This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Product safety: general rules
Is-sigurtà tal-prodotti: regoli ġenerali
Is-sigurtà tal-prodotti: regoli ġenerali
Id-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti
Id-direttiva, magħrufa wkoll bħala d-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (DSĠP), tirrikjedi li d-ditti jiżguraw li oġġetti mqiegħda għall-bejgħ huma siguri u biex jieħdu azzjoni korrettiva meta jinstab li ma jkunx il-każ.
Hija tintroduċi sistema ta’ twissija rapida tal-UE għal prodotti* perikolużi mhux marbuta mal-ikel. Dan jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jaqsmu l-informazzjoni fil-pront dwar kwalunkwe miżura meħuda biex jirtiraw tali prodotti mill-bejgħ.
Din ilha fis-seħħ mill-15 ta’ Jannar 2002 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-15 ta’ Jannar 2004.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodott (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4-17)
Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2001/95/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/417 tat-8 ta’ Novembru 2018 li tiffissa linji gwida għall-ġestjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni Rapida tal-Unjoni Ewropea “RAPEX” stabbilita skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti u s-sistema ta’ notifika tagħha (ĠU L 73, 15.3.2019, p. 121-187)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE tas-16 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-linji gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema tal-Informazzjoni Rapida tal-Komunità RAPEX stabbilita skont l-Artikolu 12 u tal-proċedura ta’ notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE (id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti) (ĠU L 22, 26.1.2010, p. 1-64)
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU C 38, 17.2.2009, p. 11-14)
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (KUMM(2008) 905 finali tal-14 ta’ Jannar 2009)
l-aħħar aġġornament 14.09.2015