EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Standards internazzjonali tal-kontabilitá — regolament IAS

Standards internazzjonali tal-kontabilitá — regolament IAS

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 dwar standards internazzjonali tal-kontabilità

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-regolament jirrekjedi li l-kumpaniji kollha tal-Unjoni Ewropea (UE) li t-titoli tagħhom ikunu qed jiġu innegozjati fuq suq regolat tal-UE (kumpaniji kkwotati pubblikament) jippreparaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati tagħhom konformi ma’ sett uniku ta’ standards internazzjonali ta’ rapportar finanzjarju (IFRS)*, li qabel kienu magħrufa bħala l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (IASs), mill-2005 ‘l quddiem.
  • L-użu ta’ standards komuni tal-kontabilità jtejjeb it-trasparenza u l-komparabilità tal-kontijiet tal-kumpanija, u b’riżultat ta’ dan iżid l-effiċjenza tas-suq kapitali tal-UE u jnaqqas l-ispiża taż-żieda fil-kapital għal kumpaniji.

PUNTI EWLENIN

L-Istati Membri tal-UE għandhom l-opzjoni li jestendu l-iskop obbligatorju tar-regolament IAS billi jippermettu jew jirrekjedu li kumpaniji kkwotati pubblikament jippreparaw il-kontijiet annwali individwali tagħhom konformi mal-IFRSs adottati konformi mal-proċeduri elenkati fir-regolament IAS (ara isfel). L-Istati Membri jistgħu wkoll jestendu dan il-permess jew rekwiżit biex jippreparaw kontijiet konsolidati jew kontijiet annwali individwali għal kumpaniji li ma jkunux ikkwotati pubblikament.

Biex jassikura sorveljanza politika xierqa, ir-regolament idaħħal mekkaniżmu biex jassessja l-IFRSs u l-interpretazzjonijiet relatati adottati mill-Bord ta’ Standards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) (parti mill-Fondazzjoni IFRS), sabiex jagħtihom eżegwibilità fl-ambitu tal-UE.

Iż-żewġ korpi li ġejjin jassistu f’dan il-proċess:

Il-mekkaniżmu ta’ approvazzjoni jinvolvi il-proċess ta’ żewġ livelli li ġej.

  • Proċess tekniku mal-EFRAG biex jipprovdi appoġġ u għarfien espert fuq il-kontabilità skont il-bżonn biex jassessja IFRs u interpretatazzjonijiet relatati u biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk jadottax l-IFRSs jew interpretazzjonijiet relatati maħruġa mill-IASB.
  • Proċess regolatorju fejn l-ARC jiddeċiedi, abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, jekk jadottax IFRSs jew interpretazzjonijiet relatati. L-adozzjoni formali ta’ IFRS jew interpreatzzjoni relatata mill-UE ssir permezz ta’ proċedura ta’ kumitat u hi suġġetta għal ittra ta’ bla oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1803 jikkodifika l-IFRSs u interpretazzjonijiet relatati, kif adottati mill-UE, konformi ma’ Regolament (KE) Nru. 1606/2002. Hu jħassar u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru. 1126/2008 Kif u meta l-UE tapprova IFRS jew interpretazzjoni relatata ġdida, ir-Regolament (UE) 2023/1803 jkun emendat minn regolament ġdid.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Regolament (KE) Nru. 1606/2002 ilu japplika mill-14 ta’ Settembru 2002

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru. 2023/1803 ilu japplika mis-16 ta’ Ottubru 2023

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Standards internazzjonali ta’ rapportar finanzjarju. Magħrufa qabel bħala standards internazzjonali ta’ kontabilitá (IASs), dan it-terminu inkludi standards internazzjonali ta’ rapportar finanzjarju (IFRSs) u interpretazzjonijiet relatati (SIC-IFRIC)*, emendi sussegwenti għal dawn l-istandards u interpretazzjonijiet relatati, standards futuri u interpretazzjonijiet relatati maħruġa jew adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB).
SIC-IFRIC. Il-Kumitat Permanenti tal-Interpretazzjoni (SIC) kien il-predeċessur tal-Kumitat Internazzjonali tal-Interpretazzjonijiet ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRIC).

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, pp. 1–4).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1803 tat-13 ta’ Awwissu 2023 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, 26.9.2023, pp. 1–992).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2468 tat-8 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1803 fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 12 (ĠU L, 2023/2468, 09.11.2023).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2579 tal-20 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1803 fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 16 (ĠU L, 2023/2579, 21.11.2023).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2822 tad-19 ta’ Diċembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1803 fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1 (ĠU L, 2023/2822, 20.12.2023).

l-aħħar aġġornament 18.01.2024

Top