Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.

In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni — Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE

SOMMARJU

X'TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?

Hija tistabbilixxi n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (EMN), li għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u komparabbli dwar il-migrazzjoni u l-asil lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-pajjiżi tal-UE u lill-pubbliku ġenerali.

PUNTI EWLENIN

  • Sabiex jilħaq l-għan tiegħu, l-EMN, b’kollaborazzjoni ma’ korpi rilevanti oħrajn tal-UE, jiġbor u janalizza dejta minn firxa wiesgħa ta’ sorsi. Huwa mbagħad jipproduċi rapporti u studji dwar is-sitwazzjoni tal-migrazzjoni u l-asil fl-UE u fil-pajjiżi tagħha, li huma kondiviżi fuq is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tiegħu.
  • Il-Kummissjoni Ewropea (KE) tikkoordina l-ħidma tal-EMN b’kooperazzjoni mal-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP tal-EMN), li jinħatru f’kull pajjiż tal-UE u huma responsabbli għall-iżvilupp ta’ netwerk nazzjonali. Kull NCP tal-EMN huwa magħmul minn mill-inqas 3 esperti dwar l-asil u l-migrazzjoni, li jkopru d-dixxiplini tat-tfassil tal-politika, tal-liġi, tar-riċerka u tal-istatistika.
  • Responsabbiltajiet oħrajn tal-NCP tal-EMN jinkludu:
    • li jattendu laqgħat tal-EMN sabiex jiskambjaw dejta u opinjonijiet u jipprovdu kontribut għall-iżvilupp ta’ programm ta’ ħidma;
    • li jħejju rapporti nazzjonali u jipprovdu informazzjoni għas-sistema ta’ skambju tal-informazzjoni;
    • li jgħinu fl-iżvilupp tal-Glossarju u tat-Teżawru tal-EMN; u
    • li jiżviluppaw il-kapaċità li jwieġbu għal mistoqsijiet ad hoc.
  • Il-bord ta’ tmexxija tal-EMN (ippresedut mill-KE u magħmul minn rappreżentanti minn kull pajjiż tal-UE u osservatur mill-Parlament Ewropew) jiżgura li l-ħidma tal-EMN tkun allinjata mal-prijoritajiet politiċi tal-UE.
  • L-EMN huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea. B’mod speċifiku, il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni jipprovdi r-riżorsi finanzjarji għall-attivitajiet u l-iżvilupp tal-EMN fil-ġejjieni.

SFOND

L-istadju preparatorju tal-EMN beda fl-2003 sabiex jindirizza l-ħtieġa li tiġi skambjata informazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-migrazzjoni u sabiex jikkontribwixxi għal politika komuni dwar l-asil u l-immigrazzjoni. Il-Programm tal-Aja saħħaħ ukoll il-ħtieġa għal analiżi komuni tal-migrazzjoni, li bniet momentum għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal din id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi formalment l-EMN.

ATT

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Deċiżjoni 2008/381/KE

21.5.2008

ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7–12

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014

1.1.2014

ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168–194

l-aħħar aġġornament 22.10.2015

Top