Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

 

SOMMARJU TA’:

Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja

Id-Deċiżjoni 78/923/KEE li tikkonċerna l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għal għanijiet tal-biedja

Id-Deċiżjoni 92/583/KEE fuq il-konklużjoni ta’ Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali miżmuma għall-iskopijiet ta’ trobbija

X’INHU L-GĦAN TAL-KONVENZJONI U TAD-DEĊIŻJONI?

L-iskop ta’ din il-konvenzjoni, iffirmata taħt l-awspiċji tal-Kunsill tal-Ewropa, huwa li tistabbilixxi standards komuni minimi għall-protezzjoni ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja fil-pajjiżi firmatarji.

Il-konvenzjoni ġiet emendata fl-1992 mill-protokoll ta’ emenda.

Id-Deċiżjoni 78/923/KEE u d-Deċiżjoni 92/583/KEE immarkaw rispettivament il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja u tal-Protokoll ta’ emenda tagħha.

PUNTI EWLENIN

Din il-konvenzjoni tapplika għal annimali mrobbija jew miżmuma għall-produzzjoni ta’ ikel, suf, ġilda jew fer jew għal skopijiet oħra ta’ biedja, inklużi annimali li jirriżultaw minn modifiki ġenetiċi jew kombinamenti ġenetiċi ġodda. Hija tikkonċerna, b’mod partikolari, annimali miżmuma f’sistemi intensivi ta’ trobbija tal-bhejjem.

L-għan tal-konvenzjoni huwa li tipproteġi lill-annimali tar-razzett minn kwalunkwe tbatija jew korriment bla bżonn ikkawżat mill-akkomodazzjoni tagħhom, l-għalf li jingħataw jew il-kura li jirċievu. Sabiex jinkiseb dak l-għan, dawk il-pajjiżi li ffirmaw il-konvenzjoni għandhom jikkonformaw ma’ ċerti regoli li jikkonċernaw, fost affarijiet oħra, il-postijiet tal-biedja (l-ispazju u l-ambjent), l-għalf, is-saħħa tal-annimali u l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet tal-installazzjonijiet tekniċi użati fis-sistemi intensivi moderni tat-trobbija tal-bhejjem.

Il-konvenzjoni toħloq Kumitat Permanenti biex jissorvelja l-applikazzjoni tagħha. Il-Kumitat jista’ jfassal u jadotta rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi firmatarji.

DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Settembru 1978.

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ annimali li jinżammu għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 323, 17.11.1978, pp. 14-22)

Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ annimali miżmuma għal Skopijiet ta’ Biedja (ĠU L 395, 31.12.1992, pp. 22-24)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 78/923/KEE tad-19 ta’ Ġunju 1978 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali li jinżammu għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 323, 17.11.1978, pp. 12-13)

Deċiżjoni tal-Kunsill 92/583/KEE tal-14 ta’ Diċembru 1992 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Annimali li miżmuma għal Għanijiet ta’ Biedja (ĠU L 395, 31.12.1992, p. 21)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġiela (Verżjoni kodifikat) (ĠU L 10, 15.1.2009, pp. 7-13)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, pp. 5-13)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi l-istandards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, pp. 53-57)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, pp. 23–27)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 04.06.2020

Top