This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Statute for a European Company
Statut għal Kumpanija Ewropea
Statut għal Kumpanija Ewropea
Ir-Regolament (KE) Nru 2157/2001
Applikazzjoni kkombinata għar-Regolament SE u l-liġi nazzjonali
SE bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’pajjiż tal-UE hija rregolata:
Regoli għall-istabiliment ta’ SE
SE hija stabbilta minn tal-anqas żewġ kumpaniji li joriġinaw minn pajjiżi taż-ŻEE differenti, li jfisser li tista’ tinħoloq biss minn bażi eżistenti. Għandu jkollha kapital minimu ta’ EUR 120,000 u tista’ tinħoloq bil-modi li ġejjin.
Tip ta’ kostituzzjoni |
Tip ta’ kumpanija |
Kriterji li għandhom jiġu sodisfatti |
Fużjoni (biex tiġi stabbilita SE) |
Kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata |
Tal-anqas tnejn mill-kumpaniji għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti taż-ŻEE |
Stabbiliment ta’ kumpanija azzjonarja Ewropea |
Kumpaniji pubbliċi jew privati b’responsabbiltà limitata |
Tal-anqas tnejn mill-kumpaniji għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti taż-ŻEE jew għandu jkollhom sussidjarja jew fergħa f’pajjiż ieħor tal-UE għal tal-anqas sentejn |
Stabbiliment ta’ sussidjarja Ewropea |
Kumpaniji, ditti jew entitajiet legali oħra |
Tal-anqas tnejn mill-entitajiet għandhom joriġinaw minn pajjiżi differenti taż-ŻEE jew għandu jkollhom sussidjarja jew fergħa f’pajjiż ieħor tal-UE għal tal-anqas sentejn |
Konverżjoni |
Kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata |
Il-kumpanija għandu jkollha sussidjarja f’pajjiż ieħor taż-ŻEE għal tal-anqas sentejn |
SE:
Ir-reġistrazzjoni u t-tlestija tal-likwidazzjoni ta’ SE tiġi ppubblikata għal informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
żewġ strutturi ta’ organizzazzjoni possibbli
L-istatuti tal-SE jistgħu jkunu relatati ma’ żewġ sistemi organizzazzjonali differenti:
Nuqqas ta’ armonizzazzjoni tat-taxxa
L-SEs huma soġġetti għal taxxi u imposti fil-pajjiżi kollha taż-ŻEE skont ir-regoli applikabbli f’dawk il-pajjiżi.
Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2020/699 jintroduċi eċċezzjoni temporanja għar-regoli li jirregolaw l-SEs (u s-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs), maħluqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1435/2003). Peress li l-miżuri ta’ konfinament u ta’ tbegħid soċjali tal-COVID-19 jagħmluha diffiċli għall-SEs u l-SCEs biex jorganizzaw il-laqgħat ġenerali tagħhom fi żmien 6 xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja tagħhom, kif inhu legalment meħtieġ, din il-miżura temporanja tippermetti lill-SEs u lill-SCEs jagħmlu l-laqgħat ġenerali tagħhom fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020.
Id-Direttiva 2001/86/KE
Involviment tal-impjegati fl-SE
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1-21)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 2157/2001 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22-32)
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/699 tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar miżuri temporanji li jikkonċernaw il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji Ewropej (SEs) u tas-Soċjetajiet Kooperattivi Ewropej (SCEs) (ĠU L 165, 27.5.2020, pp. 25-26)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1435/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea (SCE) (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 1-24)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta’ l-impjegati (ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25-36)
l-aħħar aġġornament 28.09.2020