This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Return of illegal immigrants to their countries: joint flights
Ir-ritorn tal-immigranti illegali lejn pajjiżhom: titjiriet konġunti
Ir-ritorn tal-immigranti illegali lejn pajjiżhom: titjiriet konġunti
Ir-ritorn tal-immigranti illegali lejn pajjiżhom: titjiriet konġunti
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
X'INHU L-GĦAN TA' DIN ID-DEĊIŻJONI?
Din tistabbilixxi l-proċeduri ta’ meta żewġ pajjiżi tal-UE jew aktar jikkooperaw sabiex jiddeportaw immigranti illegali bl-ajru mill-UE.
PUNTI EWLENIN
Dawn ikopru kwistjonijiet ta’ check-in, sigurtà u l-użu ta’ miżuri koersivi*.
META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?
Din ilha tapplika mis-7 ta’ Awwissu 2004.
SFOND
Bejn 400 000 u 500 000 ċittadin barrani jiġu ordnati jitilqu mill-UE kull sena peress li jkunu daħlu, jew ikunu qegħdin joqogħdu, b’mod illegali. 40 % biss jintbagħtu lura lejn darhom jew lejn il-pajjiż li minnu jkunu daħlu fl-UE. L-iżgurar tar-ritorn ta’ immigranti illegali huwa essenzjali biex tiġi garantita l-kredibbiltà tal-migrazzjoni legali.
Għal aktar tagħrif, ara:
* TERMINI EWLENIN
miżuri koersivi: dawn jistgħu jintużaw fuq individwi li jirrifjutaw jew jirreżistu t-tneħħija; il-miżuri kollha ta' koersjoni għandhom ikunu proporzjonali u m'għandhomx jaqbżu forza raġjonevoli jew jikkompromettu l-kapaċità tal-persuna li tieħu n-nifs b'mod normali.
DOKUMENT EWLIENI
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/573/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni ta’ titjiriet konġunti għat-tneħħija mit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma suġġetti ta’ ordnijiet individwali ta’ tneħħija (ĠU L 261, 6.8.2004, pp. 28-35)
ATTI RELATATI
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/110/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 fuq l-għajnuna f'każijiet ta’ transitu għal raġunijiet ta’ tneħħija bl-ajru (ĠU L 321, 6.12.2003, pp. 26-31)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (ĠU L 149, 2.6.2001, pp. 34-36)
l-aħħar aġġornament 29.07.2016