Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Ir-Regolament (KE) Nru. 139/2004 jistabbilixxi regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) fir-rigward tal-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet1 fejn żewġ impriżi jew iktar jingħaqdu permezz ta’ amalgazzjoni jew akkwist jew ħolqien ta’ impriża konġunta li twettaq fuq bażi dejjiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma.
Hu jistabbilixxi qafas legali għall-assessjar tal-impatt ta’ tali konċentrazzjonijiet fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern, partikolarment billi jiffoka fuq il-prevenzjoni tal-ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti jew tibdil ieħor strutturali lli kienu jimpedixxu b’mod sinifikattiv il-kompetizzjoni effettiva.
Ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni Ewropea l-awtorita li tapprova (jew b’mod universali jew b’modifiki) jew li tipprojbixxi tali konċentrazzjonijiet abbażi tal-impatt tagħhom fuq il-kompetizzjoni.
Hu jintroduċi wkoll sistema ta’ punt uniku ta’ servizz għar-rieżami ta’ konċentrazzjonijiet li kieku jkollhom bżonn li bosta awtoritajiet tal-kompetizzjoni fl-UE jkunu infurmati.
Fl-istess ħin, din is-sistema hi bbażata fuq il-principju tas-sussidjarjetà, li bih fużjoni tkun eżaminata mill-awtorità ġudizzjarja li tkun f’pożizzjoni aħjar biex tagħmel hekk.
PUNTI EWLENIN
Dan ir-regolament japplika għall-konċentrazzjonijiet kollha b’dimensjoni tal-UE2. Bħala regola ġenerali, il-parti jew partijiet li jiksbu kontroll wara l-konċentrazzjoni għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea qabel l-implimentazzjoni tagħha.
Proċeduri ta’ referenza ta’ notifika minn qabel
Ir-regolament jispeċifika li l-impriżi jew persuni kkonċernati jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ sottomissjoni raġunata mibgħuta qabel in-notifika, li t-tranżazzjoni proposta, waqt li tirriżulta f’konċentrazzjoni b’dimensjoni tal-UE, taffettwa l-kompetizzjoni fis-suq ta’ xi Stat Membru tal-UE li tippreżenta l-karatteristċi kollha ta’ suq distint u li titlob li din it-tranżazzjoni tkun referuta lill-Istat Membru kkonċernat.
Jekk l-Istat Membru tal-UE in kwistjoni ma jaqbilx mal-applikazzjoni biex jirreferi l-każ fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jirċievi s-sottomissjoni, il-Kummissjoni għandha 25 jum ta’ xogħol minn meta tirċievi s-sottomissjoni biex tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tal-UE sabiex dak l-Istat Membru ikun jista’ japplika l-liġi nazzjonali tiegħu dwar il-kompetizzjoni.
L-istess proċedura tapplika għal tranżazzjonijiet li ma jkollhomx dimensjoni tal-UE imma li jkunu kapaċi li jkunu rieżaminati taħt il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta’ tliet Stati Membri jew iktar. Il-partijiet għat-tali tranżazzjonijiet jistgħu jitolbu li l-konċentrazzjoni minflok tkun eżaminata mill-Kummissjoni.
Ladarba tirċievi notifika, il-Kummissjoni teżamina n-notifika (Fażi I) u tiddetermina b’deċiżjoni jekk il-konċentrazzjoni:
taqax fi ħdan l-iskop tar-regolament;
hix kompatibbli mas-suq komuni; jew
tqajjimx dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha u tirrikjedix rieżami profond tal-konċentrazzjoni (Fażi II).
Ħlief f’ċirkostanzi veri speċifiċi jew jekk espressament mifthiem mal-Kummissjoni bbażati fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolament dwar il-fużjoni, konċentrazzjoni ma’ dimensjoni tal-UE ma tistax tkun implimentata qabel notifika jew sakemm tkun iddikarata kompatibbli mas-suq komuni. Jekk konċentrazzjoni tkun diġà implimentata u tkun sussegwentement iddikjarata mhux kompatibbli mas-suq komuni, il-Kummissjoni tista’ tordna lil-kumpaniji in kwistjoni biex ixolju l-konċentrazzjoni jew biex jreġġgħu lura s-sitwazzjoni għal kif kienet qabel l-implimentazzjoni tal-konċentrazzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkonnettja ma’ deċiżjoni ta’ kompatibbiltà (maħruġa fit-tmiem ta’ investigazzjoni ta’ Fażi I jew ta’ Fażi II) kundizzjonijiet u obbligi maħsuba biex jassikuraw li l-impriżi kkonċernati jikkonformaw mal-impenji li jkunu daħlu għalihom fir-rigward tal-Kummissjoni, bil-ħsieb li jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni.
