This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Facilitated transit document (FTD) and facilitated rail transit document (FRTD)
Dokument ta’ transitu faċilitat (FTD) u dokument ta’ transitu faċilitat bil-ferroviji (FRTD)
Dokument ta’ transitu faċilitat (FTD) u dokument ta’ transitu faċilitat bil-ferroviji (FRTD)
Dan ifittex li jistabbilixxi dokument ta’ transitu faċilitat (FTD)1 u dokument ta’ transitu faċilitat bil-ferroviji (FRTD)2 għat-transitu speċifiku u dirett fuq l-art ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li huwa neċessarju għalihom li jaqsmu t-territorju ta’ pajjiż wieħed jew aktar tal-UE sabiex jivvjaġġaw bejn żewġ partijiet tal-pajjiż tagħhom stess li ġeografikament ma jmissux ma’ xulxin.
L-FTDs u l-FRTDs jiġu prodotti fil-forma ta’ format uniformi (stiker) u għandhom l-istess valur ta’ viżi ta’ transitu. Dawn jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 694/2003, adottati fl-istess żmien tar-Regolament (KE) Nru 693/2003.
Dan ilu japplika mit-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 tal- li jistabbilixxi Dokument speċifiku ta’ Transitu Faċilitat (FTD), Dokument ta’ Transitu Faċilitat bil-Ferroviji (FRTD) u jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni (ĠU L 99, , pp. 8-14)
l-aħħar aġġornament