This document is an excerpt from the EUR-Lex website
EU aid to non-euro area countries with trade deficit problems
Għajnuna mill-UE għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro bi problemi ta’ defiċit kummerċjali
Għajnuna mill-UE għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro bi problemi ta’ defiċit kummerċjali
Għajnuna mill-UE għall-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-euro bi problemi ta’ defiċit kummerċjali
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?
Jipprovdi għajnuna finanzjara lill-pajjiżi tal-UE li jkunu għadhom ma adottawx l-euro u li jkunu qed jesperjenzaw problemi ta’ defiċit* kummerċjali.
PUNTI EWLENIN
Ir-regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għal self fuq perjodu ta' żmien medju sa €50 biljun lill-pajjiżi mhux taż-żona tal-euro li jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti tagħhom.
Il-proċedura għall-għoti tas-self tinkludi:
Il-karatteristiċi tas-self jinkludu self u tislif f’euro u b’riskju minimu għall-Kummissjoni. Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jamministra s-self f’isem l-UE. L-ispejjeż tas-self għandhom jitħallsu mill-pajjiż tal-UE debitur u dan tal-aħħar huwa obbligat li jiftaħ kont speċjali mal-bank ċentrali nazzjonali tiegħu għall-ġestjoni tas-self.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha d-dritt li twettaq awditu finanzjarju fil-pajjiż tal-UE jekk tqis li dan huwa meħtieġ għall-ġestjoni xierqa tal-faċilità tas-self.
Kull 3 snin, il-Kunsill, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, huwa obbligat li jeżamina jekk is-self għadux jissodisfa l-ħtieġa li wasslet għall-ħolqien tiegħu.
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Daħal fis-seħħ fl-24 ta' Frar 2002.
TERMINI EWLENIN
* Defiċit kummerċjali: dan jirriżulta meta l-valur tal-importazzjonijiet ta’ pajjiż huwa akbar mill-esportazzjonijiet tiegħu.
ATT
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament ta' l-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1-3)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 332/2002 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
ATTI RELATATI
Deċiżjoni 2003/797/KE tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self u tislif konklużi mill-Komunità Ewropea taħt il-faċilità ta’ assistenza finanzjarja għal żmien medju (BĊE/2003/14) (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 35-36). Ara l-verżjoni kkonsolidata.
l-aħħar aġġornament 27.01.2016