Biex tinforza l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ timponi:
multi li ma jeċċedux il-1% tal-fatturat aggregat tal-impriża jekk tipprovdi informazzjoni mhux korretta, mhux kompluta jew qarrieqa jew jekk ma tipprovdix informazzjoni fi żmien l-iskadenza meħtieġa;
multi ta’ sa 10% tal-fatturat aggregat tal-impriża kkonċernata jekk, sew intenzjonalment jew b’neggliġenza, tonqos milli tinforma lill-Kummissjoni dwar konċentrazzjoni qabel l-implimentazzjoni tagħha, timplimenta konċentrazzjoni bi ksur tar-regolament jew tonqos li tikkonforma ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni; jew
ħlas perjodiku bħala penali li ma jeċċedix 5% tal-fatturat aggregat medju tal-kumpanija għal kull jum ta’ ħidma ta’ dewmien, ikkalkulat mid-data ssettjata mill-Kummissjoni f’kull deċiżjoni li tirrekjedi informazzjoni, tordna spezzjonijiet, eċċ.
Il-Kummissjoni trid tikkonsulta kummissjoni konsultattiva magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri qabel ma tieħu kull deċiżjoni f’Fażi II relatata mal-kumpatibbiltà jew nuqqas ta’ kumpatibbiltà jew kull deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ multi jew ħlas perjodiku bħala penali. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tista’ tabolixxi, tnaqqas jew iżżid kwalunkwe multa jew ħlas ta’ penali perjodiku imposti.
Proċeduri ta’ referenza ta’ notifika ta’ wara
Stat Membru jista’, fi 15-il jum ta’ ħidma mid-data li jirċievi kopja tan-notifika, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-Kummissjoni, jiddikjara li konċentrazzjoni taffettwa b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fis-suq domestiku tiegħu. F’każ li l-Kummissjoni tqis li tali prodott jew servizz jippreżenta l-karatteristċi kollha ta’ suq distint, hi tista’ tiddeċiedi li tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. F’każ li l-Kummissjoni tqis li tali suq distint jikkostitwixxi parti sostanzjali mis-suq komuni, hi ser tirreferi l-każ kollu jew parti minnu relatat mas-suq distint.
Il-Kummissjoni għandha jew 25 jum ta’ ħidma (f’investigazzjoni ta’ Fażi I) jew 65 jum ta’ ħidma (f’investigazzjoni ta’ Fażi II) wara n-notifika tal-konċentrazzjoni biex tiddeċiedi jekk tindirizzax il-każ hi stess taħt dan ir-regolament jew li tirreferi l-każ kollu jew parti minnu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru. Jekk il-Kummissjoni tonqos li tadotta deċiżjoni, il-każ ikun meqjus li jkun irreferut lill-Istat Membru kkonċernat.
Stati Membri jistgħu wkoll jitolbu li l-Kummissjoni tinvestiga konċentrazzjoni mingħajr id-dimensjoni tal-UE meta din taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri u thedded b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fi ħdan it-territorju tal-Istat jew Stati Membri li jkunu għamlu din it-talba. Il-Kummissjoni imbagħad trid tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru u l-impriżi kkonċernati, u tissettja limitu ta’ żmien ta’ 15-il jum ta’ ħidma biex fihom kull Stat Membru jkun jista’ jissieħeb mat-talba inizjali. Jekk, fi żmien 10 ijiem ta’ ħidma wara l-iskadenz tal-limitu ta’ żmien biex tissieħeb mat-talba inizjali, il-Kummissjoni tkun għadha m’adottatx deċiżjoni biex tirreferi jew ma tirreferix, ikun meqjus li tkun adottat deċiżjoni konformi mat-talba.
Pakkett ta’ simplifikazzjoni tal-fużjoni
Peress li l-esperjenza wriet li ċerti kategoriji ta’ konċentrazzjonijiet ġeneralment ma jqajmux tħassib dwar kompetizzjoni, il-Kummissjoni, matul is-snin, fittxet li tiffoka l-attenzjoni tagħha fuq każijiet iktar kumplessi, u li tnaqqas il-piż amminstrattiv assoċjat ma’ dawk li ma jqajmux tħassib.
