This document is an excerpt from the EUR-Lex website
The law applicable to non-contractual obligations
Il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali
Il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali
Il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regolament (KE) Nru 864/2007 — il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali (Ruma II)
SOMMARJU
X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?
— |
Iġib iktar ċertezza legali fir-rigward tal-liġi applikabbli fir-rigward ta' obbligi mhux kuntrattwali, b'mod partikolari f'każijiet ta' torti (att ħażin skont il-liġi ċivili) u delitt (responsabilità ċivili).
|
— |
Jiżgura wkoll bilanċ raġonevoli bejn l-interessi tal-persuna li jkun hemm suspetti li hija responsabbli u l-persuna li tkun qed issofri d-danni.
|
— |
Kwalunkwe liġi speċifikata mir-Regolament hija applikata kemm jekk tkun il-liġi ta' pajjiż tal-UE kif ukoll jekk le.
|
— |
Ir-Regolament japplika għall-pajjiżi kollha tal-UE għajr għad-Danimarka.
|
PUNTI EWLENIN
Ir-Regolament ma jissostitwixxix liġijiet sostantivi nazzjonali (jiġifieri l-liġijiet li jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi) fuq obbligi mhux kuntrattwali; jiddetermina biss liema liġi sostantiva nazzjonali tapplika.
Il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali li tirriżulta minn tort/delitt hija:
1. | il-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu, jew |
2. | il-liġi tal-pajjiż fejn iż-żewġ partijiet kienu qegħdin jgħixu primarjament jew fejn kellhom il-post tan-negozju prinċipali tagħhom meta seħħ id-dannu, jew |
3. | jekk il-każ ikun relatat aktar mill-qrib mal-liġi ta' pajjiż ieħor, il-liġi ta' dak il-pajjiż. |
Ir-Regolament jippermetti wkoll skont ċerti kundizzjonijiet li l-partijiet jagħżlu, bi ftehim reċiproku, liema liġi tapplika għal obbligu mhux kuntrattwali.
L-ambitu tal-liġi applikabbli
Il-liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali tirregoli b'mod partikolari:
— |
il-bażi u l-firxa tar-responsabilità, inkluż id-determinazzjoni ta' min jista' jinżamm responsabbli,
|
— |
ir-raġunijiet għall-eżenzjoni mir-responsabilita; il-limitazzjoni jew id-diviżjoni tar-responsabilità,
|
— |
l-eżistenza, in-natura u l-evalwazzjoni tal-ħsara u r-rimedju kklejmjat
|
— |
il-miżuri li l-qorti tista' tieħu biex tipprevjeni jew ittemm id-dannu jew ħsara u tiżgura l-kumpens,
|
— |
il-mod li bih obbligu jista' jitwettaq, u r-regoli relatati mal-preskrizzjoni jew limitazzjoni,
|
— |
il-mistoqsija ta' jekk id-dritt li wieħed ifittex kumpens jistax jiġi ttrasferit lil xi ħadd ieħor, inkluż b'wirt,
|
— |
persuni intitolati għal kumpens għal ħsara li huma jkunu ġarrbu,
|
— |
responsabilità għall-atti ta' persuna oħra.
|
Hemm regoli speċifiċi għall-obbligi mhux kuntrattwali speċifiċi, eż. responsabilità tal-prodott u proprjetà intellettwali. Ċerti obbligi mhux kuntrattwali huma esklużi mill-ambitu tar-Regolament. Dawn jinkludu:
— |
kwistjonijiet ta' introjtu, kwistjonijiet doganali u amministrattivi,
|
— |
responsabilità tal-istat,
|
— |
obbligi mhux kuntrattwali speċifiċi li jirriżultaw minn, pereżempju, reġimi ta' proprjetà matrimonjali u relazzjonijiet familjari, ħsara nukleari jew ksur tal-privatezza u drittijiet li huma relatati mal-personalità, inkluż defamazzjoni.
|
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Sa mill-11 ta' Jannar 2009, għajr għall-Artikolu 29 (11 ta' Lulju 2008).
SFOND
Flimkien ma' dan ir-Regolament (Ruma II):
— |
ir-Regolament Ruma I (Regolament (KE) Nru 593/2008) jistabbilixxi r-regoli għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal obbligi kuntrattwali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u
|
— |
ir-Regolament Ruma III (Regolament (KE) Nru 1259/2010) jistabbilixxi r-regoli għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għal divorzju u separazzjoni legali.
|
Ara wkoll:
— |
ATT
Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40–49)
ATTI RELATATI
Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6–16). Ara l-verżjoni kkonsolidata
l-aħħar aġġornament 26.10.2015