Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sistema komuni ta’ tassazzjoni: fużjonijiet, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ assi, skambji ta’ ishma u t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ SE jew SCE

Sistema komuni ta’ tassazzjoni: fużjonijiet, diviżjonijiet, trasferimenti ta’ assi, skambji ta’ ishma u t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ SE jew SCE

Din id-Direttiva tintroduċi sistema komuni ta’ tassazzjoni għall-operazzjonijiet ta’ ristrutturar transkonfinali.

ATT

Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers , diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri.

SOMMARJU

Din id-Direttiva tapplika għal:

Ir-regoli applikabbli għall-fużjonijiet, għad-diviżjonijiet, għad-diviżjonijiet parzjali, għat-trasferimenti tal-assi u għall-iskambji tal-ishma

Fużjoni, diviżjoni jew diviżjoni parzjali ma tagħtix lok għal tassazzjoni ta’ qligħ kapitali - ikkalkolata b’referenza għad-differenza bejn il-valuri reali tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti u l-valuri tagħhom għall-finijiet ta’ taxxa - fiż-żmien tal-operat inkwistjoni, iżda biss meta jsir tabilħaqq tali qligħ.

Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-provvedimenti jew ir-riżervi eżentati parzjalment jew totalment mit-taxxa jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti mill-istabbilimenti permanenti tal-kumpanija riċeventi, li jinsabu fl-Istat Membru tal-kumpanija trasferenti.

L-allokazzjoni tat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija riċeventi jew akkwirenti lil azzjonist tal-kumpanija trasferenti jew akkwistata ma għandhiex tagħti lok għal kwalunkwe tassazzjoni tad-dħul, tal-profitti jew tal-qligħ kapitali ta’ dak l-azzjonist.

Ir-regoli applikabbli għat-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ SE jew SCE

Meta SE jew SCE tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha minn pajjiż wieħed tal-UE għal ieħor jew issir residenti f’pajjiż ieħor tal-UE, dak it-trasferiment ma għandux jagħti lok għal kwalunkwe tassazzjoni tad-dħul, tal-profitti jew tal-qligħ kapitali tal-azzjonisti. Madankollu, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jintaxxaw il-qligħ li jirriżulta mit-trasferiment sussegwenti tat-titoli li jirrappreżentaw il-kapital tal-SE jew tal-SCE li tittrasferixxi l-uffiċċju rreġistrat tagħha.

Fl-istess każ, il-pajjiżi tal-UE għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, meta l-provvedimenti jew ir-riżervi kostitwiti kif suppost mill-SE jew mill-SCE qabel it-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ikunu eżentati parzjalment jew totalment mit-taxxa u ma jkunux derivati minn stabbilimenti permanenti barra l-pajjiż, tali provvedimenti jew riżervi jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti, bl-istess eżenzjoni fiskali, minn stabbiliment permanenti tal-SE jew tal-SCE li jkun jinsab fit-territorju tal-pajjiż tal-UE li minnu jkun ġie ttrasferit l-uffiċċju rreġistrat.

Din id-Direttiva tħassar id-Direttiva 90/434/KE.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Direttiva 2009/133/KE

15.12.2099

-

ĠU L 310, 25.11.2009

Direttiva 2013/13/UE

01.7.2013

-

ĠU L 141, 28.5.2013

ATTI RELATATI

2012/772/UE : Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa [Ġurnal Uffiċjali L 338 tat-12.12.2012].

L-ippjanar aggressiv tat-taxxa jikkonsisti fit-teħid ta’ vantaġġ mit-teknikalitajiet ta’ sistema fiskali jew fin-nuqqas ta’ qbil bejn żewġ sistemi fiskali jew aktar għall-finijiet tat-tnaqqis tal-obbligazzjoni ta’ taxxa. L-għan tar-rakkomandazzjoni huwa li tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE jiżguraw li l-konvenzjonijiet immirati biex jevitaw it-tassazzjoni doppja ma jwasslux għal non-tassazzjoni u li jadottaw regola ġenerali komuni kontra l-abbuż sabiex jikkontrobattu prattiki bħal arranġamenti artifiċjali.

L-aħħar aġġornament: 21.04.2014

Top