Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Applikazzjoni ta’ ċerti regoli ta’ kompetizzjoni tal-UE għal prodotti agrikoli

Applikazzjoni ta’ ċerti regoli ta’ kompetizzjoni tal-UE għal prodotti agrikoli

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-regolament jistipula r-regoli fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (li qabel kienu l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea) - ir-regoli ta’ kompetizzjoni - għas-settur agrikolu.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament jistabbilixxi li l-Artikoli 101(1) u 102 TFUE japplikaw fil-qasam tal-produzzjoni ta’, jew il-kummerċ fi, prodotti agrikoli, barra mill-prodotti koperti mir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

Dan jippermetti żewġ eċċezzjonijiet għar-regoli ġenerali. Dawn huma:

  • ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki li jiffurmaw parti integrali minn organizzazzjoni tas-suq nazzjonali jew li huma neċessarji sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika agrikola komuni (PAK) kif inhu stabbilit mill-Artikolu 39 tat-TFUE;
  • ċerti ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki ta’ bdiewa, assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa jew assoċjazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ bdiewa li jappertjenu għal pajjiż wieħed tal-UE
    • li jikkonċernaw il-produzzjoni jew il-bejgħ ta’ prodotti agrikoli jew
    • l-użu ta’ faċilitajiet konġunti għall-ħażna, it-trattament jew l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u
    • li skonthom ma hemm l-ebda obbligu li jinżammu prezzijiet identiċi
    • sakemm dawk il-ftehimiet ma jeskludux il-kompetizzjoni jew ma jagħmlux ħsara lill-objettivi tal-PAK.

Il-Kummissjoni Ewropea biss għandha s-setgħa, soġġetta għal reviżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzjoni tal-UE, li tiddetermina, permezz ta’ deċiżjoni li għandha tiġi ppubblikata, liema ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki jissodisfaw il-kondizzjonijiet.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-24 ta’ Awwissu 2006.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (Verżjoni Kkodifikata) (ĠU L 214, 4.8.2006, pp. 7-9)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur biss għal finijiet ta’ dokumentazzjoni.

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - it-Tielet Parti - Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni - Titolu VII - Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet - Kapitolu 1 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - it-Taqsima 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi - l-Artikolu 101 (li qabel kien l-Artikolu 81 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88-89)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - it-Tielet Parti - Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni - Titolu VII - Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet - Kapitolu 1 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - it-Taqsima 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi - l-Artikolu 102 (li qabel kien l-Artikolu 82 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 89)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - it-Tielet Parti - Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni - Titolu VII - Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet - Kapitolu 1 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - it-Taqsima 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi - l-Artikolu 103 (li qabel kien l-Artikolu 83 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 89-90)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - it-Tielet Parti - Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni - Titolu VII - Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet - Kapitolu 1 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - it-Taqsima 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi - l-Artikolu 104 (li qabel kien l-Artikolu 84 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 90)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - it-Tielet Parti - Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni - Titolu VII - Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet - Kapitolu 1 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - it-Taqsima 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi - l-Artikolu 105 (li qabel kien l-Artikolu 85 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 90)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - it-Tielet Parti - Politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni - Titolu VII - Regoli komuni dwar il-kompetizzjoni, it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet - Kapitolu 1 - Regoli dwar il-kompetizzjoni - it-Taqsima 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi - l-Artikolu 106 (li qabel kien l-Artikolu 86 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 90-91)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 671–854)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 1-21)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 25.05.2018

Top