Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (EGTC)

Raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (EGTC)

L-iżvilupp ta’ proġetti transnazzjonali f’livelli reġjonali u lokali kienu jkunu kumplessi u twal, u ta’ spiss kienu jeħtieġu negozjati ta’ trattati bilaterali minn gvernijiet nazzjonali. Ir-raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (EGTCs) kienu introdotti għall-ewwel darba fl-2007 sabiex jippromwovu ħidmiet inter-reġjonali.

ATT

Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT).

SOMMARJU

EGTCs huma entitajiet legali stabbiliti sabiex jiffaċilitaw kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali fl-Unjoni Ewropea (UE). Huma jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali (iżda anke awtoritajiet nazzjonali f’pajjiżi iżgħar jew ċentralizzati) u intrapriżi pubbliċi oħrajn minn pajjiżi membri differenti illi jistabbilixxu raggruppamenti b’personalità legali illi jwasslu servizzi konġunti . L-Istati Membri għandhom jaqblu fuq il-parteċipazzjoni ta’ membri potenzjali fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Fl-2013, sabiex tiċċara u tiffaċilita l-istabbiliment u t-tħaddim tal-EGTCs, il-liġi oriġinali, Regolament (KE) Nru 1082/2006, ġiet emendata bir-Regolament (UE) 1302/2013.

Konvenzjoni, territorju u miri

Il-miri u l-ambiti tal-EGTC huma stabbiliti f’konvenzjoni tal-kooperazzjoni vinkolattiva stabbilita fuq l-inizjattiva tal-membri tagħha. EGTC jista’ jimplimenta programmi ko-finanzjati mill-UE jew kwalunkwe proġett ta’ kooperazzjoni trans-fruntiera b’finanzjament mill-UE jew le. Bħala regola ġenerali, għandu membri minn tal-inqas 2 Stati Membri, għalkemm, hemm regoli speċjali meta jkunu involuti pajjiżi u territorji ġirien minn barra (OCTs). Il-konvenzjoni tispeċifika l-attivitajiet u t-tul tal-ħajja tal-EGTC u l-kundizzjonijiet sabiex dan ixolji. Il-liġi applikabbli fir-rigward tal-konvenzjoni hija tal-pajjiż li fih jinstab l-uffiċċju reġistrat tal-EGTC.

Statuti

Dawn jistipulaw dettalji bħal:

  • il-korpi tal-EGTC, il-mandat tagħhom u kif joperaw;
  • il-proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-lingwa(i) ta’ ħidma tiegħu;
  • l-arranġamenti għall-operat u l-impjiegi tiegħu;
  • il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri, il-kontabbilità, il-verifika u r-regoli baġitarji.

Akkwiżizzjoni tal-personalità legali

Fi żmien 10 ijiem xogħol mir-reġistrazzjoni jew pubblikazzjoni tal-konvenzjoni u l-istatuti fil-pajjiż li fih l-EGTC għandu l-uffiċċju reġistrat, l-EGTC jinnotifika lill-Kumitat tar-Reġjuni (CoR) li jżomm reġistru tal-EGTCs. Il-CoR imbagħad jibgħat l-informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Publikazzjonijiet tal-UE li jippubblika avviż legali fil-Ġurnal Uffiċjali biex iħabbar l-istabbiliment tal-EGTC.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (KE) Nru. 1082/2006

1.8.2006

-

ĠU L 210 tal-31.7.2006

Att emendatorju

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament (UE) Nru 1302/2013

21.12.2013Applikazzjoni: 22.6.2014

-

ĠU L 347 tal-20.12.2013

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347 tal-20.12.2013).

L-aħħar aġġornament: 16.06.2014

Top