This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Physical protection of nuclear material and nuclear facilities
Il-Protezzjoni fiżika tal-materjal nukleari u l-faċilitajiet nukleari
Il-Protezzjoni fiżika tal-materjal nukleari u l-faċilitajiet nukleari
Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u l-Faċilitajiet Nukleari
Il-Konvenzjoni emendata dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u l-Faċilitajiet Nukleari għandha l-għan li tiżgura l-protezzjoni fiżika effettiva matul l-użu, il-ħażna jew it-trasport tal-materjal nukleari użati għal finijiet paċifiċi, kif ukoll għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità assoċjata ma’ dan il-materjal u dawn il-faċilitajiet.
Hija bbażata fuq il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari (CPPNM), li minnha l-pajjiżi kollha tal-UE huma parti.
Kull parti għall-konvenzjoni għandha tistabbilixxi u timplimenta miżuri li jiggarantixxu din il-protezzjoni effettiva għall-prevenzjoni, b’mod partikolari, tas-serq jew tal-għajbien tal-materjal nukleari li għalih hija responsabbli, kif ukoll ta’ sabutaġġ tal-faċilitajiet nukleari fit-territorju tagħha. F’kuntest simili, it-Trattat tal-Euratom (ara s-sommarju) jipprovdi għal sistema ta’ salvagwardji biex jevita li materjali nukleari jiġu devjati mill-użi intenzjonati tagħhom.
Fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni, dawk li huma parti minnha għandhom jirrispettaw ċertu numru ta’ prinċipji bażiċi, b’mod partikolari l-prinċipji tar-responsabbiltà tal-Istat u tad-detenturi tal-liċenzji, ta’ kultura ta’ sigurtà, assigurazzjoni tal-kwalità u kunfidenzjalità.
Il-partijiet għandhom:
Kull attentat biex tikkommetti waħda minn dawn l-azzjonijiet u kull involviment f’tali azzjonijiet u organizzazzjoni tiegħu huwa punibbli.
Il-partijiet kollha għandhom ġurisdizzjoni għall-ksur kommess fit-territorju tagħhom jew abbord bastiment jew inġenju tal-ajru rreġistrat fl-imsemmi stat u meta l-persuna preżunta li kkommettiet il-ksur tkun nattiva tal-imsemmi stat. Dan il-ksur jikkostitwixxi raġunijiet għall-estradizzjoni bejn il-partijiet kontraenti, li għandhom jipprovdu lil xulxin bl-aktar assistenza ġudizzjarja estensiva f’każ ta’ tali ksur. Il-motivi politiċi għall-ksur mhumiex raġuni għaċ-ċaħda ta’ estradizzjoni jew ta’ assistenza ġudizzjarja reċiproka.
Il-konvenzjoni oriġinali daħlet fis-seħħ fit-8 ta 'Frar 1987. Bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/513, l-UE approvat l-adeżjoni tal-Euratom għall-konvenzjoni emendate tal-10 ta’ Lulju 2007.
L-emenda għas-CPPNM daħlet fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju 2016.
Is-CPPNM ġiet adottata fl-1979 u daħlet fis-seħħ fl-1987. Hija kienet emendata fl-2005 waqt konferenza li saret bil-għan li jissaħħu d-dispożizzjonijiet tagħha.
Għal aktar tagħrif ara:
Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u l-Faċilitajiet Nukleari (ĠU L 34, 8.2.2008, pp. 5-18)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/99/KE, Euratom tad-19 ta’ Diċembru 2007 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fil-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u l-Faċilitajiet Nukleari (ĠU L 34, 8.2.2008, pp. 3-4)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/513/Euratom tal-10 ta’ Lulju 2007 li tapprova l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għall-Konvenzjoni emendata dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u tal-Faċilitajiet Nukleari (ĠU L 190, 21.7.2007, pp. 12-14)
l-aħħar aġġornament 11.12.2020