tal-poteri ġudizzjarji mogħtija lill-membru nazzjonali tiegħu. Madankollu, membri nazzjonali għandhom minn tal-inqas ikollhom ċerti poteri ordinarji, kif ukoll poteri oħrajn li għandhom ikunu eżerċitati bi qbil mal-awtorità nazzjonali kompetenti jew f’każijiet urġenti, kif iddefinit fid-deċiżjoni.
  • Fir-rigward ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet (li jikkonċernaw minn tal-inqas 2 pajjiżi tal-UE) b’rabta ma’ reat serju, l-Eurojust għandha l-kompetenza li:
    • tippromwovi koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-UE rilevanti;
    • tiffaċilita t-twettiq ta’ talbiet u deċiżjonijiet relatati ma’ kooperazzjoni ġudizzjarja.
  • Il-kompetenza tal-Eurojust tkopri t-tipi ta’ reati u offiżi li għalihom l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Eurpol) għandha kompetenza f’kull mument.
  • Id-Deċiżjoni li temenda 2009/426/ĠAI tintroduċi r-rekwiżit li tkun stabbilita Sistema Permanenti ta’ Koordinazzjoni li jkun fiha rappreżentant wieħed minn kull pajjiż tal-UE. Dan ir-rappreżentant jista’ jkun il-membru nazzjonali, id-deputat tiegħu jew assistent intitolat li jissostitwixxi lill-membru nazzjonali, li huwa disponibbli fuq bażi ta’ 24 siegħa/7 ijiem, sabiex l-Eurojust tkun tista’ tissodisfa l-kompiti tagħha l-ħin kollu.
  • L-Eurojust tista’ tissodisfa l-kompiti tagħha permezz ta’ membru nazzjonali wieħed jew aktar jew bħala Kulleġġ. L-Eurojust tista’ titlob lill-pajjiżi tal-UE ikkonċernati sabiex jikkunsidraw fost l-oħrajn:
  • Id-Deċiżjoni li temenda 2009/426/ĠAI introduċiet id-dritt għall-Kulleġġ tal-Eurojust sabiex joħroġ opinjonijiet mhux vinkolanti f’każijiet fejn:
    • 2 membri nazzjonali jew aktar mhumiex kapaċi jsolvu kunflitti ta’ ġurisdizzjoni;
    • awtoritajiet kompetenti jirrapportaw ċaħdiet rikorrenti għal, jew diffikultajiet oħrajn relatati ma’, kooperazzjoni ġudizzjarja.
  • Il-Kummissjoni Ewropea, li hija assoċjata bis-sħiħ max-xogħol tal-Eurojust, taqbel b’mod konġunt fuq l-arranġamenti prattiċi meħtieġa mal-Eurojust.
  • Skont id-Deċiżjoni li temenda 2009/426/ĠAI, kull pajjiż tal-UE għandu:
  • Din id-deċiżjoni tinkludi regoli dwar l-organizzazzjoni u operazzjoni tal-Eurojust, bħas-segretarjat, il-ħatra u t-tul tal-mandat tad-Direttur Amministrattiv, l-istatus tal-persunal u arranġamenti tal-lingwa.

Data personali

  • Sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, l-Eurojust tipproċessa data personali. Għal dan il-għan, tapplika l-prinċipji tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward ta’ Proċessar Awtomatiku ta’ Data Personali.
  • L-Eurojust tista’ tipproċessa data personali biss dwar persuni li huma:
    • s-suġġett ta’ investigazzjoni jew ta’ prosekuzzjoni kriminali fir-rigward ta’ reat li għalih l-Eurojust għandha l-kompetenza;
    • vittmi u xhieda f’tali investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet.
  • It-tipi ta’ data li tista’ tiġi pproċessata jinkludu l-identità tal-persuna (isem sħiħ, data u post tat-twelid, ċittadinanza, dettalji ta’ kuntatt, professjoni, numri tas-sigurtà soċjali u dokumenti ta’ identifikazzjoni) u n-natura tar-reati allegati (kategorija ta’ reat, data u post tar-reat, u progress tal-investigazzjoni). Id-Deċiżjoni li temenda 2009/426/ĠAI żiedet profili tad-DNA, ritratti u marki tas-swaba’ mal-lista ta’ tipi ta’ data koperti.
  • Id-Deċiżjoni 2009/426/ĠAI introduċiet emenda sabiex tiżgura li data personali hija aċċessibbli biss għal membri nazzjonali u d-deputati u assistenti tagħhom, għal persuni li jkunu qed jipparteċipaw f’sistemi ta’ koordinazzjoni nazzjonali tal-Eurojust li huma konnessi mas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet tal-Eurojust, kif ukoll għal persunal tal-Eurojust awtorizzat. Dawk kollha involuti għandhom l-obbligu tal-kunfidenzjalità li tkompli tapplika wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom mal-Eurojust.
  • Fi ħdan l-Eurojust, membru wieħed tal-persunal huwa maħtur b’mod speċjali sabiex ikun responsabbli għall-protezzjoni tad-data bil-kompitu li jiżgura li l-ipproċessar ikun legali u li jinżamm rekord bil-miktub tat-trażmissjoni u tar-riċeviment tad-data.

Relazzjonijiet ma’ entitajiet oħrajn

Sabiex twettaq il-kompiti tagħha, l-Eurojust iżżomm relazzjonijiet tax-xogħol mill-qrib man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew. Id-Deċiżjoni li temenda 2009/426/ĠAI estendiet dawn ir-relazzjonijiet sabiex ikopru l-Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u ċ-Ċentru tal-Intelligence tal-UE. Bl-approvazzjoni tal-Kunsill, l-Eurojust tista’ tikkonkludi ftehimiet sabiex tiskambja informazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE, entitajiet internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (Interpol), kif ukoll tikkoordina kooperazzjoni ġudizzjarja ma’ pajjiżi mhux tal-UE.

Rapporti

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jinżammu informati bl-attivitajiet tal-Eurojust u bil-qagħda tal-kriminalità fl-UE. Fir-rapport annwali tagħha lill-Kunsill, l-Eurojust tista’ tagħmel proposti għat-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

  • Id-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI applikat mis-6 ta’ Marzu 2002.
  • Id-Deċiżjoni li temenda 2003/659/ĠAI applikat mill-1 ta’ Ottubru 2003.
  • Id-Deċiżjoni li temenda 2009/426/ĠAI applikat mill-4 ta’ Ġunju 2009.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, pp. 1-13)

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENT RELATAT

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 138-183)

l-aħħar aġġornament 17.04.2019

Top