Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)

Fl-2013, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) ħadet post SIS 1+. SIS II hija sistema ta' informazzjoni fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Fiha twissijiet fuq ċerti kategoriji ta' persuni u oġġetti u hija meqjusa bħala kruċjali għaż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni (iż-żona Schengen).

ATT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Ara l-att(i) li jemenda(w)).

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/839/JHA tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS 1+) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Ara l-att(i) li jemenda(w)).

Dawn l-atti legali (li jinkludu atti emendatorji) issa skadew.

SOMMARJU

Fil-bidu, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) ġiet stabbilita taħt il-qafas intergovernattiv tal-Konvenzjoni ta' Schengen. Wara t-Trattat ta' Amsterdam, ġiet integrata fil-qafas tal-Unjoni Ewropea (UE). Is-sistema kien fiha informazzjoni fuq persuni li setgħu kienu involuti f'delitti serji jew li jista' jkun ma jkollhomx id-dritt li jidħlu jew li jibqgħu fl-UE. Kien fiha twissijiet fuq persuni nieqsa, b'mod partikolari tfal, kif ukoll informazzjoni fuq vetturi, armi tan-nar, karti tal-flus u dokumenti ta' identità li setgħu insterqu, ġew miżapproprjati jew li ntilfu.

Madankollu, tibdil teknoloġiku rapidu u t-tkabbir ġeografiku tal-UE għamilha possibbli li din is-sistema tal-ewwel ġenerazzjoni tiġi sostitwita.

MINN SIS 1+ GĦAL SIS II

Verżjoni aġġornata tal-SIS (SIS1+) kienet mistennija li tippermetti t-tkabbir taż-żona ta' Schengen għal pajjiżi tal-UE ġodda. Kellha bżonn ukoll li tittejjeb sabiex tissostitwixxi s-sistema oriġinali ma' sistema aktar aġġornata li toffri funzjonalitajiet addizzjonali.

Fost affarijiet oħrajn, SIS II tippermetti l-użu ta' biometriċi, tipi ġodda ta' twissija u l-possibbilità li twissijiet differenti jiġu llinkjati (bħal twissija fuq persuna jew vettura).

L-iżvilupp ta' din is-sistema tal-IT mill-aktar moderna bħala waħda mill-akbar mit-tip tagħha madwar id-dinja kellu bżonn ta' qafas ta' żmien itwal minħabba ambjent legali, tekniku u politiku li qed jinbidel u fażijiet ta' ttestjar rigorużi meħtieġa sabiex ikun żgurat livell għoli ta' prestazzjoni u sikurezza.

MIGRAZZJONI MINN SISTEMA GĦAL OĦRA

Teknikament, il-passi tal-migrazzjoni minn SIS 1+ għal SIS II kienu jinkludu:

  • l-illowdjar tad-dejta minn SIS 1+ f'SIS II permezz ta' konverter;
  • il-qlib tal-applikazzjonijiet nazzjonali minn SIS 1+ għal SIS II; u
  • fażi ta' monitoraġġ sabiex jiġi żgurat li s-sistema hija waħda affidabbli u li matulha, iż-żewġ sistemi jikko-eżistu u jibqgħu sinkronizzati permezz ta' konverter.

Fażi ta' ttestjar:

Sabiex SIS II issir operattiva għal kollox, kien hemm ippjanat sensiela ta' testijiet għal fażi preparatorja twila qabel l-attivazzjoni tagħha. L-iktar test importanti, 'l hekk imsejjaħ test komprensiv, involva l-provi tal-komponenti kollha prinċipali ta' SIS II. Is-suċċess ta' dan it-test kien prekundizzjoni kemm teknika kif ukoll legali għad-dħul fis-seħħ ta' SIS II.

L-Istati Membri tal-UE kollha li kienu qed jieħdu sehem f'SIS II temmew b'suċċess din il-fażi ta' prova fl-2013. Dan ippermetta li s-sistema tal-ewwel ġenerazzjoni taqleb b'mod permanenti ma' SIS II fid-9 ta' April 2013. Fid-9 ta' Mejju 2013, l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operazzjonali ta' sistemi tal-IT ta' skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (eu-LISA) assumiet ir-responsabilità għat-tħaddim ta' kuljum tas-sistema ċentrali ta' SIS II.

Aktar informazzjoni tista' tinstab minn hawn 'il quddiem:

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008

11.11.2008

-

ĠU L 299, tat-8.11.2008, p. 1-8

Deċiżjoni 2008/839/JHA

11.11.2008

-

ĠU L 299, tat-8.11.2008, p. 43-49

Att(i) li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 1104/2008

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 541/2010

25.6.2010

-

ĠU L 155, tat-22.6.2010, p. 19-22

Regolament (UE) Nru 1273/2012

30.12.2012

-

ĠU L 359, tad-29.12.2012, p. 32-44

Att(i) li jemendaw id-Deċiżjoni 2008/839/JHA

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 542/2010

25.6.2010

-

ĠU L 155 tat-22.6.2010, p. 23-26

Regolament (UE) Nru 1272/2012

30.12.2012

-

ĠU L 359 tad-29.12.2012, p. 21-31

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli għall-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi (Ġurnal Uffiċjali L 381 tat-28.12.2006).

Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (Ġurnal Uffiċjali L 381 tat-28.12.2006).

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (Ġurnal Uffiċjali L 205 tas-7.8.2007).

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: L-aħħar rapport ta' progress dwar l-iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) Jannar 2013 - Mejju 2013 (COM(2013) 777 finali tat-2.12.2013 - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

L-aħħar aġġornament: 03.10.2014

Top