L-aħħar inizjattiva tal-Kummissjoni biex tissimplifika l-proċess kien fl-2023 meta adottat pakkett li fih ir-Regolament (UE) 2023/914 (att ta’ implimentazzjoni), avviż dwar il-proċedura ssimplifikata għal ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament (KE) Nru. 139/2004 u komunikazzjoni dwar is-sottomissjoni ta’ dokumenti. L-avviż tal-Kummissjoni jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom hi ser tagħmel rieżami ta’ ċerti konċentrazzjonijiet u tipprovdi gwida dwar il-proċedura simplifikata mniżżla f’Anness II tar-Regolament (UE) 2023/914.
Il-bidliet, li daħlu fis-seħħ fl- għandhom l-għan li jnaqqsu l-burokrazija żejda involuta biex tipprovdi notifika dwar fużjonijiet sew għall-partijiet notifikanti kif ukoll għall-Kummissjoni. Huma jiċċaraw liema każijiet jistgħu jkunu indirizzati taħt il-proċedura simplifikata, jnaqqsu l-ammont ta’ informazzjoni meħtieġa għan-notifiki dwar tranżazzjonijiet fil-każijiet kollha u jintroduċu notifiki elettroniċi awtomatikament.
MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 ilu japplika mill-.
Konċentrazzjoni. Ikun hemm konċentrazzjoni meta bidla ta’ kontroll fuq bażi dejjiema tirriżulta jew minn fużjoni ta’ żewġ kumpaniji jew aktar li qabel jkunu indipendenti jew partijiet ta’ kumpaniji, jew l-akkwist minn persuna jew aktar (li diġà jikkontrollaw tal-inqas kumpanija waħda) jew minn kumpanija waħda jew aktar li jkollha jew ikollhom kontroll dirett jew indirett ta’ kumpanija waħda jew aktar. Tranżazzjonijiet multipli li jiddependu fuq xulxin jew li huma konnessi mill-qrib huma meqjusin bħala konċentrazzjoni waħda.
Konċentrazzjoni b’dimensjoni tal-UE. Konċentrazzjoni jkollha “dimensjoni tal-UE” fejn il-fatturat dinji aggregat ikkombinat tal-kumpaniji kollha kkonċernati ikun aktar minn €5 biljuni u l-fatturat aggregat fl-UE ta’ kull minn tal-inqas żewġ kumpaniji kkonċernati jkun aktar minn €250 miljun, ħlief jekk kull kumpanija kkonċernata tiġġenera aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat tal-UE tagħha fi Stat Membru wieħed. Anki jekk il-livelli limiti t’hawn fuq ma jintleħqux, konċentrazzjoni jista’ jkollha dimensjoni tal-UE jekk:
il-fatturat dinji aggregat ikkombinat tal-kumpaniji kollha kkonċernati huwa ta’ aktar minn EUR 2.5 biljun;
f’kull wieħed minn tal-inqas tliet Stati Membri, il-fatturat ikkombinat aggregat tal-kumpaniji ikkonċernati kun aktar minn €100 miljun;
f’kull wieħed minn tal-inqas tliet Stati Membri, il-fatturat aggregat ta’ kull wieħed minn tal-inqas żewġ kumpanijii kkonċernati jkun aktar minn €25 miljun;
il-fatturat aggregat fl-UE kollha ta’ kull wieħed minn tal-inqas żewġ kumpaniji kkonċernati jkun aktar minn €100 miljun, ħlief jekk kull waħda mill-kumpaniji kkonċernati tiġġenera aktar minn żewġ terzi tal-fatturat aggregat fl-UE kollha fi Stat Membru wieħed.
DOKUMENT PRINĊIPALI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal- dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar il-Fużjonijiet). (ĠU L 24, , pp. 1–22).
DOKUMENTI RELATATI
Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għal ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU C 160, , pp. 1–10).
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Komunikazzjoni konformi mal-Artikoli 3(2), 13(3), 20 u 22 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (ĠU L 160, , pp. 11–13).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/914 tal- li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn impriżi u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (ĠU L 119, , pp. 22–102).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2023/914 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.