Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-trasport bil-baħar — provvista ta’ servizzi, kompetizzjoni, ipprezzar inġust u aċċess għall-kummerċ fuq l-oċeani

It-trasport bil-baħar — provvista ta’ servizzi, kompetizzjoni, ipprezzar inġust u aċċess għall-kummerċ fuq l-oċeani

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn il-pajjiżi tal-UE u pajjiżi mhux tal-UE

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4057/86 dwar prattiċi ta' prezzijiet mhux ġusti fit-trasport marittimu

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86 dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta' merkanzija f'kummerċ fuq l-oċeani

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 246/2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji marittimi tal-linja (consortia)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENTI?

L-għan tar-regolamenti huwa li jorganizzaw it-trasport marittimu f’konformità mal-prinċipji bażiċi tal-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiġu pprovduti servizzi, kompetizzjoni, u aċċess liberu għas-suq fit-trasport bil-baħar.

PUNTI EWLENIN

Il-libertà li jiġu provduti servizzi

Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86:

  • jagħti liċ-ċittadini tal-UE (u kumpaniji marittimi mhux tal-UE li jużaw bastimenti rreġistrati fi Stat Membru tal-UE u kkontrollati minn ċittadini tal-UE) id-dritt li jġorru passiġġieri jew merkanzija bil-baħar bejn kwalunkwe port ta’ Stat Membru u kwalunkwe port jew installazzjoni lil hinn mill-kosta ta’ Stat Membru ieħor jew pajjiż mhux tal-UE;
  • jeħtieġ li kwalunkwe restrizzjoni nazzjonali li tirriserva t-trasport ta’ merkanzija għall-bastimenti li jtajru l-bandiera nazzjonali għandha tiġi eliminata jew aġġustata, u ma jippermettix l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet ġodda;
  • jistabbilixxi proċedura għal każijiet fejn kumpaniji marittimi tal-Istati Membri m’għandhomx oppportunità effettiva biex iġġorru merkaniżiji lejn u minn pajjiż partikolari mhux tal-UE;
  • jestendi l-benefiċċji tar-regolament lil ċittadini mhux tal-UE stabbiliti fl-UE.

Ir-Regolament Nru 3577/92/KEE jittratta speċifikament il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fit-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (“kabotaġġ marittimu”1) (ara s-sommarju).

Ipprezzar inġust fit-trasport marittimu

Ir-Regolament (KEE) Nru 4057/86:

  • jawtorizza lill-UE tapplika dazji rimedjanti sabiex tipproteġi lis-sidien ta’ bastiment fi Stati Membri minn prattiki ta’ pprezzar inġusti min-naħa tas-sidien ta’ bastimenti mhux tal-UE — dawn id-dazji rimedjanti jistgħu jiġu imposti wara li investigazzjoni turi li ġiet ikkawżata ħsara minħabba prezzijiet inġusti u li l-interessi tal-UE jagħmlu l-intervent neċessarju;
  • rigward l-eżaminazzjoni tal-ħsara, jistabbilixxi l-fatturi jew l-indikaturi relevanti li għandhom jitqiesu, pereżempju tnaqqis fis-sehem mis-suq jew fil-profitti tas-sidien ta’ bastimenti, jew l-effett fuq l-impjiegi;
  • jistabbilixxi proċedura għal ilmenti, konsultazzjonijiet u investigazzjonijiet sussegwenti.

Aċċess liberu għall-kummerċ fuq l-oċeani

Ir-Regolament (KEE) Nru 4058/86:

  • japplika meta azzjoni minn pajjiż mhux tal-UE jew l-aġenti tiegħu tirrestrinġi l-aċċess liberu għat-trasport ta’ tagħbijiet ta’ merkanzija tal-linja, tagħbijiet ta’ merkanzija bl-ingrossa jew tagħbijiet ta’ merkanzija oħra mill-kumpaniji marittimi ta’ Stat Membru tal-UE jew minn bastimenti rreġistrati fi Stat Membru (ħlief fejn din l-azzjoni tittieħed f’konformità mal-Kodiċi dwar bastimenti tal-linja tan-Nazzjonijiet Uniti);
  • jippermetti azzjoni kkoordinata mill-UE wara li ssir talba minn Stat Membru lill-Kummissjoni Ewropea — azzjoni bħal din tista’ tinkludi rappreżentazzjoni diplomatika lil pajjiżi mhux tal-UE u kontromiżuri diretti lejn il-kumpaniji marittimi kkonċernati;
  • jippermetti li tittieħed azzjoni kkordinata simili fuq talba ta’ pajjiż ieħor li jappartjeni għall-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi li magħha ġie konkluż ftehim reċiproku.

Ir-regoli tal-kompetizzjoni

Ir-regoli ġenerali tal-kompetizzjoni tal-UE stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1/2003 japplikaw ukoll fis-settur tat-trasport marittimu tal-UE. Madankollu, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 246/2009, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi eċċezzjonijiet għal ċerti tipi ta’ kooperazzjoni bejn kumpaniji tat-tbaħħir tal-linja2 (konsorzji3).

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLAMENTI?

  • Ir-Regolament (KEE) Nru 4055/86 ilu japplika mill-.
  • Ir-Regolamenti (KEE) Nri 4057/86 u 4058/86 ilhom japplikaw mill-.
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 ilu japplika mill-.
  • Ir-Regolament (KE) Nru 246/2009 ilu japplika mill-.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Kabotaġġ. Meta kumpanija li ġġorr merkanzija, irreġistrata fi Stat Membru wieħed, twettaq trasport nazzjonali fi Stat Membru ieħor.
  2. Tbaħħir tal-linja. It-trasport regolari tal-merkanzija fuq rotta jew rotot partikolari bejn il-portijiet, f’dati u ħinijiet notifikati minn qabel, u disponibbli lil kwalunkwe utent li jħallas għat-trasport, anke jekk fuq bażi okkażjonali.
  3. Konsorzji. Ftehimiet (jew settijiet ta’ ftehimiet) bejn żewġ trasportaturi marittimi jew aktar li jipprovdu servizzi internazzjonali ta’ tbaħħir tal-linja għall-ġarr ta’ merkanzija relatati ma’ kummerċ wieħed jew aktar. L-għan tagħhom huwa li jipprovdu servizz konġunt ta’ trasport marittimu li huwa aħjar mis-servizz li kull wieħed mill-membri seta’ offra individwalment (jiġifieri mingħajr il-konsorzju).

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat- li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, , pp. 1–3)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 4055/86 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4057/86 tat- dwar prattiċi ta’ prezzijiet mhux ġusti fit-trasport marittimu (ĠU L 378, , pp. 14–20).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4058/86 tat- dwar azzjoni koordinata sabiex jiġi ssalvagwardat l-aċċess liberu għal tagħbijiet ta’ merkanzija f'kummerċ fuq l-oċeani (ĠU L 378, , pp. 21–23).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas- fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, , pp. 1–25).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 246/2009 tas- dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji marittimi tal-linja (consortia) (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 79, , pp. 1–4).

l-aħħar aġġornament .

Top